Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 • illum PREMJU GĦALL-INTERIOR DESIGN TA' PROĠETTI KUMMERĊJALI U PUBBLIĊI Sottomissjonijiet Rebbieħa Community and Nature Childcare Centre – Studjurban Dan il-proġett jistabbilixxi l-istandards mistennija għaċ-ċentri taċ- childcare, kemm f 'termini tal-kunċett ġenerali kif ukoll tal-attenzjoni għad-dettall. Huwa proġett eżemplari għal kif għaqqad kemm l-elementi estetiċi u dawk funzjonali b'suċċess, bħad-diviżorju tal-injam u t-truf imdawra mal-art. Il-proġett għamel użu minn varjetà ta' kuluri li jappellaw għas-sens ta' kurżità tat-tfal. Rikonoxximent / Tifħir speċjali 230 works - Archi+ It-trasformazzjoni tal-ispazju hija radikali u fl-istess ħin ta' suċċess fl-eżekuzzjoni tagħha. Id-disinjaturi setgħu jinkorporaw bosta użi f 'żona relattivament ristretta billi jintegraw b'mod innovattiv l-għamara, inkluż l-skrivaniji, biex jagħmlu iktar spazju kif meħtieġ. L-istazzjonijiet tax-xogħol huma mfassla b'emfasi fuq il-funzjonalità u r-relazzjoni tagħhom mal-bqija tal-ispazju, b'ħajt tal-iskrin attraenti li jgħaqqad flimkien l-istil industrijali u jipprovdi opportunitajiet biex jintwerew oġġetti żgħar ta' interess. 'Souvenirs That Don't Suck' ħanut interattiv u showroom ta' Té fit- Tazza - Aha Objects L-użu tal-kulur, ispirat mill-art tat-terrazzo eżistenti fuq il- bankina, huwa ta' min ifaħħru peress li jservi biex jgħaqqad l-ispazju intern mal-kuntest tal-madwar tiegħu. Għalkemm l-ispazju huwa żgħir, huwa ttrasformat b'mod għaqli biex jinkludi spazju ta' ħażna u wirjiet interattivi li ma jistgħux jiġu esperjenzati x'imkien ieħor fl-arcade. Dan il-proġett imur lil hinn mill-ħanut tas-souvenirs tradizzjonali, billi joffri esperjenza innovattiva u spazju multi- funzjonali għax-xerrejja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021