Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum 'Għandu jkollna kanzunetta miktuba mill-Maltin, mal-kantanti Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' kantanti stabbilti Maltin u staqsiet; "għandha Malta titla' għall-Eurovision b'diska Maltija?" MARIANNA CALLEJA Immaġina vulkan li sena wara sena jiżbroffa u wara ġimgħat ta' nar, irmied u duħħan, jorqod. L-istess il-Eurovision (ESC). Darba f 'sena dan is-suġġett jiżbroffa u wara ġimgħat ta' passjoni, diżżapunt u rabja, jorqod. Din is-sena bħal donnu d-diżżapunt u r-rabja kienu fuq skala ikbar u dan kollu wassal għal ammont sostanzjali ta' artikli, filmati, ritratti u opinjonijiet fuq il-midja soċjali. Fosthom insibu l-imħabba li nibtet bejn il-kantant Norveġiż, TIX, u l-kantanta tal- Ażerbajġan, Efendi; ir-ritratti akkumpanjati mill-artikli dwar il-kantant David Damiano minn Måneskin u l-kokaina wara r-rebħa tat-Taljani; l-artikli dwar it-tim Malti li ġie akkużat li lagħab flus fuq Destiny mill-baġit allokat lilu; u fl-aħħar il-fażi ta' ossesjoni essaġerata fuq l-istess kantant David Damiano miż-żgħażagħ fuq tiktok wara li telqet ir-ragħwa minn ħalqna. Iżda din is-sena reġa' qam ukoll l-argument tal-lingwa u ħafna reġgħu sabu ruħhom isaqsu lilhom infushom, "la t-Taljani rebħu b'diska Taljana, għaliex is-sena d-dieħla ma nibagħtux kanzunetta Maltija?" Il-gazzetta ILLUM għoġobha dan is-suġġett u fil-fatt ħmistax ilu b'sondaġġ li sar permezz ta' POLAR staqsiet propju dik l-istess mistoqsija. Issa l-gazzetta daret fuq kantanti stabbiliti Maltin u staqsiet l-opinjoni tagħhom fuq dan kollu. 'Tiġini naturali li nesprimi ruħi aħjar bil-lingwa tiegħi' - Julie Pomorski, kantanta Julie Pomorski hi kantanta veterana li mhux l-ewwel darba li tkellmet ma' din il-gazzetta. Din id-darba l-gazzetta daret fuqha biex issaqsi l-opinjoni tagħha dwar din il-kontroversja. Ir-risposta tagħha kienet waħda ċara, Pomorski taqbel li Malta għandha titla' b'diska Maltija. Fil-fatt hi qalet, "ma nsibx raguni għaliex Malta m'għandhiex ikollha kanzunetta bil-Malti." Hi esprimiet li l-muzika hija lingwa internazzjonali u l-ħsus tal- kantant jirriflettu l-lirika. Intant il-katanta bravissima insistiet ukoll li apparti minn hekk il- ħoss tal-lingwa Maltija nnifsu jista' jintuża bħala strument speċjalment jekk ikun imfassal sew fil-kanzunetta. Julie Pomorski temmet tgħid, "jien nitkellem bil-Malti u naħseb bil-Malti. Allura tiġini naturali li nesprimi ruħi aħjar bil-lingwa tiegħi." 'Kanzunetta tista' tkun bi kwalunkwe lingwa u tkun sabiħa' - Marc Calleja Bayliss, Artist Jaf hu wiċċ ġdid mal-qarrejja ta' din il-gazzetta iżda Marc Calleja Bayliss hu l-persuna li jieħu ħsieb diversi kantanti Maltin bħala manager tagħhom inkluż Julie Pomorski u Michela Galea. Calleja Bayliss beda billi qal, "naħseb li l-mistoqsija qatt m'għandha tkun jekk Malta jaqblilhiex titla b'kanzunetta bil-Malti, għaliex hekk il- lingwa tiġi interpretata bħala waħda inferjuri fuq dik bl-Ingliż." Hu jemmen li kanzunetta tista' tkun bi kwalunkwe lingwa u tkun sabiħa. Fakkar ukoll li matul dawn l-aħħar snin, rajna numru ta' pajjiżi li b'mod regolari jieħdu sehem bil-lingwa tagħhom, anke b'suċċess. Dawn allura wasslu biex jikkonkludi "naħseb li iva wasal iż-żmien, li nippreżentaw il-lingwa tagħna fuq skala internazzjonali, għaliex hekk jistħoqqilha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021