Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Miriam Dalli Aktar minn qatt qabel S a mill-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Moneyval fl-2019, Malta telqet bi programm ta' riformi biex it-58 azzjoni rrakkomandati f 'dan ir-rapport jkunu indirizzati. Fit- 18-il xahar li segwew, Malta impli- mentat diversi riformi kemm fuq materji tekniċi u kif ukoll fil-prat- tika. Fil-fatt, l-FATF irrikonoxxiet li Malta indirizzat kull azzjoni bis-sħiħ ħlief għal tlieta – minkejja li dawn qed jiġu indirizzati. Għalhekk, mhemmx dubju li d-deċiżjoni tal-FATF ħalliet warajha sens ta' inġustizzja max-xogħol kollu li kien qed isir. Fl-istess ħin iżda, bħala Gvern, se nkomplu naħdmu fuq l-affarijiet li jridu jiġu indirizzati. Se nkunu qed inżidu l-impenn tagħna biex inkomplu mexjin fid-direzzjoni li ninsabu fiha : dik ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u appoġġ għall-irkupru wara l-pandemija. Wara 15-il xahar ta' għajnuna u appoġġ bla preċedent, in-negozji f 'pajjiżna u l-ħaddiema jafu kemm verament f 'dan il- Gvern għandhom tassew sieħeb b'saħħtu li jinvesti fihom, għax verament jemmen fihom. Bl-istess mod li l-isfida tal- pandemija ma qatatilniex qalbna, se naraw li l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħaħ b'direzzjoni ċara lejn mudell ekonomiku sostenibbli li jagħti priorità lit-tisħiħ tal- kwalita' tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. 12-il miljun oħra investiti fin- negozji tagħna Din il-ġimgħa komplejna nħabbru inċentivi u miżuri li l-għan tagħhom huwa li jkompli jassisti lin-negozji Maltin. Permezz tal-Malta Enterprise se nkunu qed ninvestu xejn inqas minn 12-il miljun ewro mifruxin fuq tlett miżuri ewlenin, bil-għan li jtaffu mill-ispiża tal-operat. Propju f 'din il-fażi li fiha qed naraw il-bidu ta' rkupru ekonomiku, irridu naċċertaw ruħna li n-negozji Maltin ma jġorrux waħedhom l-ispejjeż li b'mod naturali wieħed jiffaċċja fl- operat tiegħu. Għalhekk se nkunu qed naraw li nassistu billi ninvestu mas-€7 miljun fi skema li tkopri nofs l-ispiża tal-kera ta' dawk in-negozji li kienu magħluqin minħabba r-restirizzjonijiet li daħħlu fis-seħħ f 'Marzu li għadda. Fl-istess ħin se nkunu qed ninvestu aktar minn €4 miljun sabiex niffrankaw lin-negozji nofs il-kontijiet tal-elettriku għall- ewwel tlett xhur tas-sajf, perjodu li fih normalment dawn il- kumpaniji jaraw żieda fil-konsum u l-ispiża tagħhom. Għax verament ma rridu li nħallu lil ħadd waħdu, ħabbarna wkoll għotja ta' €1,000 għal dawk in-negozji li minħabba ċ-ċirkostanzi tal-pandemija intalbu li jibqgħu magħluqa għal perjodu itwal minn oħrajn. Konxji li dawn in-negozji kellhom jagħmlu sagrifiċċju akbar sabiex il- pajjiż qed jirenxxilu jikseb dan is- suċċess fil-kontroll tal-pandemija u għalhekk irridu li nassistu lil dawn in-negozji wkoll. Ninvestu f 'ekonomija dejjem aktar sostenibbli Matul l-aħħar ġimgħat komplejt niltaqa' ma' negozji Maltin u Għawdxin li qed jinvestu fil-futur taghhom. Aktar inkoraġġanti minn hekk huwa n-numru dejjem akbar ta' kumpaniji Maltin li qed jinvestu f 'business models dejjem aktar sostenibbli. L-impatt fuq l-ambjent qed issir dejjem aktar kriterju ewlieni fid-deċiżjonijiet tal-intrapriżi Maltin, bħal meta jkunu se jkabbru l-operat tagħhom, jinvestu f 'makkinarju ġdid jew meta jiżvilupaw prodotti ġodda. Propju din il-ġimgħa ltqajt ma' rappreżentanti ta' wħud mil-akbar kumpaniji f 'pajjiżna. Flimkien magħhom nedejna inizjattiva ġdida li għandha żewġ għanijiet importanti. Filwaqt li permezz tal-entitajiet tal-Gvern se nkunu qed ngħinu lil dawn il-kumpaniji jinvestu f 'operat aktar sostenibli, irridu fl-istess ħin ngħinuhom juru aħjar dak li qed jagħmlu f 'dan il qasam sabiex ikunu jistgħu jattiraw lejhom investiment dejjem akbar. Fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, madwar l-Ewropa kollha ġew investiti xejn anqas minn żewġ biljun Ewro kuljum f 'kumpaniji li għandhom kredenzjali ambjentali, soċjali u ta' governanza għolja. Dan huwa dak li jissejjaħ "ESG Investment". Huwa evidenti li ħafna investituri, illum aktar minn qatt qabel, qed ikunu attenti ħafna li jpoġġu l-flus tagħhom f 'kumpaniji li jpoġġu l-investment fis-sotenibilità, bħala wieħed mill-għanijiet primarji tal- kumpaniji tagħhom. Qed nibnu ekosistema li taġevola l-investiment Irridu nagħmluha dejjem aktar possibli għall-investituri bħal dawn li jinvestu f 'kumpaniji Maltin li huma kommessi li jinvestu f 'mudell ekonomiku sostenibbli. Għalhekk huwa ta' kuraġġ li nara li magħna, bħala partners ewlenin f 'dawn l-inizjattivi qed naraw ukoll numru ta' banek u intermedjarji finanzjarji bħal stockbrokers li jistgħu jgħinu mhux it biex jaġevolaw it-tranżizzjoni ta' investimenti lejn kumpaniji Maltin li jinvestu fis-sostenibilità. Dan il-mudell li issa qed jaħdem sew barra minn xtutna irridu nirrepplikawh f 'pajjizna. B'hekk naċċertaw rwieħna li l-kumpaniji tagħna jservu ta' xprun biex l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħah waqt li titrasforma ruħha. Qed nagħmlu dan għaliex irridu lill-investituri Maltin - li jridu jinvestu flushom f 'kumpaniji li qed jimbuttaw 'il quddiem proġetti sostenibli - jkunu jistgħu jagħmlu dan billi jinvestu primarjament f 'kumpaniji Maltin bħal ma diġà qed issir barra minn xtutna. Dan jista' jsir jekk flimkien nibnu ekosistema b'saħħitha bil- parteċipazzjoni anke tas-settur finanzjarju lokali li taġevola u tgħin biex dan l-investiment ikun jista' jsir b'mod effettiv. L-isfidi ma jbeżżawniex u wisq anqas jaqtawlna qalbna. Irnexxilna noħorġu b'suċċess mil-pandemija u se jirnexxilna nibnu ekonomija aktar b'saħħitha għax nafu fejn irridu naslu. Dan kollu li qed nagħmlu mhux riżultat ta' reazzjoni iżda jirrifletti l-ambizzjoni tagħna, il-viżjoni ta' fejn irridu naraw lil pajjiżna fis- snin li ġejjin. L-għan tagħna huwa li jkollna pajjiż dejjem aktar b'saħħtu, ekonomija aktar sostenibbli li tipremja l-bżulija tal-ħaddiema u ta' min iħaddimom u li fuq kollox tiggarantixxi ġejjieni aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri. 'M'hemmx dubju li d-deċiżjoni tal-FATF ħalliet warajha sens ta' inġustizzja max-xogħol kollu li kien qed isir. Fl-istess ħin iżda, bħala Gvern, se nkomplu naħdmu fuq l-affarijiet li jridu jiġu indirizzati'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021