Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 mill-Maltin, għall-Maltin, u bil-Malti'; L-ILLUM titkellem 'Il-kanzunetta li tirrappreżenta lil pajjiżna hi prodott Malti?' - Richard Micallef, irrappreżenta lil Malta fil-ESC tal-2014 Richard Edwards Micallef hu sinonimu mal-Malta Eurovision Song Contect (MESC). Mhux talli ħa sehem f 'dan il-festival u wasal fil-finali kemm-il darba talli fl-2014 irrappreżenta lil Malta fid-Danimarka flimkien ma' Firelight bil-kanzunetta tagħhom "Coming Home". Mistoqsi din il-mistoqsija, Micallef wieġeb li fil-verità hemm mistoqsija ferm aktar importanti li rridu nistaqsu u dik hi, "il-kanzunetta li nagħżlu biex nirrappreżentaw lil pajjiżna biha fil-Eurovision hi prodott Malti?" Dan il-kantant kien minn tal- ewwel li din is-sena kkritika permezz tal-midja soċjali l-metodu ta' kif saret tintgħażel diska għall-ESC. Fl- opinjoni tiegħu fl-aħħar ftit snin il-kanzunetti li ntellgħu ma kinux prodott Malti. Fil-fatt hu stqarr mal-gazzetta ILLUM li "d-diska Je me Casse kienet prodott barrani kantat minn persuna Maltija." Micallef spjega li hu saqsa lin-nies inkarigati minn din id-deċiżjoni, "għaliex il-proċess kollu ma jistax isir lokalment?" - Dan ifisser kantant/a Malti/ja u kanzunetta Maltija miktuba mill-Maltin stess. It-tweġiba tagħhom kienet sempliċement "biex itejbu l-kwalità tal-konkors tal-kanzunetta." Micallef iħoss li dan hu insult għall-awturi u l-produtturi Maltin. Hu kompla jgħid li hu "totalment favur kanzunetta għall-Eurovision miktuba minn awturi Maltin, kantata minn kantanti Maltin, u anki titkanta bil-lingwa Maltija, għaliex le?" Il-problema tiegħu iżda tibqa' l-votazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu għandha tkun 100% televoting imma mhux bis-sistema li qed tintuża bħalissa għax skont hu ma taħdimx. Micallef iċċarra li l-problema bis- sistema bħalissa tat-televoting hija li ħafna nies li jaraw l-ispettaklu ma jivvutawx. 90% tal-pubbliku qabel kien isegwi l-MESC imma minnhom 5% biss jew anqas fil-fatt jivvutaw u dik hija problema kbira billi ħafna. Apparti li dawk il-5% huma voti influwenzati xorta waħda. Madankollu Richard temm jgħid li din tista' tiġi rranġata billi l-votazzjoni ssir b'xejn u jingħata wkoll iċ-ċans lil kull min jivvota jirbaħ premju. "Hekk tagħti lin-nies inċentiv sempliċi u attraenti biex tivvota tista' tasal biex iġġib numru sostanzjali ta' votanti biex b'hekk ikun riżultat aktar preċiż. Dan kollu huwa l-mod ideali biex jintrebaħ il-Eurovision? Forsi iva, forsi mhuwiex imma fl-aħħar mill- aħħar dan il-festival m'għandux ikun biss dwar ir-rebħa u jekk xi darba naslu biex nirbħu l-Eurovision, għandna nkunu kburin li wasalna bi prodott verament Malti." 'Il-lingwa tagħna hi l-identità tagħna u għandna nkunu kburin' - Michela Galea, kantanta Il-gazzetta tkellmet ukoll ma' Michela Galea li għamlet suċċess u isem lil Malta barra minn xtutna diversi drabi. Galea hi wiċċ sinonimu wkoll ma' kompetizzjonijiet bħal Mużika Mużika, l-Għanja tal-Poplu u anke il-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Għandha għal qalbha l-lingwa Maltija u dan jidher biċ-ċar. Ma kinetx ta' sorpriża li mal- ewwel qalet li taqbel li xi darba Malta għandha titla' b'diska Maltija. Hi sostniet li l-Malti hu iktar minn sempliċiment lingwa, "il-lingwa tagħna hi l-identità tagħna u għandna nkunu kburin." Hi sostniet li hawn numru ta' artisti li huma famużi għall-kant tagħhom bil-lingwa Maltija u saħansittra bands bħal 'The Travellers'. Fakkret ukoll li sa ftit snin ilu fil-MESC, kien hemm Janice Mangion li wara ħafna żmien bin-nuqqas tal-lingwa Maltija f 'dan il-festival, ikkompetiet bid-diska 'Kewkba' u r-riżultat li kisbet tkellem waħdu. Ippuntat lejn il-fatt ukoll li t-tlett kanuzunetti li din is- sena kisbu l-iktar voti fil-ESC kienu kollha b'lingwi differenti imma qatt bl-Ingliż. Hawn hi rreferiet għal Franza li ġew it-tieni post bid- diska Voilà ta' Barbara Pravi u l-Iżvezzja bid-diska Tout l'univers ta' Gjon's Tears. Hi temmet tgħid li mhemmx għalfejn m'għandniex għalfejn dejjem nitilgħu b'kanzunetta Maltija u nabbandunaw il- lingwa Ingliża iżda tajjeb li nerġgħu nippruvaw. Dak li rrapportat il-Gazzetta ILLUM Il-gazzetta ILLUM permezz ta' POLAR ressqet żewġ mistoqsijiet dwar il-Eurovision, f 'sondaġġ xjentifiku matul l-aħħar ġimgħa ta' Mejju. Il-gazzetta staqsiet lill- parteċipanti, jekk jaħsbux li Malta għandhiex tibqa' tieħu sehem fil-Eurovision kif ukoll jekk jaħsbux li s-sena d-dieħla Malta għandhiex titla' għall- Eurovision b'diska bil-Malti jew inkella bl-Ingliż. Fuq l-ewwel mistoqsija, kważi nofs il-parteċipanti, jew 49.9% irrispondew li Malta għandha tibqa' tipparteċipa, filwaqt li hija minoranza ta' 32.5% li jħossu illi Malta għandha tieqaf titla' għall-Eurovision. L-oħrajn, jew 17.5%, ma jafux probabbilment għax ma tantx jinteressahom wisq jew inkella għax ma għandhomx opinjoni dwar is-suġġett. Min-naħa l-oħra, minkejja li kien hemm min semmieha bħala soluzzjoni biex forsi xi darba ngħollu t-trofew, huma 19.8% biss li jemmnu li għandna nitilgħu b'diska bil-Malti. Maġġoranza relattiva ta' 45% jemmnu li għandna nżommu mal-lingwa Ingliża filwaqt li iktar minn tliet persuni minn kull 10 ma għandhomx opinjoni. L-aktar parteċipanti li jaqblu illi għandna nitilgħu b'diska bil-Malti, huma dawk ta' aktar minn 65 sena, anke jekk huma 29.8% li jemmnu dan filwaqt li l-maġġoranza tal-anzjani (45.8%) xorta jemmnu li għandna nitilgħu b'diska bl- Ingliż. Min-naħa l-oħra l-inqas li jemmnu li Malta tista' tirnexxi b'diska bil-Malti huma dawk ta' bejn is-36 u l-50 sena fejn 13.4% wieġbu b'dan il-mod. Dan il-grupp ta' età huwa l-aktar wieħed li jemmen li d-diska Maltija għall- Eurovision għandha tibqa' dejjem bl-Ingliż b'53.3%. Ħarsa lejn il-lingwi li rajna fil- passat fil-ESC "Zitti E Buoni" ta' Måneskin la kienet tal-ewwel u mhix se tkun tal-aħħar li tirbaħ dan il-festival avvolja mhux miktuba bl-Ingliż. Vera, li l-argument jibqa' li fil-festival hemm pajjiżi oħra li jifmhu din il-lingwa iżda Malti aħna biss nimuh. Madankollu għal snin twal fil-bidu tal-ESC, ir- rebbieħa ma rebħux b'diski Ingliżi sakemm ma kinux minn pajjiżi fejn l-Ingliż hu l-lingwa primarja tagħhom, bħall-Ingilterra u l-Irlanda. Fost l-aktar diski famużi mhux Ingliżi nsibu Tu Te Reconnaîtras ta' Anne-Marie David (Lussenburgu, 1973), J'aime La Vie ta' Sandra Kim (Belgium, 1986), u Ne Partez Pas Sans Moi tal-kantanta famuża Celine Dion (Żvizzera, 1988). Malta diġà telgħet fl-ESC b'diska Maltija infatti l-ewwel darba li ħadet sehem lura fl-1971, kien tela' Joe Grech bid-diska "Marija l-Malija". Sena wara telgħu Joe Cutajar u Helen Micallef bid- diska "L-imħabba". Għalkemm kulħadd mal-ewwel jaqbad ikanta "imħabba hi bacio, bewsa, u kiss" malli jiakar f 'din id-diska, kemm din u anke ta' qabilha ġew fl-aħħar tal-klassifika meta telgħu jirrappreżentaw lil Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021