Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 jitmexxa minn nofs tużżana b'id bħal qarnita' metropoli żgħir. Fir-realtà ta' din il-lokalità llum x'taħseb li għandu jinbidel? X'taħseb li għandu jiġi protett? X'għandu jinbidel? It-tweġiba tiegħi se nagħtiha permezz ta' żewġ mistoqsijiet oħra: "X'irridu minn San Ġiljan jew minn pajjiżna? Lil min iridu nġibu ġo San Ġiljan jew f 'Malta? Meta nwieġbu dawn il-mistosijiet, allura nimu x'iridu nbiddlu u x'hemm bżonn nagħmlu! Biex inkompli nwieġeb: X'tip ta' turisti rridu fostna? Dawk ta' kwalità jew rridu biss numri? Jekk irridu turisti ta' kwalità, allura hemm bżonn nagħmlu ħafna ħwejjeġ biex inġibu dawn it-turisti u ma jkunux biss 'one time tourists' imma jsiru klijenti li jħobbu lil pajjizna. Fl-imgħoddi kellna turisti li kienu jħarsu lejn Malta bħala t-tieni dar tagħhom! Turist ta' kwalità ifisser mhux biss restoranti, bars u clubs ta' kwalità imma wkoll infrastruttura ta' kwalità. Ifisser traffic managment ta' kwalità. Ifisser bajjiet ta' kwalità. Ifisser sigurtà ta' kwalità. Minn naħa l-oħra, jekk irridu turisti tal-massa, allura nkomplu nibnu bla gost, inkomplu nieħdu l-bankini, nħallu ż-żibel barra, naqtgħu kull siġra li nsibu, storbju bla rażan, ma nżommux ordni u ma ninfurzaw l-ebda regola biex b'hekk kulħadd jagħmel li jrid u jieħu gost kemm irid! X'qed iwaqqaf lil diversi Kunsilli Lokali Maltin milli jagħmlu bħal diversi Kunsilli Għawdxin u jingħaqdu kontra dak li sejħu 'żvilupp eseġerat'? L-Għawdxin urewna li huma jġibu l-interess ta' Għawdex qabel l-interessi tal-partit politiċi tagħhom. Sabu dak li jgħaqqadhom ... l-imħabba u l-ġid ta' Għawdex. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li minn żmien għall-ieħor ikun hawn anke din l-għaqda wkoll f 'Malta. Mhux l-ewwel darba li kunsilli jingħaqdu bejniethom fuq xi applikazzjoni partikolari jew xi inizjattiva. Per eżempju, il-Kunsill ta' Pemrboke, dak ta' San Ġiljan u s-Swieqi ingħaqdu flimkien fuq l-applikazzjoni tal- DB. Hemm Kunsilli ohra li għamlu l-istess. Isir l-argument, illi la l-liġi tagħtini d-dritt li nwaqqa' d-dar u nibni blokka flats fi triq partikolari, jiena għandi dritt napplika u għandi dritt nistenna li dak il-permess jgħaddi. Kif se twieġeb lil min jgħidlek hekk? L-ewwelnett wieħed irid jiem u jfiehem li ma hemm l-ebda 'dritt biex wieħed jibni' imma hemm biss policies ta' kif/meta/fejn wieħed jista' jibni. Nemmen li kif inbiddlu liġijiet sħaħ li ġabu riformi kbar fit-tessut tas-soċjetà jistgħu jinbidlu wkoll dawn policies! Fejn hemm ir-rieda, l-affarijiet isiru. Għalhekk nerġa' ninsisti li hemm bżonn li jkun hemm aġġornar tal-policies. Ma nistgħux nibqgħu b'dawn il-policies li qed iwasslu għal ħsara kbira f 'kull lokalità. Każ ċar huwa fejn hemm it-terraced houses. Dawn qed jispiccaw jitwaqqgħu biex jinbdew apartmenti minflokom. Dan mhux biss qed ibiddel l-istreetscape tat-triq imma qed jittieħdu l-ġonna ta' quddiem u wara ta' dawn id-djar. Dan qed iwassal għall-qerda ta' ġonna sħaħ u għal ġirien li jispiccaw b'ħajt quddiemhom! Oħrajn qed jispiċċaw bla xemx. Min għandu pannelli tax-xemx x'se jagħmel? Għalhekk hemm bżonn li ġonna jkunu protetti u mħarsa. Paceville - post storbjuż ħafna għax marbut mad-divertiment. Kif se ssib bilanċ bejn in-natura tad-divertiment u r-residenti ta' Paceville? Paceville huwa dak li huwa u dan ilu ġej. Nemmen li hemm bżonn ikun hemm aktar bilanċ u rispett bejn il-komunità kummerċjali u dawk il-it residenti li baqa'. Imma 'Paceville' ma jinsabx biss f 'Paceville imma jinsab f 'San Ġiljan kollu! Minħabba policy li tgħid li din il-lokalità hija waħda turistika, wieħed jista' jiaħ bar/ristorant/ guest house fejn irid f 'San Ġiljan! Dan qed iwassal biex id-dar ta' ħdejja ssir bar jew ristorant bl-imwejjed u s-siġġjiet barra, biex ma nsemmix li jittieħdu l-parkeġġi biex isiru platforms wkoll! Jista' wieħed jimmaġina xi kwalità ta' ħajja jispiċċaw jgħixu r-residenti tagħna? Wasal żmien li din il-policy titneħħa u jkun hemm buffer zones bejn ir-residenti u l-kummerċ. B'hekk min irid jinvesti jaf li f 'dik iż-żona ma jistax jkun hemm l-ebda attività kummerċjali. Ma jistax ikun li San Ġiljan jispiċċa Paceville kollu fejn ir-residenti jispiċċaw ikollhom jitilqu. Ma jistax ikun li r-residenti jispiċċaw dejjem l-aħħar. Ma jistax ikun li kull toqba f 'San Ġiljan, kull bankina, kull post miuħ u anke issa l-Bajja tal-Balluta tittieħed biex nagħmlu tajjeb għal kummerċ! Din hija darna u għandha dritt bħal u daqs kulħadd li ngawdu l-ħajja u l-propjetà tagħna fil-kwiet u bir-rispett meħtieġ. Hija ironika li min jiġi jibni u jagħmel proġetti kbar imbagħad personalment jgħix fil-kampanja bil-veduti sbieħ quddiemu u jgerger meta jsir xi żvilupp quddiemu/ħdejh. Barra minn hekk, hemm bżonn li l-komunità kummerċjali tirrispetta lir-residenti tagħna aktar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju, ħinijiet ta uħ/għeluq u ġbir ta' skart. Din tal-aħħar qed twassal għal skart maħruġ f 'ħinijiet li mhux suppost. Kull bar/ristorant għandu bil-liġi jkollu kollettur privat biex jiġbor l-iskart. Dan mhux qed iseħħ. Il- Kunsill jiġbor biss skart residenzjali u mhux dak kummerċjali! Nagħmel appell lill-MTA u lill-ERA biex jagħmlu infurzar tal-liġi għaliex l-iskart barra mhux biss huwa ta' ħsara lir- residenti imma anke lit-turisti li jiġu fostna! Għaldaqstant huwa fl-interessi ta' kulħadd li jkun hemm aktar armonija u kwalità ta' kummerċ. Nemmen ukoll li l-Kunsill Lokali, bħala l-Gvern tal-lokalità, għandu jkollu aktar saħħa biex jara li jkun hemm infurzar u tmexxija aħjar! Hija ironika li filwaqt li niaħru li nagħtu l-importanza lill-Kunsilli, imbagħad nispiċċaw neħdulhom is-saħħa li jieħdu ċertu deċizjonijiet. Eżempju ċar huwa fejn jidħlu l-kwistjonijiet tal-imwejjed u siġġijiet. Il-Kunsill jaf sew il-lokalità u fejn dawn huma tajbin u fejn mhumiex. Ma jistax ikun li hija l-PA minn wara skrivanija li tieħu deċizjoni u tiġi taqa'u tqum minn dak li jgħid il-Kunsill. Hemm bżonn li f 'dan ir-rigward, l-aħħar kelma tkun tal- Kunsill.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021