Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħda tfittex, permezz ta' sejħa għal offerti, tradutturi esterni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tixtieq tagħti lil tradutturi esterni, fuq bażi ad hoc, ix-xogħol ta' traduzzjoni lejn il-Malti ta' testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: It-talbiet għal informazzjoni bil-posta elettronika għandhom jintbagħtu fl-indirizz FreelanceMT@curia.europa.eu L-avviż ta' kuntratt huwa ppubblikat fil-ĠU 2021/S 101-265581 tas-27/05/2021. Id-dokumenti tal-avviż ta' kuntratt huma aċċessibbli fl-indirizz: https://curia.europa.eu/jcms/freelance Il-Ġermaniż (DE) L-Ingliż (EN) L-Ispanjol (ES) Il-Franċiż (FR) It-Taljan (IT) Il-Pollakk (PL) Projet_annonce_presse_MT_BW.pdf 1 26/05/2021 17:41:00 Attentat biex is-Sindku tal- Qala 'jitqaċċat' minn 'persuna fil-poter' - Kunsill Qala Il-Kunsill Lokali tal-Qala ingħaqad wara s-Sindku Laburista Paul Buttigieg - persuna voċifera ħafna kontra żvilupp fil-lokalità, speċjalment żvilupp differenti propost f 'Ħondoq ir-Rummien - wara theddid li irċieva biex "jitqaċċat mill-kariga". Buttigieg kien ħadha qatta bla ħabel kontra permess li kien ingħata lill-kuntrattur Joe Portelli biex kamra żgħira u abandunata f 'ODZ issir villa. Mal-illum.com. mt Buttigieg kien qal li meta rrinunzja mill-iżvilupp Portelli, "dan ma kienx biżżejjed" u appella biex dan il-permess jiġi rrevokat. Wara li l-membri kollha tal- Kunsill qraw iż-żewġ rapporti li saru minn persuna mal-iskrivana tal-Kunsill, fejn issemma "theddid biex jitqaċċat is-Sindku; il-Kunsill ikkundanna dan it- theddid li sar fil-konfront tas- Sindku liema theddid sar bl-id mhux tant moħbija ta' persuni fil- poter għall-għanijiet xejn xierqa tagħhom," qalet l-istqarrija tal- Kunsill Lokali. Il-Kunsill ingħaqad biex "jiddeplora ukoll kull attentat biex jitneħħa jew jitneħħew persuni minn karigi pubbliċi li ġew demokratikament eletti għalihom." Is-Sindku Paul Buttigieg Akkużat bi frodi u ħasil ta' flus - jingħata l-ħelsien imma bl-assi ffriżati Ilbieraħ filgħodu Adrian Hillman tressaq il-Qorti u fejn kien akkużat b'diversi reati ta' natura finanzjarja - frodi, ħasil ta' flus, konspirazija biex isir reat, li għamel dikjarazzjoni falza lil awtorità pubblika u li aċċetta tixħim fil-pożizzjoni tiegħu fl- Allied Newspapers u Progress Press. Il-Qorti aċċettat it-talba għall-ħelsien mill- arrest filwaqt li imponiet friża fuq l-assi tiegħu u ta' żewġ kumpaniji tiegħu. Hillman kien il-persuna li flimkien mal- eks Direttur Maniġerjali Vince Buhagiar, kien strumentali biex il-kumpanija Allied Newspapers tagħti tender lill-kumpanija Kasco, li hija tal-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri, għal xiri ta' magni ġodda għall-istess Allied li tippubblika l-gazzetta e Times. Nhar is-26 ta' Marzu l-Ispettur Joseph Xerri qal illi mix-xogħol li rebħet għal magni mixtrijin mill-Allied Newspapers il- kumpanija Kasco għamlet $5 miljuni, b'dawn il-profitti jinqasmu bejn Schembri, Malcolm Scerri - sieħeb fin-negozju ma' Keith Schembri - Adrian Hillman u Vince Buhagiar, eks Direttur Maniġerjali u eks Chairman tal- Allied Newspapers rispettivament. Il-Qorti semgħet kif Hillman u Buhagiar ressqu proposta mill-Kasco Engineering ta' $13-il miljun, bil-magni jaslu sitt xhur wara fl- 2010. L-Ispettur Xerri kien xehed kif il-magni li nxtraw mill-Allied Newspapers għal €13- il miljun kienu stmati li fil-verità jiswew €2 miljuni skont id-dikjarazzjonijiet tad-Dwana. Il-Qorti semgħet ukoll kif il-flus li rċevew Adrian Hillman u Vince Buhagiar, poġġewhom fil-kont personali tagħhom - minkejja li x-xiri kien f 'isem il-Progress Press. Dawn it-tnejn iddepożitaw aktar flus li mhux ċar minn fejn ġew bl-Ispettur Joseph Xerri jiddeskrivi dan kollu bħala "każ ċar ta' tixħim." Minn naħa tagħha l-Ispettur Ann Marie Xuereb xehdet kif Keith Schembri kien qalilhom li kien mar Brussell, flimkien mad- Diretturi tal-Allied Newspapers Adrian Hillman, Vince Buhagiar u oħrajn mill- Fondazzjoni Strickland kif ukoll Malcolm Scerri u Robert Zammit li wkoll jinsabu taħt arrest - biex jaraw dawn il-magni. Skont rapport tal-FIAU li mhuwiex ippubblikat Schembri kien allegatament għadda €650,000 lil Hillman fi 30 "tranżazzjoni suspettuża", tagħrif li kien żvelat l-ewwel mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Adrian Hillman

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021