Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet Theatre of Life: MAPFRE MSVLife Offices Interior - MJMDA Id-disinn tal-ispazji huwa dinamiku u jinkorpora b'suċċess il- ġerarkija tal-ispazji li jiffurmaw l-intern tal-blokka tal-uffiċini. L-aħmar li huwa inkluż fid-disinn fi gradi differenti jirrifletti l-logo tal-kumpanija li għaliha ġew iddisinjati l-uffiċċji, u b'hekk id-disinn sar kuntestwali. Barra minn hekk, bosta kumditajiet integrati b'mod għaqli jagħtu estetika simplifikata lil kull spazju li huwa attraenti. L-Awtorità tal-Ippjanar iffinanzjat bini ġdid amministrattiv għall-komunità ta' Wied il-Għajn Fix-xhur li ġejjin, il-lokalità ta' Marsaskala se jkollha bini amministrattiv ġdid li jieħu post l-uffiċċji tal-Kunsill Lokali u joffri numru ta' faċilitajiet għall-użu mill-komunità ta' Marsaskala. Il-bini l-ġdid, li ser ikun f 'post ċentrali, qed jinbena grazzi għal investiment ta' €530,000 mid- Development Planning Fund fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-bini amministrattiv il-ġdid, mifrux fuq żewġ sulari, jinsab fil-pjazza ewlenija tal-lokalità, viċin il-Knisja Parrokkjali ta' Wied il-Għajn. Iċ-Chairperson tal-Kumitat tad-Development Planning Fund, il-Perit Vincent Cassar, qal li "l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala ilu jixtieq li dan il- proġett jitwettaq għal bosta snin. Huwa bis-saħħa ta' dan il- Fond tal-Awtorità tal-Ippjanar li din il-ħolma issa qed tiġi implimentata u mwassla b'mod effettiv għall-benefiċċju tal- komunità ta' Marsaskala. Matul is-snin li għaddew, din il-lokalità rreġistrat wieħed mill-ogħla tkabbir tal-popolazzjoni u għalhekk huwa xieraq li l-Kunsill Lokali jieħu faċilità ġdida, moderna u aċċessibbli minn fejn għandu jamministra u jipprovdi servizzi essenzjali għar-residenti tiegħu." Il-Perit Cassar ikkonkluda billi awgura lill-Kunsill Lokali u lir-residenti tiegħu għal dan il-proġett, filwaqt li ħeġġeġ kunsilli lokali oħra biex iressqu l-proposti tagħhom billi fadal €47 miljun disponibbli fil-Fond għal proġetti li ser ikunu ta' benefiċċju għall-poplu Malti u Għawdxi. Id-Development Planning Fund tal-Awtorità jipprovdi lill- kunsilli lokali u l-NGOs appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikunu proattivi u jwettqu proġetti li huma mmirati biex itejbu l-kuntentizza tal-popolazzjoni, l-ambjent u d-dimensjoni soċjali tal-bliet u l-irħula tagħna. L-Awtorità reċentement impenjat ukoll 'il fuq minn €500,000 biex tgħin tliet kunsilli lokali f 'Għawdex iwettqu proġetti ta' titjib urban fil- lokalitajiet tagħhom. Il-proġetti kienu jinkludu l-konverżjoni tad-dwal tat-toroq fi Pjazza San Ġorġ, flimkien ma' diversi sqaqien u toroq b'sistema ġdida ta' dawl effiċjenti fl-enerġija, it-titjib ta' tagħmir, pavimentar u dawl ta' playing field f 'Ħaż-Żebbuġ, u lampi ġodda effiċjenti fl-enerġija madwar il-Belveder Tal-Qaċċa fix-Xagħra. Id-Development Planning Fund jirċievi finanzjament minn diversi sorsi, primarjament mit- tariffi tal-parkeġġ fit-toroq. Il- Planning Gain huwa ukoll sors ta' finanzjament ta' dan il-Fond, fejn żviluppatur ta' żvilupp ġdid imdaqqas jintalab jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-inkonvenjent li żvilupp jista' jikkawża fil-lokalità fejn qed iseħħ. Il-kontribuzzjoni, għalhekk, tinżamm fil-lokalità biex tintuża fuq proġetti li jtejbu l-faċilitajiet tal-komunità u ż-żoni ħodor tagħha. Il-Ministru Aaron Farrugia jżur ix- xogħol fuq il-bini amministrattiv għall- komunità ta' Wied il-Għajn Waħda mit-trejqiet dojoq fir-Rabat Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021