Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum 'Il-Gvern ilu jwiegħda tmien snin;' Chris Said jisħaq li konnettività bl-ajru tkun pass importanti għal Għawdex YENDRICK CIOFFI Tliet ġimgħat ilu, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA) Joe Muscat li saħaq li wara l-fast ferry, il-pass li jmiss għall-konnettività bejn Malta u Għawdex huwa servizz bl-ajru, permezz ta' ajruplan żgħir. Ftit jiem wara, waqt it-tnedija tal-fast ferry, il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri qal li l-Gvern se jkompli jżid il-konnettività bejn Għawdex, Malta u l-bqija tad-dinja "b'modi differenti, inkluż bl-ajru." Dwar dan jidher li hemm qbil anke bejn il-partiti politiċi, bil- Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, jisħaq mal-gazzetta ILLUM li l-Partit Nazzjonalista huwa favur "kull ħaġa li ttejjeb il-konnettività bejn Malta u Għawdex." F'kummenti mal-ILLUM, Said saħaq li konnettività bl-ajru tkun "pass importanti," waqt li fakkar fis-servizz tal- ħelikopter u l-investiment li kien sar minn Gvern Nazzjonalista biex jinbena wkoll ħeliport. Madanakollu, aktar milli servizz b'ħelikopter, li it li xejn kampa, kemm il-GTA, il-Gvern u anke l-Oppożizzjoni qed iħarsu lejn konnettività permezz ta' ajruplan żgħir. "Ilu jwiegħdu tmien snin. Kienet fil- manifest tal-Partit Laburista wkoll. Ilhom jgħidulna li hemm kollox lest u li dalwaqt se jibda s-servizz. Qatt ma sar xejn," saħaq Said. Kompla jisħaq li dan is-servizz issemma wkoll f 'konferenza li saret f 'Mejju tal-2019 u li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Justyne Caruana (dak iż-żmien Ministru għal Għawdex) u ssemma wkoll, sena wara l-oħra, fid- diskorsi tal-Baġit. Fakkar li darba minnhom Edward Scicluna (dak iż-żmien Ministru għall- Finanzi), saħansitra qal li l-Gvern qed iħares mhux biss lejn kif se jkompli jżid il-konnettività bejn Għawdex u Malta imma anke bejn Għawdex u pajjiżi oħra Ewropej. Id-diskors tal-Baġit 2015 kien jgħid hekk: "Qed isiru studji relattivi għall- proġett ta' rural/green airfield f 'Għawdex. Dan se jkun proġett li jagħmel lil Għawdex mhux biss eqreb lejn Malta imma wkll eqreb lejn il-kumplament tar- Reġjun Mediterranju. Dalwaqt tinbeda konsultazzjoni pubblika għal dan il- għan." 'Jekk il-Gvern għamel dawn l-istudji għalissa żamm kollox mistur' Kien hawn li Said insista li għalkemm il-Gvern qal kemm-il darba li għamel dawn l-istudji, sa issa qatt ma ppubblika xejn. Minkejja dan saħaq li l-esperti jidher li qed jaqblu li servizz b'ajruplan żgħir (mhux ħelikopter) ikun jagħmel aktar sens finanzjarjament u għalhekk ikun aktar vijabbli. Insista li l-istudji huma wkoll importanti biex ikun stabbilit fejn tkun tista' ssir ir-runway, bil-għan li l-impatt ikun wieħed minimu. "Jekk il-Gvern għamel dawn l-istudji, għalissa żamm kollox mistur," insista. Chris Said fakkar ukoll li s-servizz tal- ħelikopter kien issussidjat mill-Gvern. "Il-fatt li għandek insularità doppja, il-Gvern ma għandux jibża' jissussidja. Konnettività tajba hija l-lifelink ta' Għawdex," kompla jisħaq il-Kelliem tal- Oppożizzjoni. 'Vantaġġi kemm għat-turisti u anke għall- Għawdxin' Insista li konnessjoni bl-ajru ġġib magħha diversi vantaġġi, kemm għal dawk it-turisti li jkunu jridu jżuru lil Għawdex, għax mill-ajruport jaqbdu mill-ewwel l-ajruplan lejn il-gżira u anke għall-Għawdxin li jkunu jridu jsiefru. "Niftakar meta kien hemm il-ħelikopter, kont nagħmel iċ-check-in fil-ħeliport u l-bagalja niġborha fid-destinazzjoni mhux f 'Malta. Ma kontx nerġa' mmissha fl-ajruport," kompla jisħaq. 'Ilna nisħqu wkoll dwar il-vapur tal- merkanzija' Saħaq li aktar ma jkun hemm għażliet ta' konnettività, aktar aħjar, għax fi kliemu, mhuwiex biżżejjed servizz bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa biss. Kien hawn li fakkar li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq ukoll li għandu jerġa' jkun hemm il-vapur tal-merkanzija bejn Għawdex u Malta, li kien jitlaq minn Sa Maison. "Il-Gvern ilu jgħidilna li se jerġa' jibda dan is-servizz iżda sa issa ħadd ma jaf meta dan se jseħħ," insista Said. Fakkar li t-trakkijiet, mgħobbija bil-merkanzija, għadhom qed ikollhom jitilgħu saċ- Ċirkewwa, ħafna drabi mill-Freeport. "Dawn ikollhom jgħaddu minn tlajja, minn toroq b'karreġġjata waħda, bħal dik tal-Mistra, bil-karozzi maqbuda warajhom biex ma nsemmux it-tniġġis," kompla Said. Mina: 'L-ewwel studji, imbagħad il- konsultazzjoni u fl-aħħar referendum' Fid-dawl ta' dan kollu, l-ILLUM staqsiet lil Said jekk il-mina tibqax importanti jekk apparti r-raba' vapur u l-fast ferry, issa tiżdied ukoll il-konnettività bl-ajru u l-vapur tal-merkanzija. Tenna li l-PN jibqa' favur kull ħaġa li ttejjeb il-konnettività, filwaqt li insista li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar il-mina baqgħet "dejjem konsistenti." L-ewwel u qabel kollox saħaq li għandhom isiru l-istudji kollha minn esperti u li tingħata dwarhom l-informazzjoni kollha billi jiġu ppubblikati u mfiehma. "Hemm studji tekniċi li n-nies mhux se tifhimhom. Huwa obbligu tal-Gvern li jfiehem kemm il-vantaġġi u anke l-iżvantaġġi," insista Said. It-tieni pass, kompla jgħid, huwa li ssir konsultazzjoni. "Il-Gvern għaddej romblu u mhu qed jitkellem ma' ħadd." It-tielet u l-aħħar pass, insista Said huwa li jsir referendum fost l-Għawdxin għax il-mina se timpatta l-aktar lilhom. "Dan mhux proġett kwalunkwe. Dan ikun l-akbar proġett li qatt sar f 'Malta fejn tidħol il-konnettività," insista Said. L-ILLUM tfakkru li l-mina kienet imwiegħda miż-żewġ partiti, fiż-żewġ manifesti, tagħhom. Jagħmel sens li jsir referendum? Said wieġeb li apparti l-fatt li mhux kulħadd jaqra l-manifesti, il-poplu ma jivvotax għal proposta waħda biss imma għall- pakkett kollu kemm hu. "Din għandha tkun deċiżjoni tan- nies, bl-Għawdxin jingħataw iċ-ċans jiddeċiedu fuq din il-wiegħda waħda, importanti u partikolari," temm jisħaq il- kelliem. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said dwar il-konnettività bejn il- gżejjer, partikolarment konnettività bl-ajru bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-gżira Għawdxija Chris Said Minħabba l-fatt li għandek insularità doppja, il-Gvern ma għandux jibża' jissussidja. Konnettività tajba hija l-lifelink ta' Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021