Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet KONSULTAZZJONI PRELIMINARI MAS-SUQ ĊEKKJATUR TAL-ORTOGRAFIJA U L-GRAMMATIKA TAL-MALTI U SERVIZZI RELATATI L-iskop ta' din il-konsultazzjoni hu li tidentifika soluzzjonijiet diġitali potenzjali u operaturi ekonomiċi fis-suq li jistgħu jipprovdu ċekkjatur tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Għal tagħrif ieħor idħol fis-sit etenders.gov.mt L-AVVIŻ TAL-OFFERTA: MHAL/01/2021 Dawk kollha interessati għandhom idaħħlu l-offerta tagħhom mis-sit tal-e-tenders mhux aktar tard mit-30/06/2021 f'12:00 C M Y CM MY CY CMY K Spell Checker Ad MT.pdf 2 27/05/2021 10:32 43% tal-Maltin jgħidu li l-pandemija ma affetwathomx finanzjarjament ... u 83% jgħidu li r-restrizzjonijiet ġabu benefiċċji għas-saħħa, ħafna ikbar mill-uġigħ ekonomiku ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-poplu Malti, ħafna aktar mill- popli Ewropej, iħoss li l-benefiċċji ta' saħħa li ħadna minn diversi miżuri restrittivi li jitrattaw il- Covid-19 huma bil-wisq akbar mill-għafsa u l-ħsara ekonomika. Fil-fatt 83% tal-poplu jaħseb b'dan il-mod filwaqt li huma 16% biss li jħossu illi l-ħsara ekonomika grazzi għall-miżuri restrittivi huma bil-wisq akbar mill-benefiċċji tas-saħħa. Dan jikkuntrasta xi it ma' x'jaħsbu l-popli Ewropej hekk kif huma 58% li jħossu illi l-benefiċċji tas- saħħa huma akbar, filwaqt li 41% jħossu li l-ħsara ekonomika li bata pajjiżhom huwa akbar mill- beneffiċċji tas-saħħa. Dan jirriżulta minn ċifri maħruġin mill-Ewrobarometru li juru wkoll kif 43% tal-poplu Malti qal illi l-Covid-19 la kellha u lanqas se jkollha xi forma ta' impatt fuq id-dħul personali tagħhom. Dan is-sondaġġ jirrifletti is- sitwazzjoni bejn nofs Marzu u bidu ta' April u allura meta Malta kienet għada b'ħafna postijiet u stabbilimenti magħluqa u attivitajiet li ma jistgħux isiru. Fil-fatt dan is-sondaġġ Ewropew jirrifletti propju s-sentiment negattiv li kien jinħass sew fil- pajjiż matul dawn il-ġimgħat hekk kif 46% kienu qalu li qed jaraw lill- pajjiż miexi fid-direzzjoni l-ħażina, filwaqt li kienu 36% li qalu illi miexi fid-direzzjoni t-tajba. Intant lura għall-flus u d-dħul, kienu 33% tal-Maltin li qalu illi l-pandemija affetwat d-dħul finanzjarju tagħhom u 23% qalu li sa dakinhar il-pandemija kienet għadha ma affetwatx tali dħul. L-inċertezza, tama u frustrazzjoni Intant is-sondaġġ tal- Ewrobarometru staqsa x'kien is-sentiment li kienu qed iħossu l-Maltin hekk kif kienu ħerġin mill-eqqel tal-pandemija. L-aktar sentiment qawwi u komuni kien l-inċertezza b'65% jesprimu dan is-sentiment - li huwa aktar mill- medja tal-UE li kienet tlaħħaq il- 45%. Imbagħad wara bi 38% kien hemm it-tama (Medja UE: 37%), frustrazzjoni b'41% (Medja UE: 34%). Il-Maltin semmew ukoll l-aktar il-biża' (35%) u s-solitudni b'24%. Kienu 18% biss li semmew id- determinazzjoni (Medja UE: 11%) u 10% li semmew il-kunfidenza. Intant fuq livell Ewropew, meta mistoqsijin x'iħossu li għandha tkun il-priorità Ewropea fir- rispons għall-pandemija 67% semmew il-vaċċin - jew aċċess effettiv u veloċi għalih jew inkella aktar flus biex ikunu żviluppati trattamenti u tip ta' vaċċin ġdid. Mistoqsijin x'jaħsbu li huma l-kwistjonijiet li l-Parlament Ewropew għandu jpoġġi bħala priorità l-Maltin semmew is- saħħa, il-faqar u l-esklużjoni u finalment l-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol. Fil-fatt kienu b'kollox 54% li semmew is-saħħa pubblika bħala priorità, it aktar minn mill-medja tal-UE (49%), 31% semmew il- faqar u l-esklużjoni soċjali u 33% semmew l-ekonomija u x-xogħol. Il-bidla fil-klima ssemmiet minn 48% filwaqt li l-immigrazzjoni semmiet minn 31%. Kważi l-Maltin kollha li ħadu sehem f 'dan is-sondaġġ (91%) qalu li jemmnu li l-UE għandu jkollha aktar kompetenzi fi kriżi bħal tal- Covid-19 filwaqt li 63% qalu illi huma kuntenti bis-solidarjetà li nwteriet fuq bażi Ewropea f 'dak li jirrigwarda l-Covid-19.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021