Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 GREEN PAPER Konsultazzjoni Pubblika 15 ta' Ġunju – 13 ta' Lulju 2021 info@cleanervehicles.gov.mt www.environment.gov.mt mal-gvern. Il-prekarjat ma jaqax mis-sema; jikber fl-għelieqi għammiela għalih. Għalhekk tajjeb jingħad x'miżuri tieħu l-Politika ġdida vis-à-vis dawn is-setturi. Aktar milli identitajiet soċjali, l-uniku kappell komuni għalihom hu s-settur soċjali, dak tal-ħaddiema bi prezz tajjeb għal min iħaddem. Se tħeġġeġ aktar flessibbilta` u kompetittivita` u tinjora l-prekarjat? Taħriġ Nuqqas ta' ħiliet, eċċ, u żid magħhom Covid-19, jistgħu jfissru inkwiet għal min iħaddem. L-employers jemmnu li huma aktar kapaċi mill-gvern iħarrġu u jżommu l-impjegati tagħhom produttivi (adattabbli, f 'saħħithom, kompetenti, eċċ.). Issa, biex il-ħaddiema jibqgħu impjegabbli u jkun ħaqqhom żieda fil-pagi, jintqal, jeħtieġ jissoktaw fit-taħriġ għal għomorhom. Jekk nemmnu fil-prinċipju tal-cost- and-returns tal-kapital uman, tant jitħarrgu li sakemm jixjieħu għandhom isiru miljunarji. Barra minn dan, x'se tagħmel bil- ħaddiem f 'Malta li jitħarreġ biex jikkompeti ma' dawk ġejjin minn barra, meta dawn lesti jaqilgħu anqas għax lura f 'pajjizhom biżżejjed? Faċli titfagħha fuq l-impjegati. Il-ħaddiema barranin juru l-vantaġġ tal-flessibiltà għal min iħallashom ... u jkeċċihom mingħajr ksur ta' liġi. il-ħaddiema Maltin mhux daqshekk faċli tkeċċihom għax m'għadux żmien l-emigrazzjoni. Ma dawn, min iħaddem ikollu jinqeda bi skemi ta' reskilling u upskilling. Imma m'għandux jinħasad bin-nuqqas ta' entużjażmu minn ħaddiema li sal-bieraħ tħallsu għal xogħol illum mhux apprezzat aktar. Nuqqas ta' entużjażmu ieħor il- Politika tal-Impjiegi m'għandhiex tittraskura hu dak tal-employer 'free rider', dak li ma jħallasx għal taħriġ kontinwu tar-'riżorsi umani' li mingħajrhom ma jgħaddix. Il-gaġġa tat-taħriġ ċertifikat It-taħriġ għandu jiġi kkumpensat. Sejjaħlu ċertifikat, award, kwalifika, (mikro) kredenzjali, eċċ. imma aħjar jintqal x'joffri u jekk, fost oħrajn, huwiex xogħol mhux imħallas. Kif issostni wara kollox l-Organiżazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), "l-individwi huma l-aktar impjegabbli meta jkollhom edukazzjoni u taħriġ wiesgħa" (2018). Edukazzjoni wiesgħa, anki tul il-ħajja, ma tistax tiggarantixxi li ssolvi l-problemi soċjali, is-servizzi tas- saħħa, twassal għal impjiegi aktar interessanti, eċċ., imma tirrispetta l-ħaddiem bħala persuna li ħajtu ma tibdix u tieqaf fil-post tax- xoghol. Wara kollox, il-'persuna' ġa apprezzata fix-xogħol anki jekk għal finijiet ta' suq. L-aġendi ta' taħriġ jirrikonoxxu ħiliet marbuta ma' relazzjonijiet interpersonali (eż., imġieba mal-klijenti). Xi sidien jistennew lill-ħaddiema iħossuhom membri tal-familja fuq il-post tax-xogħol. L-apprezzament tal- persuna iwassal fatturi personali jiġu integrati bħala assets fis-CV. Ghalhekk paradossali kif, kontra dawn il-ħiliet ġeneriċi, employers lokali għadhom interessati aktar f 'taħriġ f 'ħiliet speċifiċi. Frott in-nuqqas fil-provvista ta' ħiliet, pjanijiet short-term u l-biżgħa li jitilqulhom l-impjegati, it-taħriġ jintrabat ma' prodott/servizz partikolari għall-bejgħ; investiment f 'teknoloġija speċifika; eċċ. Għeluq Il-politika tal-impjiegi se toffri 'miti' li jċaqilqu s-suq anki jekk mhux tant ġodda bħad-diġitaliżazzjoni, l-AI, is-sostennibbilità. Imma, lil hinn mill-miti, l-istima tal-impjiegi turi li għas-snin li ġejjin, imqabbla mal-bqija tal-UE, xorta se jkollna aktar xogħol ta' rutina bhal fl-ICT u kaxxiera li t-teknoloġija li qed tiżviluppa se telimina. L-iSkills Forecast (Cedefop) dwar l-aġenda ġdida tal-ħiliet f 'Malta, tipproġetta għall-ħames snin li ġejjin ħaddiema mingħajr [sic] jew bi it ħiliet; rata maħsuba li se tibqa' akbar mill- medja tal-UE. F'dan l-artiklu l-interess kien wieħed ta' ġustizzja jew in-nuqqas tagħha mal-impjegat bħal, per eżempju, meta wieħed jistaqsi għala min jaħdem mal-anzjani hu anqas apprezzat minn dak li jbigħ l-imħatri. Għalhekk il- politika tal-impjiegi għandha titqies suċċess jekk tgħin speċjalment il-ħaddiem prekarju fir-riskju tal- faqar, tiġġieled tkaxkir fuq il-paga minima, sfruttament waqt it-taħriġ, inċidenti serji u mwiet regolari fost l-impjegati fil-kostruzzjoni, eċċ., il-lista ta' dawn li tul il-pandemija ma kellhomx għażla jaħdmux barra jew le. Għalhekk irid jiġi stabilit jekk il-Politika ġdida se tħares biss lejn tqassim ta' impjiegi fis-setturi u tinjora tqassim ta' ġid maħluq mill-impjegati. Dwar dan hemm bżonn l-evidenza. Ir- Rapport tal-Kummissjoni dwar Malta, imsemmi qabel, jikxef kif miżuri ġodda jibqgħu mhumiex evalwati bl-evidenza. Għalhekk f 'din il-Politika, għandu jinħoloq mod kif tevalwa s-suċċess tal- proposti, u fost oħrajn, skont titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema bħal per eżempju, edukazzjoni u taħriġ wiesgħa bi dritt, anki waqt il- ħin tax-xogħol. Hawn tidħol il-liġi; il-politika ma tistax tibqa' siekta. Il-vittmi tas- sagrifiċċju ħarġu aktar biċ-ċar. Bil- barrani, il-JobsPlus irnexxielu jżomm il-pagi baxxi, jitma' l-kostruzzjoni, ristorazzjoni u manifattura lokali, u, mid-dħul fuqu, iżomm il-welfare – inklużi saħħa u pensjonijiet – mill- kollass

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021