Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

FEJN NINSABU U FEJN SEJRIN? 10 analiżi IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum IX-XOGĦOL F'MALTA; Joe Gravina janalizza il-qagħda tal-impjiegi f'Malta fid-dawl tal- fatt li sa Settembru 2021 trid titlesta l-Politika tal-Impjiegi ġdida għal Malta. Iżda dwar il-qagħda tal-impjiegi f'Malta, diġà nafu ħafna, kemm minn dak li jiġi osservat u anke mir-Rapport dwar Malta 2020 tal-Kummissjoni Ewropea. X'wera dan? Għaliex? X'se jsir biex jonqos il-prekarjat? Fejn jidħlu l-ħaddiema barranin? JOE GRAVINA It-18 ta' Marzu li għadda, tul laqgħa għas-settur edukattiv dwar Politika tal-Impjiegi ġdida għal Malta, tħabbar li din trid titlesta sal-aħħar ta' Settembru 2021. Għalkemm id-dokument 2020 Skills Forecast Malta (Cedefop) ġa antiċipa x-xenarju tal-impjiegi f 'Malta għas-snin li ġejjin, din il-Politika tagħti titwila usa' mill-ħiliet. Dwar il-qagħda tal-impjiegi bħalissa, ir-Rapport dwar Malta 2020 tal-Kummissjoni Ewropea juri Malta kellha fost l-akbar persentaġġi ta' ħolqien tax-xogħol - wara Ċipru, Litwanja, Bulgarija u Kroazja - bejn l-2018 u l-2019 qabel il-pandemija. Iżda, fl-istess żmien kellha, (i) l-ogħla disparità bejn is- sessi fl-impjiegi fl-UE; (ii) rata għolja ta' dawk b'livell baxx ta' ħiliet; (iii) 50.2% biss attivi fl-età bejn 55 u 64 (medja UE, 58.7 %). Għala Politika nazzjonali? Għalkemm l-Unjoni Ewropea għandha l-Politika tal-Impjiegi tagħha, l-istati membri joħolqu tagħhom u b'hekk jiżguraw awtonomija. Din tippermetti lir-rapprezentanti tal-imsieħba soċjali jsejħu għall-għaqda nazzjonali u jibnu konverġenza ta' interessi bejn sidien, management u impjegati fuq il-post tax-xogħol. Bħal fil-loġika tal-kuntratt tax- xogħol, kollha jitqiesu daqs li kieku l-istess. Saħansitra mexxejja tal-unjins ifittxu xogħol għall- employers u jitkellmu dwar konverġenza ta' interessi. Imma tkun prammatiku u tiddjaloga ħaġa, konverġenza ta' interess oħra. Il-konverġenza, jekk din l-aħjar triq, għandha tkun fit- tqassim tal-ġid. Aħjar jekk dil- politika tal-impjiegi turi min se jagmel l-akbar sagrifiċċji. It-tema Sabiex tiskopri min iġorr l-akbar piż, trid tara l-kundizzjonijiet, fost oħrajn, li m'hawnx bizzejjed, • ħaddiema (filwaqt li nħallu migranti, ħafna minnhom ifittxu xogħol, għal rashom fl- ibħra tagħna), kif ukoll xjuħ attivi, u twelid sostennibli; • ħiliet meħtieġa (anki b'ċentri ta' taħrig b'investimenti kbar); • infrastruttura adekwata. Is-soluzzjonijiet kienu, kif wieħed jistenna meta jkun jaf dawk li ħarġu bihom, funzjonali: • il-care centres b'xejn li jeħilsu lill-ommijiet mit-tfal, u lin-nanniet min-neputijiet, ħalli t-tnejn joħorġu jaħdmu; • aktar taħrig vokazzjonali u hands on fl-iskejjel li jżid l-offerta f 'kurrikulu ġa mimli daqs bajda; • jiżdied il-budget tal- iMcast. Meta (i), (ii) u (iii) ma kenux biżżejjed, JobsPlus ġab aktar barranin biex isostnu żvilupp bla rażan. Hawnhekk, in-nuqqas ta' konverġenza ħareġ bejn l-ekonomija li ssostni l-impjiegi u, fost oħrajn, il-kuntest soċjali u l-impatt fuq r-riżorsi limitati tal-pajjiż. Il-vittmi tas-sagrifiċċju ħarġu aktar biċ-ċar. Bil-barrani, il-JobsPlus irnexxielu jżomm il- pagi baxxi, jitma' l-kostruzzjoni, ristorazzjoni u manifattura lokali, u, mid-dħul fuqu, iżomm il-welfare – inklużi saħħa u pensjonijiet – mill-kollass. L-impjegat u d-diversità Għall-Politika tal-Impjiegi, il- pern jibqa' il-ħaddiem. Dan iġorr il-piż. Għalhekk paradossali kif jista' jitqies piż. Fl-istatistika, jintuża t-terminu 'unit of labour cost', jiġifieri il-ħaddiem piż fuq min iħaddem. Id-diskors ta' kapital uman u ta' riżorsi umani jsostnu dan. Meta dan il-ħsieb isir sens komun, faċli tħawwad l-interess nazzjonali mal-isfruttament tar- riżorsi umani, fejn jitnaqqas il-piż ta' ħlas għax-xogħol. Dan joħroġ ċar meta tiffoka fuq setturi soċjali, fosthom id-diżabbli, in-nisa, il- barranin, eċċ. Fil-qosor ... • In-nisa Nibdew bin-nisa Maltin. Il- Politika tal-Impjiegi, wieħed jistenna, tħeġġiġhom ikomplu bl-istudju u bl-impjieg barra djarhom; dak li jagħmlu mat-tfal u x-xjuħ qraba mhux impjieg. Forsi jingħataw inċentivi oħra barra arranġamenti għat-taxxa fuq id-dħul, u żieda fi żmien tal-maternità u l-adozzjoni. Il- part timers, kemm jaqilgħu, ma jiġix ittestjat. L-esperimenti bl-inċentivi ma rnexxewx ma' kulħadd: bejn il-15 u l-64 sena, 64% biss min-nisa kontra 85% mill-irġiel huma attivi, l-akbar distakk fl-UE. Hemm raġuni(jiet): il-part-time (fl-2018, 6.5% tal- irġiel, 23.0% tan-nisa) jintrabat ma' ħiliet medji u baxxi u fuq kollox aktar sfruttament. Niakru li d-dħul jaffettwa kif tintegra fis- socjetà u l-istatus socjali. Fl-aħħar tal-mazzita ssib 46% diskrepanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-pensjoni. • Il-barrani Il-kwistjoni tal-ħaddiema barranin mhijiex waħda omoġenea – fost kważi 70,000, hemm min jitħallas lanqas fost il-ħaddiema f 'Malta. Suq tax-xogħol li jħaddem 62.2% b'livell baxx ta' ħiliet (2018) jassorbihom mingħajr problemi; u mingħajrhom jeħel kollox. Jekk 'suq ħieles' jitqies effiċjenti, ta min jistaqsi l-effiċjenza msarrfa f 'nuqqas ta' ħlas xieraq u drittijiet soċjali/politiċi, u f 'barranin ibatu aktar riskju ta' faqar mill- Maltin, lil min isservi? Sidien il-kera jirringrazzjaw li ħielsa jgħollu l-kera (u minn fuq jeħel il- ħaddiem barrani). • Diversità u Prekarjat Dawn is-setturi soċjali jbatu mix-xafra tal-prekarjat. Hawn jidħol il-kuntrattur sabiex jieħu ħsieb isinn ix-xafra u jżomm il-produttività għolja anki fil- prekarjetà. Saħansitra f 'xogħol Għalhekk il-politika tal-impjiegi għandha titqies suċċess jekk tgħin speċjalment il- ħaddiem prekarju fir-riskju tal-faqar, tiġġieled tkaxkir fuq il-paga minima, sfruttament waqt it-taħriġ, inċidenti serji u mwiet regolari fost l-impjegati fil- kostruzzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021