Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 George Hyzler 'L-unika garanzija għal kontijiet irħas u ġusti huwa Gvern Laburista. Dejjem kien u se jibqa' jkun' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Minsitru tal-Enerġija Miriam Dalli ma tweġibx mistoqsijiet tas-sit illum.com.mt dwar l-iżbalji li qed jingħad li saru f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-Partit Nazzjonalista u jekk il-Gvern hux se jirrifondi lura xi flus li setgħu tħallsu żejda. Iżda hi sostniet li b'differenza għall- Oppożizzjoni "dan il-Gvern ma jitlaqx jiġri jagħmel konferenza tal-aħbarijiet bbażata fuq abbozz bikri ta' rapport li ġie illikjat u li għadu finalizzat, bl-Awditur Ġenerali stess jgħid fi stqarrija li dak mhux rapport konklussiv." "L-unika garanzija għal kontijiet irħas u ġusti huwa Gvern Laburista. Dejjem kien u se jibqa' jkun. Li kieku baqa' Gvern Nazzjonalista, l-orħos rata li llum qed iħallsu n-nies hija ta' 16-il ċenteżmu. Fl-aħħar seba' snin il- familji qed iħallsu bl-orħos rata ta' 10ċ5. Ħallejna aktar minn nofs biljun ewro fi bwiet il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin," sostniet il-Ministru Dalli ma' dan is-sit. Sal-bieraħ stess il-PN kien qed jilqa' lin-nies fid-Dar Ċentrali li xtaqu jippreżentaw kontijiet tad-dawl u l-ilma li jħossu illi setgħu ħallsu aktar fuqhom. Il- Kap tal-PN Bernard Grech saħaq illi Gvern Nazzjonalista mmexxi minnu jaċċerta li l-konsumatur iħallas biss dak li huwa dovut minnu. Dalli sostniet iżda li llum f 'nofs pandemija, skont hi, "il-Maltin moħħhom mistrieħ li bi Gvern Laburista se jibqgħu jgawdu fost l-orħos kontijiet fl-Unjoni Ewropea. F'riċessjoni ekonomika għaxar darbiet iżgħar minn tal-lum Gvern Nazzjonalista tana l-ogħla kontijiet fl-istorja." Għalhekk kompliet tgħid li huwa dan il-Gvern li hu kredibbli f 'dan il-qasam "Biss biss, fl-aħħar ġimgħat, irranġajna inġustizzji ta' żmien Gvern Nazzjonalista meta tajna feed in tariff ġusta lil madwar 20,000 familja li tħallew lampa stampa b'sistemi li ħoloq Gvern Nazzjonalista," temmet tgħid il- Ministru. Is-sit illum.com.mt staqsa dawn il-mistoqsijiet: Fid-dawl tal-konferenza li saret mill-PN nhar il-Erbgħa xtaqt nistaqsik dawn il-mistoqsijiet: - Il-Gvern preżenti kien wiegħed li anomaliji li setgħu waslu biex il-kontijiet ikunu ogħla, kellhom jiġu irranġati. Ġew irranġati dawn l-anomaliji? U jekk jekk le għaliex? - Tlabt jew beħsiebek titlob spjegazzjoni mill-ARMS dwar dawn inażetezzi? Jekk iva, x'qalulek? - Inti ma weġibtx lil ġurnal e Times dwar possibilità ta' rifużjoni. Il-Kap tal-PN issa qed iwiegħed dan. Inti lesta tipproponi xi forma ta' rifużjoni, fejn jirriżulta li konsumatur ħallas aktar milli suppost? Il-Ministru Miriam Dalli ma tweġibx mistoqsijiet dwar jekk hux se jingħataw rifużjonijiet jekk tħallsu flus żejda fuq kontijiet imma tgħid li l-Gvern mhux se jibbaża d-deċiżjoni tiegħu 'fuq abbozz bikri ta' rapport li ġie illikjat u li lanqas għadu finalizzat u mhux konklussiv' Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal illi kienu "mijiet" ta' nies li marru jippreżentaw il-kont tagħhom matul is-sigħat ta' dalgħodu. Dan bħala inizzjattiva tal-istess PN biex jekk elett fil-Gvern jgħaddi madwar €50 miljun li hu qed jgħid illi nsterqu minn fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-aħħar tmien snin, permezz ta' kalkolu iżda li kien introdott minn Gvern Nazzjonalista lura fl-2009. F'kummenti lill-midja l-Kap tal-PN Bernard Grech sostna illi l-wegħda tal-PN hija waħda ċara "u allura li se nagħtu il-flus kollha li nsterqu taħt Gvern Laburista." Hu qal illi fost il-mijiet li marru d-Dar Ċentrali dalgħodu kien hemm bdiewa, raħħala, anzjani u nies li huma sidien ta' negozju. "Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi li int tħallas biss dak li huwa dovut," itemm jgħid Bernard Grech. 'Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi li inti tħallas biss dak li hu dovut' - Bernard Grech

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021