Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mix-xquq, it-tama L-akbar klixè hi li l-klixè tant għandha verità kbira marsusa fiha li għalhekk hi li hi. U nagħmlu minn kollox biex nevitawha. Nippruvaw ngħiduha mod ieħor il-ħaġa, l-aqwa li nisfidaw l-awtomatiżmi li l-ħajja jġibuha kollha xorta. Il-ġimgħa li għaddiet, aċċennajt għal-livellament fejn tidħol f 'kull ħanut ewlieni u tara dejjem l-istess ħaġa, l-istess kotba. Tant li kważi tgħaddiha aktar iddur is- supermarkets milli l-librara, għax almenu tara ditti differenti jħajruk tvarja x-xirja. Klixè oħra veritiera hija mbagħad dik li tiżgħed il-posters motivazzjonali u li għandha diversi varjazzjonijiet. Jien u nfittixha, jidher li anki attribwita għall- komiku irriverenti George Carlin u tfakkar ukoll fi kliem Leonard Cohen dwar id-dawl li jgħaddi mix- xquq. Il-ura waħdiena li tikber mix-xquq tal-ħitan, jew inkella f 'xi ħaġa mejta bħall-konkos u l-konkrit, u dil-ġimgħa ndur in- nies u l-imkejjen qawwitli qalbi b'dan il-mod. Anki fil-monotonija griża daqs dik tal-bini ikrah tiela' kullimkien, qed jinbtu rimjiet ta' reżistenza. Bastjuni ċkejknin iżommu t-taqbida għaddejja, imma li wkoll iġegħluna nitħassbu dwar assunzjonijiet wisq faċli li spiss nagħmlu dwar il-qari u l-konsum tal-kotba f 'pajjiżna. U hemm nerġgħu niġu għall-klixè. Dan ħareġ anki minn kliem Pietro Bossi, sid ta' Solo – Vinyl and Books (92 Triq Bordin, l-Imsida), u Roderick Mallia ta' Mallia & D'Amato Books (fuq Facebook). Il-Maltin, u dan minn ras il-għajn, allura, qarrejja kurjużi u jfittxuh il- ktieb. Ħalliha li l-istatistiċi uffiċjali jgħidu eżatt il-kontra, u nispiċċaw nestrapolaw dawn is-sejbiet għal kull realtà li mmissu magħha, mit-tfal tal-iskola saż-żgħażagħ moħħhom fil-mobile u l-ġudizzju faċli dwar injoranza ġenerali ta' poplu. Preġudizzju infurmat ħażin, sew boomer sew borgiż? Minn wara l-bank stivat diski, Bossi jkellimni dwar il-klijentela varjata tiegħu, li nikkonfermaha jien u nosserva min dieħel iqalleb. It-tfajla bil-libsa ħafifa tikxfilha dirgħajha mpinġija, u l-koppja kiebja qed tagħżel bir- reqqa mill-kotba. Donnu jipponta minn taħt biex jurini: ara min jiġi hawn. Kulħadd, ħlief l-estremi li tistenniehom jidħlu jliegħbu f 'post bħal dan: l-intelligentsia u l-intellettwali (kemm biex nibqgħu fit-tema tal-klixejiet totalizzanti) u l-klikek nominalment alternattivi. L-istess jiimha Roderick Mallia, minkejja attività għal kollox differenti mill-ħanut tal- kotba u d-diski ta' Bossi. Lil Mallia & D'Amato rsaqt lejhom b'kurżità kbira għax mudell li domt biex nimu. Azjenda ċkejkna li sidienha stess jgħidu li mhix qiegħda għal xi qligħ enormi, fl- aħħar mill-aħħar, imma mwielda mill-imħabba għall-kotba ta' tnejn min-nies bi professjonijiet mhux relatati mal-industrija li daħlu għaliha. Wieħed kittieb mediku, l-ieħor analista informatiku. Mallia & D'Amato jeżistu tista' tgħid online biss, sakemm tarahom ma' wiċċek iwasslulek il-kotba d-dar u jieqfu jgħidu kelma miegħek. Ispirati minn klabb tal-kotba li kienu jipparteċipaw fih, joffru l-esperjenza lill-qarrejja li qajla saru jsibuha fil-ħwienet tal-kotba. Jordnawlek il-kotba minn barra, u jistinkaw biex anki jġibuhom bi prezz anki aktar favorevoli minn dak tad-distributuri online. Imma mbagħad, jagħmluha ta' kumpanni għall-qari tiegħek. Għoġbok awtur u qed titħajjar taqra x-xogħlijiet l-oħra tiegħu, jew forsi trid xogħlijiet simili? Ituk konsulenza dwar x'tista' taqra, u jaħdmulek dak li jsejħulu bundle, għażla li tiem u tinterpreta t-twebbila li kellek, u jgeżwruhielek f 'pakkett speċjali b'messaġġ personali bil-miktub. Mhux kaxxa oħra mill-ġunġla tal-imħażen imxerrdin mad- dinja miġjuba minn messaġġier mgħaġġel, imma rigal għal kull darba li tħajjart taqra. L-offerta varja minkejja ċ-ċokon tal-impriża, li żżomm ukoll stokk żgħir skont ix-xejriet li jkunu qed jissawru. Mallia jgħidli li hemm firxa partikolari ta' klijenti li jkellmuhom mhux biss għall- parir għall-qari tagħhom, imma anki għal rigali adattati għal min se jirċevihom, jew inkella ġenituri li qed ifittxu kotba speċjali għal uliedhom. Fuq din tal-aħħar, jidher li hemm xejra ġenerazzjonali fejn il- ġenituri jipparteċipaw fl-esperjenza tal-qari billi jirriċerkaw, anki permezz ta' kuntatt bħal dan, dwar x'jista' jiżgħed l-orizzonti tat-tfal tagħhom. L-inizjattiva u l-attività, f 'sens ta' proċess ta' ħsieb u ta' immaġinazzjoni, huma tista' tgħid il-fil li jgħaqqad din id-dinja tal- bejgħ alternattiv tal-kotba. Bħalma, nagħtu każ, Mallia u D'Amato

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021