Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Test negattiv qabel turist jaqbad l-ajruplan għal Malta ... Mistennija tibda tapplika mill-1 ta' Ġunju YENDRICK CIOFFI L-awtoritajiet qed iħarsu lejn l-1 ta' Ġunju li ġej bħala d-data minn meta dawk kollha li jiġu Malta se jkunu qed jintalbu jipprovdu r-riżultat ta' test tal-Covid-19 qabel ma jaqbdu l-ajruplan lejn Malta u mhux malli jaslu fil-pajjiż u jidħlu l-Ajruport. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li għadhom għaddejin id-diskussjonijiet ma' diversi ajruporti u linji tal-ajru u għalkemm għad ma hemm xejn konkluż, l-1 ta' Ġunju qed titqis bħala l-ġurnata li fiha mistennija tibda tapplika din il-miżura. "Ħsibna li se tintlaqa' ħafna agħar," saħqu l-istess sorsi meta mistoqsija kif qed jirreaġixxu l-linji tal-ajru u ajruporti differenti dwar din il-miżura, anke għax diġà hemm pajjiżi li introduċewha. Bħal-lum ġimgħa, dwar l-istess suġġett tkellem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearna li spjega li din il-miżura hija kruċjali għall- protezzjoni tal-pajjiż. Għamel jumejn jiġri f 'Malta qabel irriżulta pożittiv għall- virus L-ILLUM staqsiet dwar l-introduzzjoni ta' din il- miżura wara li qarrejja tkellmu magħha dwar każijiet fejn persuni rriżultaw pożittiv għall- Covid-19 malli waslu f 'Malta, anke fl-aħħar jiem. F'każ partikolari, raġel li kien għadu kemm wasal mir-Renju Unit ma daħħalx miegħu test negattiv tal-Covid-19 u għalhekk it-test sarlu malli wasal Malta. Madanakollu, l-istess persuna, flok baqa' fi kwarantina, kompla bix-xogħol tiegħu f 'Malta, sakemm jumejn wara infurmawh li kien irriżulta pożittiv għall- Covid-19. Dan il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu. Ir-Renju Unit daħal fil-lista amber din il-ġimgħa wara li kien ilu diversi ġimgħat fuq il- lista l-ħamra. Fil-każ tal-lista l-ħamra, sakemm persuna ma tkunx ċittadina Maltija jew inkella ma jkollix permess ta' residenza f 'Malta, ma tistax tivjaġġa lejn Malta. Skont informazzjoni fuq is- sit tal-Awtorità Maltija għat- Turiżmu, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jitħabbru wkoll miżuri biex persuni li jkunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi fil- lista l-ħamra u li iżda jkunu ħadu d-dożi kollha tal-vaċċin (bl-aħħar doża tkun ittieħdet 14-il ġurnata qabel), ikunu jistgħu jitħallew xorta waħda jidħlu Malta. Preżentament Malta ma għandha l-ebda pajjiż fuq il-lista l-ħadra, bil-maġġoranza tal- pajjiżi jinsabu fuq il-lista amber. Kif inhi l-liġi bħalissa, kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista amber għandu jipprovdi PCR Covid-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f 'Malta. Vjaġġaturi li jkunu ġejjin f 'Malta minn dawn il-pajjiżi u li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikun sottomessi għall- ittestjar f 'Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM jikkonfermaw li l-miżura biex turisti jibdew jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19 qabel jaqbdu l-ajruplan lejn Malta u mhux malli jaslu fil-pajjiż, mistennija tidħol fis- seħħ minn Ġunju. L-ILLUM tagħti ħarsa wkoll lejn dawk il-pajjiżi li diġà daħlu fis-seħħ din il-miżura... Mhux miżura ġdida ... Ħafna pajjiżi diġà daħluha fis-seħħ Li pajjiż jitlob test negattiv tal-Covid-19 qabel ma' persuna taqbad ajruplan mhuwiex xi kunċett ġdid u diversi pajjiżi diġà daħlu din il-miżura fis- seħħ inkluż għal titjiriet minn Malta. Dawn ta' hawn taħt huma uħud mill-eżempji hekk kif imniżla f 'lista li qed issegwi l-Air Malta Għal titjiriet minn Malta: • Franza qed titlob test tal-Covid-19 (PCR) li jkun sar sa 72 siegħa qabel it-tluq. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. • Il-Ġermanja qed titlob test tal-Covid-19 (PCR/ LAMP/TMA/Antigen) li jkun sar sa 48 siegħa qabel persuna tidħol fil-pajjiż. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. • L-Italja qed titlob test tal-Covid-19 (PCR/ Antigen) li jkun sar sa 48 siegħa qabel il-wasla. Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. • L-Olanda wkoll qed titlob testijiet li jkunu saru jew sa 72 siegħa qabel il-wasla jew sa 24 siegħa qabel it-tluq (skont it-tip tat-test). Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. • L-Iżvezja qed titlob test tal-Covid-19 li jkun sar sa 72 siegħa qabel il-wasla (f 'każ ta' PCR) jew 24 siegħa qabel it-tluq (fil-każ ta' Rapid Test). Jekk passiġġier ma jippreżentahx, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. • Ir-Renju Unit qed jitlob test tal-Covid-19 (PCR/Antigen/Lamp) kif ukoll evidenza li persuna tkun ibbukkjat test għat-tieni u tmien ġurnata tal- kwarantina li se tkun obbligata tagħmel malli tasal. It-test irid ikun sar sa tlett ijiem qabel it-tluq. Jekk passiġġier ma jippreżentax it-test, mhux qed jitħalla jaqbad l-ajruplan minn Malta. Hemm ukoll pajjiżi oħra li huma stretti mmens fejn jidħlu t-testijiet. Fost dawn: • Il-Belġju mhux qed jitlob test qabel persuna taqbad l-ajruplan. Madanakollu qed jitlob test fi żmien 24 siegħa minn meta passiġġier jasal fil- pajjiż u anke test ieħor fi tmiem il-kwarantina ta' sebat ijiem. • Ċipru qed jitlob PCR test li jkun sar mhux aktar minn tlett ijiem qabel it-tluq. Fil-każ ta' pajjiżi li jinsabu fuq il-lista l-ħamra għas-safar, test ieħor jittieħed malli l-passiġġier jasal fil-pajjiż u jrid iħallas għalih hu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021