Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656
02 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Chemimart Int. Pharmacy, Ħamrun Pinto Pharmacy, Qormi Mackie's Pharmacy, Birkirkara D'Argens Pharmacy, Gżira Melita Pharmacy, San Ġiljan Chemimart Pharmacy, Sliema St. Michael Pharmacy, Lija St. Louis Pharmacy, Mosta Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Paul's Bay Pharm., San Pawl il-Baħar Brown's Paola Square Pharmacy, Paola Vittoriosa Pharmacy, Birgu Bellavista Pharmacy, Marsascala Beta Pharmacy, Għaxaq Kristianne Pharmacy, Mqabba Menelo Pharmacy, Siġġiewi Nova Pharmacy, Rabat Palm Pharmacy, Victoria, Gozo Għajnsielem Pharm., Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Ftit imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ. Ftit imsaħħab mal- lejl Viżibilità Tajba Riħ Xlokk Lvant forza 2 li jsir forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab għall- ewwel, li jsir sabiħ bi ftit sħab. Pjuttost imsaħħab mal-lejl li jsir ftit li imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Minn 3,288 persuna għal 1,900 - Tonqos il-lista ta' stennija quddiem il-Housing ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar li n-nies jistennew akkomodazzjoni soċjali naqsu kważi bin-nofs. Mill-2017, meta kien hemm 3,288 persuna fil- lista, illum din naqset b'aktar minn 42% għal 1,900 persuna. Dan il-progress seħħ saħansitra qabel ma jibdew jiġu allokati d-djar il-ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali. "Is-sistema ħolistika tal-housing li ħloqna qed tħalli l-frott u qed iġġib progress," qal il-Ministru Roderick Galdes li fisser kif il-firxa wiesgħa ta' servizzi li qed tagħti l-Awtorità tad-Djar qed tgħin lin-nies jimxu 'l quddiem. Il-Ministru Galdes qal li l-aktar fattur li ħalla impatt fuq il-lista ta' stennija kien il-prevenzjoni. Fil-fatt, mir-rata ta' 580 applikazzjoni ġdida fis-sena li biha kienet tiżdied il-lista fl-2017, din naqset għal 238 applikazzjoni ġdida fl-2020. "Dan il-progress ifisser li pprovdejna servizzi effettivi biżżejjed li ma ħallewx lill-familji jaqgħu fi bżonn eċċessiv u dipendenza fuq l-Istat," żied il- ministru. Fost l-inizjattivi li ttieħdu hemm it-tisħiħ tal- benefiċċju tal-kera li qed itejjeb il-qagħda ta' 2,900 familja fil-kera billi jiżgura li ma jħallsux aktar minn kwart tal-qligħ disponibbli tagħhom fuq il-kera, 'il fuq minn 800 dar li ġiet imsewwija u aktar minn 500 dar oħra li ġew adattati biex ikunu aktar aċċessibbli għal min għandu sfida ta' mobbiltà u diżabilità. Is-self soċjali wassal biex madwar 160 familja li kienu eliġibbli għal akkomodazzjoni soċjali llum saru sidien ta' djarhom. Sadanittant, sal-aħħar ta' Ġunju se jkunu ġew allokati madwar 571 dar tal-akkomodazzjoni soċjali mill-istokk eżistenti, filwaqt li 240 soluzzjoni oħra nstabu permezz tal-proprjetajiet li l-Awtorità tad- Djar tikri mingħand sidien privati. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay ta stampa ċara tal-firxa wiesgħa ta' servizzi li hemm disponibbli u li qed jilħqu l-bżonnijiet speċifiċi. Huwa semma l-istudju li sar fost l-applikanti biex ġew miuma fid-dettall l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan l-istudju kien strumentali biex tfasslu soluzzjonijiet speċjalizzati li fi kliem is-Sur Leonid McKay, mhux biss taw sostenn imma xprunaw il-mobilità soċjali. McKay qal li ssaħħaħ l-infurzar biex jiġġieled l-abbuż mill-akkomodazzjoni soċjali u dan wassal biex ġew irkuprati diversi djar. Flimkien mal- infurzar qed isir monitoraġġ kostanti kemm tal- applikanti kif ukoll tal-benefiċjarji biex tiġi żgurata compliance. Il-Ministru Galdes iħabbar li l-lista ta' nies jistennew quddiem l-Awtorità tad-Djar naqset b'42% Il-Ministru Roderick Galdes