Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet It-triq 'il quddiem biex jinfetħu t-turiżmu u l-attivitajiet Franza: Ċertifikat biex jinfetħu l-kunċerti, l-istadiums u l-attivitajiet Minkejja li s-sitwazzjoni fi Franza għadha 'l bogħod minn dik mixtieqa, għax it-tr- asmissjoni tal-virus għadha qawwija, mid-9 ta' Ġunju, il-Franċiżi se jkunu jist- għu jibdew jużaw ċertifikat tal-Covid-19 li tnieda fil-jiem li għaddew, minkejja kritika kbira, anke fil-Parlament. Dan iċ-ċertifikat se jkun qed jintuża għal diversi raġunijiet, inkluż għas-safar u biex ikunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru kunċerti jew inkella biex partitarji jkunu jistgħu jattendu attivitajiet sportivi, ap- parti raġunijiet ta' safar. Iċ-ċertifikat, li jitniżżel mill-App TousAntiCovid se jkol- lu QR Code li jkun jinkludi informazzjo- ni dwar jekk persuna tkunx imlaqqma, tkunx fil-pussess ta' riżultat negattiv ta' PCR test li jkun sar fis-72 siegħa ta' qabel u jekk persuna tkunx fieqet mill-Cov- id-19 fis-sitt xhur ta' qabel. Dan se jkun strumentali biex jinfetħu dawk l-istab- bilimenti, bħalma huma t-teatri jew l-is- tadiums.Iċ-ċertifikat irid jintuża wkoll bilfors fil-każ ta' festivals u attivitajiet li jkunu se jiġbru flimkien aktar minn 1,000 persuna. Mhux se jkun qed jin- tuża biex persuna tidħol fi ħwienet jew ristoranti. Madanakollu, hekk kif mid-9 ta' Ġunju ir-ristoranti se jkunu jistgħu jservu lin-nies fuq ġewwa, mill-istess App, persuna se tkun tista' tiskenja QR code ieħor li jipprovdi lill-istabbilimenti dettalji tal-kuntatt tal-persuna. Ristorant jista' jagħżel li ma jipprovdix servizz lil dawk il-klijenti li ma jkunux iridu jip- provdu din l-informazzjoni. Kemm il-Greċja u anke t-Turkija, ukoll daħlu fis-seħħ ċertifikat tal-Cov- id-19 bil-għan li jiftħu mill-ġdid it-tu- riżmu. Fil-fatt, iż-żewġ pajjiżi qablu li jir- rikonoxxu ċ-ċertifikati rispettivi li daħ- lu fis-seħħ, bil-għan li jippermettu l-iv- jaġġar bejniethom. Fil-fatt, iċ-ċittadini miż-żewġ pajjiżi se jkunu jistgħu jsiefru kemm jekk ikoll- hom iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew inkella jkunu għadhom kemm għamlu PCR test. It-tir huwa li dawn iċ-ċertifikati, eventwalment, ikunu rikonoxxuti wkoll minn pajjiżi oħra. Kemm it-Turkija u anke l-Greċ- ja jiddependu ħafna mit-turiżmu u ż-żewġ destinazzjoniijet saru popolari mal-Maltin. Ta' min isemmi li l-Greċja kienet fost l-ewwel pajjiżi li bdiet tiftaħ mill-ġdid għat-turiżmu biex issalva s-sajf u fost l-aktar li ħeġġet għal ċertifikat komuni biex jiffaċilita l-ivjaġġar fl-Unjoni Ew- ropea. Il-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis insista li ċ-ċertifikat ma fih xejn speċja- li, huwa sempliċi u jinkludi l-informazz- joni kollha neċessarja li stat membru għandu bżonn biex jilqa' lit-turisti min- għajr ma jimponi aktar restrizzjonijiet. Greċja u Turkija: Jaqblu minnufih li jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta' xulxin Renju Unit: Proġetti piloti biex iċ-ċertifikat tal-vaċċin jintuża għal attivitajiet kbar Ir-Renju Unit ukoll introduċa 'pas- saport' tal-Covid li jista' jitniżżel mill-app tal-NHS (National Health Service) minn dawk il-persuni li jkunu tlaqqmu. Dan bil-għan li jkunu jistgħu jsiefru. Ir-re- strizzjonijiet dwar l-ivjaġġar naqsu anke jekk lejn numru limitat ħafna ta' pajjiżi jew territorji. Lejn dawn il-pajjiżi, l-In- gliżi jistgħu jivjaġġaw mingħajr il-bżonn li jagħmlu kwarantina meta jirritornaw. Apparti l-ivjaġġar, il-Gvern Ingliż bħal- issa qed jistudja l-possibbilità li jibdew jiġu organizzati attivitajiet kbar, bħal kunċerti u l-parties u li għalihom ikun jista' jintuża dan il-passaport. Fil-fatt bħalissa qed isiru diversi proġetti piloti madwar il-pajjiż, bħalma seħħ fl-aħħar ġimgħat f 'Liverpool. Sa issa, dawn l-is- tudji qed jiffokaw fuq kif id-distanza soċ- jali, il-ventilazzjoni u t-testijiet jistgħu jintużaw kollha biex l-attivitajiet isiru xorta waħda u jitnaqqas ir-riskju. Mhux eskluż li 'l quddiem, l-istess studji jibdew janalizzaw l-użu ta' dan il-passaport biex ikun jistgħu jinfetħu dawn l-attivitaji- et. Ma hemm l-ebda liġi li tgħid li per- suna trid tippreżenta dan il-passaport tal-vaċċin biex tmur f 'pub jew ristorant. Madanakollu, il-Gvern Ingliż saħaq li ne- gozju jew stabbiliment, sakemm ma jik- sirx liġijiet ta' ugwaljanza, jista' jagħżel li jitlob dan il-passaport.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021