Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet Nofs il-poplu jrid kontroll fuq in-numru ta' ħaddiema barranin li jiġu Malta ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kważi nofs il-poplu Malti, preċiżment 49.7%, jemmen illi għandu jkun hemm sa massimu ta' ħadddiema barranin f 'pajjiżna. Il-kwistjoni ta' ħaddiema barranin kienet tqum diversi drabi u mistennija terġa' tqum hekk kif l-ekonomija terġa tibda tirranka u tinħoloq domanda għal impjiegi, li ma tistax tkun fornuta b'ħaddiema Maltin u Għawdxin. Dan jirriżulta minn sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM magħmul minn Polar. Hekk kif il-popolazzjoni ta' ħaddiema barranin telgħet għal madwar 70,000 il-Ministru tal- Finanzi kurrenti staqsa jekk forsi wasalx iż-żmien li jiddaħħlu xi forma ta' kwoti, ta' ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi (ħaddiema mill-UE għandhom il-libertà kollha li jiġu jaħdmu hawn). Minn naħa l-oħra 29.2% tal- poplu ma jaqbilx ma' massimu jew xi tip ta' kwota ta' barranin, filwaqt illi 21% qalu illi ma jafux jekk jaqblux jew le. L-anzjani/mezza età l-aktar li jaqblu ma massimu ta' ħaddiema barranin Interessanti naraw illi dan is- sondaġġ xjentifiku juri illi l-aktar li huma favur huma dawk li jinsabu tard fil-mezza età u kmieni fl- anzjanità (51-65) b'50.9% jgħidu li jaqblu ma' kwoti, 22% ma jaqblux u 27% ma jafux. 48.8% ta' dawk aktar minn 65 sena jaqblu ma' kwoti ta' ħaddiema, filwaqt li huma biss 16.5% li ma jaqblux - l-iktar persentaġġ baxx fost l-etajiet kollha. Minn naħa l-oħra dawk li huma żgħażagħ u kmieni fil- mezza età huma ħafna iktar kontra l-idea ta' massimu ta' ħaddiema barranin. Fil-fatt 43.8% ma jaqblux u 39.6% jaqblu, filwaqt illi 16.4% ma jafux jekk jaqblux jew le. Ftit aktar minn nofs jew 50.2% ta' dawk bejn l-etajiet ta' 36 u 50 sena jaqblu ma' xi forma ta' kwoti ta' ħaddiema barranin, 33.3% ma jaqblux u mill-ġdid 16.4% ma jafux jaqblux jew le. Meta mbagħad wieħed iħares lejn kif wieġbu l-parteċipanti skont il-livell edukattiv tagħhom, issib illi l-aktar li huma favur huma dawk b'edukazzjoni sekondarja u ftit wara dawk li għandhom edukazzjoni post- sekondarja. Fil-fatt, huma kważi 56% ta' dawk li għandhom edukazzjoni sekondarja li jaqblu ma' massimu, filwaqt li huma 52% ta' dawk b'edukazzjoni post- sekondarja li jaħsbu l-istess. Jista' jkun li r-raġuni wara dan huwa l-fatt li fost dan is-settur hemm inċidenza ħafna akbar ta' ħaddiema barranin. L-aktar persuni kontra, minn naħa l-oħra, huma dawk b'edukazzjoni terzjarja fejn maġġoranza relattiva ta' 46.4% jemmnu li m'għandux ikun hemm massimu ta' ħaddiema barranin fil-pajjiż. Minkejja dan 39.5% xorta jaqblu u 14% wieġbu illi ma jafux. Fil-livell ta' edukazzjoni primarja, fejn ukoll wieħed jifhem illi hemm inċidenza ogħla ta' ħaddiema barranin, maġġoranza relattiva ta' 45.8% wieġbu illi ma jafux jaqblux jew le, 34.2% jaqblu ma' xi forma ta' kwoti u 19.9% biss qalu li ma jaqblux. Kemm in-Nazzjonalisti u anke l-Laburisti jaqblu ... imma votanti PN ftit aktar Meta wieħed jaqsam lin-nies skont kif ivvutaw jirriżulta li l-maġġoranza kemm ta' dawk li vvutaw lill-PN u anke ta' dawk li vvutaw lill-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali huma favur xi forma ta' massimu stabbilit fuq kemm jiġu ħaddiema barranin f 'pajjiżna. Fil-fatt, 48.4% ta' dawk li vvotaw Labour fl-2017 jaqblu ma' xi forma ta' kwota filwaqt li 27% ma jaqblux (24.5% ma jafux). Maġġoranza assoluta ta' votanti tal-PN, jiġifieri 53%, qalu illi jaqblu ma' massimu ta' ħaddiema, filwaqt li 29.2% qalu li ma jaqblux (17.8% ma jafux). Għalkemm id-differenzi huma żgħar din tirrifletti xi ftit ukoll in-narrattiva politika dwar ħaddiema barranin fl-aħħar tmien snin. Minn naħa l-oħra ħadd mill- parteċipanti li fl-2017 ivvota lill-Alternattiva Demokratika ma qal li jaqbel ma' kwoti ta' barranin u dawn kollha wieġbu li huma kontra (100%). Minn dawk li ma vvutawx fl- 2017 maġġoranza relattiva, jew 43.3% qalu li jaqblu ma' kwoti, 37.8% huma kontra u 18.8% ma jafux. Tat-Tramunatana tal-Port u l-Għawdxin l-aktar favur kwoti U finalment meta taqsam lill- parteċipanti skont fejn jgħixu jirriżulta illi kullimkien hemm maġġoranza ta' nies li huma favur xi tip ta' kwoti, imma maġġoranza assoluta tinsab biss fit-tramuntana tal-Port fejn 52% jaqblu. Din iż-żona tinkludi lil Tas Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Birkirkara, Ħamrun, Ħal Qormi, l-Imsida, il-Gżira u postijiet oħrajn. Intant 28% ma jaqblux u 20% ma jafux. Jekk naqsmu l-fliegu lejn Għawdex insibu kif 48.7% jaqblu ma' kwoti ta' ħaddiema barranin, 20.8% ma jaqblux u 30.4% tal-Għawdxin ma kinux jafu jekk jaqblux jew le. L-inqas żona fejn il- parteċipanti qalu illi jaqblu ma' kwoti kienu fit-Tramuntana, fejn xorta iżda maġġoranza relattiva ta' 39.3% qalu li jaqblu ma' tali kwoti. Minn naħa l-oħra 33.3% qalu li ma jaqblux filwaqt li 27.3% ma kinux jafu kif se jwieġbu. Din iż-żona tinkludi l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Naxxar u l-Mosta. Hemm bżonnhom għall-ekonomija u hawn madwar 70,000 ħaddiem barrani f'pajjiżna. Iżda 49.7% tal-poplu Malti jemmen li jeħtieġ illi jkun hemm sa massimu ta' ħaddiema barranin li jistgħu jidħlu pajjiżna Iva 52.9% Le 29.2% Ma nafx 17.8% Iva 48.4% Le 27% Ma nafx 24.5% Taqbel li jkun hemm massimu ta' ħaddiema barranin li jistgħu jiġu Malta? (Votanti PN 2017) Taqbel li jkun hemm massimu ta' ħaddiema barranin li jistgħu jiġu Malta? (Votanti PL 2017)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021