Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Chemimart Int. Pharmacy, Ħamrun Pinto Pharmacy, Qormi Mackie's Pharmacy, Birkirkara D'Argens Pharmacy, Gżira Melita Pharmacy, San Ġiljan Chemimart Pharmacy, Sliema St. Michael Pharmacy, Lija St. Louis Pharmacy, Mosta Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Paul's Bay Pharm., San Pawl il-Baħar Brown's Paola Square Pharmacy, Paola Vittoriosa Pharmacy, Birgu Bellavista Pharmacy, Marsascala Beta Pharmacy, Għaxaq Kristianne Pharmacy, Mqabba Menelo Pharmacy, Siġġiewi Nova Pharmacy, Rabat Palm Pharmacy, Victoria, Gozo Għajnsielem Pharm., Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ. Ftit imsaħħab mal- lejl Viżibilità Tajba Riħ Xlokk Lvant forza 3 li jsir forza 2 għal 3 L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab għall- ewwel, li jsir sabiħ bi ftit sħab. Pjuttost imsaħħab mal-lejl li jsir ftit li imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 3 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lill-; Amministrazzjoni Jobsplus Vacancy No 369626, Permit No. 273/2021 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill-ag@attorneygeneral.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 11 ta' Ġunju 2021 fis-13:00 hrs Clyde Caruana għal ma' Zammit Lewis, Bartolo u Castaldi Paris, fost oħrajn, fuq id-distrett ta' Birkirkara... Chris Cardona u Edward Scicluna kienu ġabu mas-6,700 vot fl-2017 fuq it-tmien distrett ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana se jkun kandidat ukoll fuq it-tmien distrett, apparti d-distrett propju tiegħu li huwa t-Tieni distrett u li jinkorpora lill-Kottonera u Ħaż Żabbar, minn fejn huwa l-istess Caruana. Dan ifisser li Caruana issa se jkun qed jikkompeti għaż-żewġ siġġijiet li probabbilment itella' l-Partit Laburista minn dan id-distrett, mal-Ministru Edward Zammit Lewis, il-Ministru Clayton Bartolo kif ukoll id-Deputat Parlamentari Laburista u eks Sindku tal- PN Ian Castaldi Paris, fost oħrajn. Il-Ministru Caruana, meqjus bħala qrib Robert Abela li fil-fatt kien appuntah Chief of Staff f 'Kastilja it biss wara li ħa l-ħatra ta' Prim Ministru, kien spiċċa fil-Parlament b'co-option wara r-riżenja tal- eks PM Joseph Muscat. Dan fetaħ l-ispazju għal siġġu fit-tieni distrett, bl-unika żewġ kandidati li setgħu joħorġu għal by-election, jiġifieri Stefan Buontempo u Mark Causon, jiddikjaraw li ma kinux interessati jagħmlu dan. Dan fetaħ it-triq allura għall-co-option, bl-għażla tal-PL ikun proprju Caruana. Dan id-distrett għandu madwar 6,700 vot fl-2017 li marru għand kandidati li mhumiex se joħorġu għall- elezzjoni din id-darba. Dawn huma l-eks Deputat Mexxej u eks Ministru Laburista Chris Cardona li fl-2017 kien kiseb 3,218-il vot fl-ewwel għadd u l-eks Ministru tal-Finanzi u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna li kien kiseb 3,577 vot fl- ewwel għadd. Warajhom b'2,783 vot kien hemm Edward Zammit Lewis li mbagħad tela' b'elezzjoni każwali, wara li Scicluna ċeda s-siġġu fuq dan id-distrett u żamm dak tas-seba' distrett. Castaldi Paris kien kiseb 232 vot. It-tmien distrett huwa magħmul minn dawn il- lokalitajiet: L-akbar lokalità tad-distrett u fost l-akbar f 'Malta - Birkirkara - Ħal Balzan, l-Iklin u Ħal Lija. Fl-2017 kien hemm b'kollox 25,982 persuna eliġibbli biex jivvutaw. Intant aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikun aktar ċar f 'liema distretti ħerġin kandidati differenti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021