Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

A ħna familjari ma kif taħdem l-ekonomija linejari. Nagħmlu użu mir-riżorsi li nsibu madwarna u wara li ma jkoll- niex iktar bżonnhom narmu- hom. In-natura taħdem ferm differenti minn hekk u minn għandha nistgħu nitgħallmu ħafna. Fil-fatt jekk nippruvaw nimxu fuq il-passi tan-natura nistgħu nsolvu bosta mill- problemi li nħabbtu wiċċna magħhom. Teżisti linja ta' studju speċjali imsejħa biomimicry (imitazzjoni tan-natura) li tfittex kif nistgħu nifhmu iktar lin-natura u nitgħallmu minn għandha. Li nibdlu l-mentalità tagħna li narmu kollox hi waħda mit-tagħlimiet bażiċi li għandna bżonn. Ħarsu lejn siġra. Meta jasal il-waqt addattat għaliha twaqqa' l-weraq li jitmermru fil-ħamrija madwar is-siġra. Dawn, imbagħad isiru ħaġa waħda mal-ħamrija u jservu biex is-siġra terġa tassorbi n-nutrijenti akkumulati. Hekk taħdem l-ekonomija naturali. In-natura ma timxix bħalna, ma tarmi xejn. Issib użu għal kollox. Għalhekk ngħidu li l-ekonomija tan-natura hi waħda ċirkulari għax ma tarmi xejn, u tirriċikla kollox. Kull prodott naturali li jispiċċa ma jintremiex iżda jitmermer u jerġa' jitwieled mill-ġdid f 'xi forma jew oħra. Jidħol f 'ċiklu naturali ġdid. Fil-ktieb tagħhom Cradle to Cradle: Remaking the way we make things William McDonough and Michael Braungart jiffukaw fuq dan kollu. Jidentifikaw inizjattivi speċifiċi industrijali u kummerċjali li bihom inaqqsu l-użu ta' materjali fl-ekonomija, dik li nsejħula dematerialisation. Bħala riżultat ta' dan jista' jitwettaq ħafna iktar bl-użu ta' inqas riżorsi. Ikollna l-istess kwalità ta' servizz (jew aħjar) b'inqas użu ta'materjal: effiċjenza prattika fl-użu tar-riżorsi. Dan iwassal mhux biss biex jonqsu l-ispejjes tal-użu tal- materjal imma ukoll jitnaqqsu l-ispejjes konnessi mal-enerġija użata: dawn huma uħud mill- benefiċċji li ġġib bidla minn ekonomija linejari għal waħda cirkulari. Twassal ukoll għal żieda fl-investiment kif ukoll għal żieda fl-impiegi li jistgħu jinħolqu. Il-kontribut finali jkun li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd. Din il-ġimgħa l-Ministru tal-Ambjent aġġornana dwar il-pjan nazzjonali ta' azzjoni biex ikunu applikati f 'pajjiżna l-prinċipji tal-ekonomija ċirkulari. Dan hu tajjeb, avolja dan hu paroli li ilna ħafna nisimgħu dwaru tul is-snin: mingħajr ma jsir xejn. Il-Ministru fisser il-pjani tal-Gvern fuq il-magni li ser ikunu stallati madwar Malta biex permezz tagħhom ikun iffaċilitat ir-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik u skart ieħor konness mal- ippakkeġġjar. Riżultat ta' din l-inizjattiva fliexken tal-plastik u kontenituri oħra (tal-birra u tal-inbid, per eżempju) jinġabru f 'magni mxerrdin mal-pajjiż u minnhom tieħu lura d-depożitu li tkun ħallast meta tkun xtrajt l-ilma, birra, inbid jew inkella luminata. Però jkun utili li niftakru li fl-2004, kien hemm proposta kważi simili li kienet ġiet ippreżentata lill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Din il-proposta kienet bħala alternattiva għall-eko- kontribuzzjoni li kienet qed tkun introdotta dakinnhar. Kienu Farsons li fl-2004 ipproponew skema ta' depożitu fuq il-kontenituri, liema depożitu kien ikun jista' jittieħed lura kif kien qed iseħħ fid-Danimarka. Sfortunatament kien hemm oġġezzjonijiet kbar għall-dik il- proposta u din għaldaqstant flok ma kienet diskussa u mtejba ġiet imwarrba u injorata. Il-Gvern dakinnhar qagħad fuq dak li qalu industrijalisti oħra tal-luminati li kellhom aċċess ikbar għall-widna tal-Prim Ministru Gonzi. Dan hu kollu dokumentat. Wara sbatax-il sena, mela, erġajna wasalna fil-punt tat-tluq oriġinali. Imma sadanittant inħlew sbatax-il sena. Hu fl-interess ta' kulħadd li din l-iskema titħaddem sewwa u li tirnexxi. L-iskop hu li jkun irkuprat 85 fil-mija tal-iskart tal-ippakkeġġjar li hu ġġenerat fil-gżejjer Maltin. Nemmen li hu possibli li din il-mira tintlaħaq, kif kien anke possibli li tintlaħaq sbatax-il sena ilu. Din l-iskema ddaħħal ftit sens fil-politika tal- immaniġjar tal-iskart f 'Malta. Nittama li ma tkunx ostakolata bħal ta' qabilha. Nistennew li jasal il-jum li tkun implimentata. 23 opinjoni illum • Il-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Nitgħallmu min-natura

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021