Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGAM Minkejja li skont statistika Malta tinsab fuq quddiem nett fir-rata ta' vaċċinazzjoni, b'122 vaċċin għal kull 100 persuna skont is-sit Statista. com, minkejja li pajjiżna huwa l-ewwel li laħaq il-Herd Immunity fl-UE u minkejja wkoll li n-numru ta' każi baqa' baxx ħafna, ir-Renju Unit xorta ma daħħalx lil Malta fil-Lista l-Ħadra. Dan il-pass, ġie fl-għajn tal- kritika ta' bosta, anke fil-Gvern Malti. Uffiċjal għoli tal-Gvern saħaq mal-ILLUM illi din id- deċiżjoni ma tagħmilx sens u mhi mibnija fuq ebda bażi ta' xjenza. "Hija biss deċiżjoni politika ta' Boris Johnson minħabba diffikultajiet u nuqqas ta' qbil li jista' jkollu mal-Unjoni Ewropea. Kollox politika. Hekk hi. U għal din id-deċiżjoni politika se tbati l-konsegwenzi Malta," qal dan l-uffiċjal li prefera jibqa' anonimu minħabba raġunijiet diplomatiċi. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi l-ewwel darba li tħabbru l-pajjiżi fuq il-lista l-ħadra, Malta ma għamlitihiex fuq din il-lista "bi żbrixx" u minħabba xi informazzjoni li kienet għadha mhux iċċarata. Fl-aħħar tliet ġimgħat iżda Malta laħqet dak kollu li kien hemm bżonn biex tkun fuq il- lista. Iżda minkejja r-riżultati pożittivi, il-Gvern ta' Boris Johnson, ħalla lil Malta barra u ma aġġornax il-lista. Aktar minn hekk, il-Gvern Ingliż saħansitra neħħa lill- Portugall mil-istess lista, xi ħaġa li ġabet kritika qawwija mill- industrija tal-Ivjaġġar. Is-sit Reuters irrapporta kif eluf ta' nies li kienu laħqu bbukkjaw vaganza fil-Portugall, jew li saħansitra jinsabu hemm huma nkorlati bil-kbir għal dan il-pass li qed jarawh bħala inġust, hekk kif ħarbtilhom il-pjanijiet kollha tal-ivvjaġġar, mingħajr ma jafu se jkollhom jagħmlu kwarantina - apparti li kien hemm min kellu jwaqqaf il-vaganza ħesrem u jmur lura r-Renju Unit bi spejjeż konsiderevoli. is-sit sky.com tikkwota lil British Airways tiddeskrivi din id-deċiżjoni bħala "inkredibbilment diżappuntanti u li ħolqot konfużjoni...Ir-Renju Unit qiegħed f 'punt kritiku u jeħtieġ jiftaħ l-ivvjaġġar ma' pajjiżi b'riskju baxx għall- ekonomija u anke biex familji jerġgħu jiltaqgħu." L-istess sit jikkwota lill-Kap Eżekuttiv ta' Easyjet Johan Lundgren jgħid li d-deċiżjoni hija "daqqa kbira" u li "sempliċiment mhix ġustifikata mix-xjenza." Huwa akkuża lill- Gvern ta' Johnson li l-ewwel jagħmel ir-regoli, imbagħad iqatta' l-ktieb tar-regoli. "Jinjora x-xjenza u jitfa' l-pjanijiet tan- nies f 'kaos." L-istess eżatt qal il- Kap tal-Linja tal-Ajru Ryanair. Bl-istess livell ta' kritika laqgħu din id-deċiżjoni fost l-akbar aġenziji tal-ivvjaġġar li jinsabu rrabjati għal mod kif saret it- tħabbira dwar il-Portugal. Intant din il-Ġimgħa - nhar il-Ħamis l-10 ta' Ġunju - se ssir protesta minn dawk li jaħdmu fl-industrija quddiem Westminister. Dan filwaqt li petizzjoni kontra s-Segretarju tat-Trasport Ingliż Grant Shapps propju fuq din id-deċiżjoni, kienet laħqet it-12,000 firma fi ftit aktar minn 24 siegħa. Bir-Renju Unit jibqa' l-akbar suq turistiku Malti, anke skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tal-2019, dan li ġara mhu xejn għajr daqqa kbira għas-settur. Skont l-NSO, fl-2017 ġew Malta 560,893 turist mir-Renju Unit, li żdiedu għal 640,570 fl-2018 u reġgħu żdiedu marġinalment għal 649,624 fl- 2019 - l-aħħar sena turistika sħiħa. L-Ingliżi huma segwiti mit-Taljani hekk kif fl-2019 ġew għal vaganza 392,955 turist Taljan. Ara wkoll Paġna 21 Rabja għal Johnson minn eluf li nqabdu l-Portugall, l-industrija tal-ivvjaġġar u anke minn Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021