Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet Id-detenzjoni solitarja għandha tkun biss miżura f'każi estremi - Rapport tal-Università Rapport mill- Fakultà tal- Benesseri Soċjali jisħaq li l-detenzjoni solitarja fil- ħabs għandha tkun miżura ta' kura restrittiva biss, f'ċerti ċirkostanzi u b'sorveljanza... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-Dekan tal-Fakultà tal- Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi flimkien mar- riċerkatur Jamie Bonnici u Dr. Ruth Farrugia qed jipproponu li żewġ klawżoli fil-Kodiċi Kriminali jitneħħew, biex b'hekk titwaqqaf il-prattika tad- detenzjoni solitarja fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Din il- prattika hija waħda li permezz tagħha, priġunier jitpoġġa f 'ċella għalih maqtugħ mill-bqija tal- priġunieri jew bħala forma ta' kastig jew inkella bħala parti mis-sentenza. F'rapport Azzopardi, Bonnici u Farrugia qed jisħqu li ssir riforma li permezz tagħha jitneħħew klawżoli li jgħidu illi din id- detenzjoni hija meta "priġunier - waqt li qed jiskonta sentenza - jiġi msakkar f 'post apposta fil-ħabs, mingħajr ma jitħalla jara persuni oħrajn, li mhumiex xogħol jew inkella mhux awtorizzati mill- Ministru biex iżuruh." Huma qed jisħqu li detenzjoni solitari tista' tintuża biss f 'każi li huma meqjusin bħala dawk marbutin ma' problemi ta' saħħa mentali. Dan imma biss f 'każi fejn persuna tkun ta' dannu imminenti għaliha jew għal oħrajn ta' madwarha, meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn tabib jew id-Direttur Kliniku tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kif ukoll taħt superviżjoni ta' ħaddiema mħarrġin. Huma qed jgħidu li dan jirrispetta l-Att dwar is-Saħħa Mentali li jgħid ukoll illi l-kura restrittiva ma tistax tkun imtawla għal perjodu li huwa aktar milli neċessarju kif ukoll bħala mod ta' kastig jew għall-konvenjenza. "Id-detenzjoni solitari hija ksur tad-drittijiet umani ... ma hemm xejn ta' benefiċċju fi prattika oppressiva bħal din," sostna Andrew Azzopardi fil-kummenti introduttorji ta' dan ir-rapport. F'dan l-istess rapport huwa propost li kemm jista' jkun malajr il-Parlament jiddiskuti alternattivi għal din il-prattika, sakemm finalment din tiġi abolita b'mod assolut. Dan ir-rapport jiġi fid-dawl ta' akkużi minn priġunier illi wara li tkellem kontra dik li jsejħilha "sistema ta' terrur" fil-Faċilità Korrettiv ta' Kordin, qal illi tpoġġa f 'detenzjoni solitarja. L-effetti tal-detenzjoni solitari... Ir-rapport jikkwota diversi studji li saru - kemm barranin imma anke lokali, li jisħqu illi l-effetti psikoloġiċi fuq il-bniedem huma konsiderevoli u kbar, hekk kif detenzjoni ta' persuna tsta' twassal għal ħsara kbira lill-istat emozzjonali tal-persuna. Fost l-effetti psikoloġiċi - msemmijin fir-rapport u li jistgħu jkunu riżultat ta' żmien li matulu persuna titħalla waħedha maqtugħa mill-kumplament tad- dinja u tal-priġunieri oħrajn - huma attakki ta' paniku, paranoja u anke episodji li jistgħu jkunu vjolenti. Agħar minn hekk iżda dan ir- rapport jikkwota studji u l-awturi jaqblu ma' dawn il-konklużjonijiet, illi miżuri bħal detenzjoni solitari jaħdmu 'l kontra l-għan propju tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, billi żżid iċ-ċans li persuna tkun riċediva. Ksur tad-drittijiet tal-bniedem - skont diversi għaqdiet Skont diversi għaqdiet - fosthom il-Kummissjoni Ewropea għall- Prevenzjoni tat-Tortura (CPT) - din il-prattika hija detrimentali għas-saħħa fiżika u mentali ta' priġunier u żżid ir-riskju li dawk li jgħaddu minnha jkunu vittmi tal- vjolenza u t-tortura. Is-CPT tfakkar ukoll illi t-trattament inuman u degredanti jew inkella tortura, il- kundizzjonijiet materjali u diversi raġunijiet oħrajn huwa għaliex din il-materja tpoġġiet fuq nett fl- aġenda tagħha. 'Is-sentenza ta' priġunerija hija kastig minnha nnifisha' Ir-rapport iżda jagħti ħarsa wkoll lejn il-kwistjoni tal-detenzjoni solitari mill-angolu tal-ġudikatura u dan għaliex - apparti li din il- prattika ġieli tintuża fil-ħabs, ġieli tkun ukoll parti mis-sentenza li jagħti maġistrat. Fil-fatt ir-rapport isemmi l-każ kontra Nizar L. Mustafa li f 'Novembru tal-2015 instab ħati ta' omiċidju volontarju u ngħata sentenza ta' għomor il-ħabs. Minħabba li meta wettaq dan ir- reat kien qiegħed fuq sentenza ta' priġunerija sospiża u minħabba r - r e k o r d kriminali tiegħu, il-Qorti żiedet ħames termini ta' detenzjoni solitari m a s - s e n t e n z a . Li jfisser allura illi f 'dan il-każ din il- prattika kienet ordnata mill-Qorti. Lura fl-2011 is-CPT kienet iddikjarat illi l-fatt li din id- detenzjoni solitarja kienet parti minn sentenza f 'Qorti mhijiex aċċettabbli. Għalhekk fakkret illi "l-priġunerija minnha nnifisha hija kastig" u tgħid li sentenza ta' priġunerija illi tiġi "aggravata b'mod potenzjalment perikoluża" mhix aċċettabbli. Fid-dawl ta' dawn il- konklużjonijiet rapporteur tal- Ġnus Magħquda ħeġġeġ lill- pajjiżi membri biex jipprojbixxu l-impożizzjoni tad-detenzjoni kemm bħala miżura dixxi-plinarja u anke bħala miżura imposta mill- ġudikatura. Għalhekk Andrew Azzopardi u l-awturi l-oħrajn tar-rapport ippublikat il-ġimgħa l-oħra, qed jisħqu wkoll illi s-sentenza ta' priġunerija hija kastig waħedha u li l-detenzjoni, mas-sentenza ta' priġunerija, hija "eċċessiva b'mod li mhux neċessarju." F'rapport li kienet ħarġet il- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem kien intqal illi s-sistema tal-ħabs trid tkun mibnija fuq il-prinċipji rijabilitattivi u ta' ġustizzja għar-riformazzjoni tal- priġunieri. "Huwa ċar għalhekk illi l-għan tas-sistema ġudizzjarja m'għandhiex tkun ibbażata fuq il- prinċipji tal-kastig, imma minflok fuq il-prinċipji ta' rijabilitazjoni u riforma tal-priġunieri, sabiex jiddaħħlu lura fis-soċjetà," sostniet il-Ġnus Magħquda. New York u lilhinn minnha Fil-bidu ta' April il-belt ta' New York fl-Istati Uniti kienet fost l-ewwel mill-ibliet Amerikani biex tgħaddi liġi li tiddikjara illegali kull forma ta' detenzjoni solitarja, aktar minn 15-il jum. Il-liġi tipprojbixxi wkoll kull tip ta' detenzjoni ta' dan it-tip għal minuri u persuni li għandhom xi forma ta' diżabilità. Minkejja dan sal-lum, fl-Istati Uniti din it-tip ta' detenzjoni għadha meqjusa legali u kostituzzjonali. Id-detenzjoni solitari tibqa' legali f 'ħafna pajjiżi imma xorta kontroversjali ħafna! Id-Dekan tal-Fakultà tal- Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021