Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Arċipriet ta' merti kbar għall-Isla, belt twelidu tant mixtieq tal-inkurunazzjoni tal- Bambina. Kolleġġjata ssir Bażilika Meta l-preparattivi għall-festa tal-inkurunazzjoni bdew mexjin sewwa, u l-entużjażmu tal- poplu tal-Isla beda kulma jmur joktor, nibtet ix-xewqa li l-Knisja Kolleġġjata tiġi elevata għad- dinjità ta' bażilika. Ħafna xtaqu li l-Bambina tiġi inkurunata f 'tempju li jkun imżejjen b'ġieħ ieħor. Fil-21 ta' Settembru 1920 intbagħat rikors lill-Papa Benedittu XV, u fit-3 ta' Jannar 1921, il-Papa ħareġ l-ittri appostoliċi bl-isem Ad Perennandam Memoriam li permezz tagħhom, il-Kolleġġjata tal-Isla ġiet elevata għad-dinjità ta' Bażilika Minuri. Dawn id-dokumenti pontifiċji kitbu paġna oħra tad-deheb fl- istorja tal-Isla u b'kelmiet ċari taw lill-Kolleġġjata tal-Isla l-privileġġi kollha li jgawdu l-Bażiliċi Minuri ta' Ruma. Inkurunazzjoni singulari Il-preparazzjoni għall- inkurunazzjoni kienet bdiet sa minn żmien il-festa tal-Bambina tal-1920. Għal tul ta' sena, fit-8 ta' kull xahar, kienet issir quddiesa bi tqarbina ġenerali u b'diskors fuq il-Madonna. Filwaqt li sar ħafna xogħol ta' tisbieħ fil-knisja, l-istess istatwa tal-Bambina ġiet indurata, u fil-libsa tagħha, saru ornamenti bil-ħaġar prezzjuż. Fis-27 ta' Mejju beda jsir ix- xogħol fuq il-bini ta' tribuna bażilikali fuq disinn u taħt id- direzzjoni tal-Perit Indri Vassallo. L-Arċipriet Adami nnifsu, fit-12 ta' Ġunju 1921, qiegħed u bierek l-ewwel ġebla tat-tribuna. Il-ġurnata stabbilita għall- inkurunazzjoni kienet l-4 ta' Settembru 1921. Il-Kapitlu tal- Vatikan iddelega lill-Arċisqof Caruana biex, dakinhar, iqiegħed il- kuruna tad-deheb fuq ras l-istatwa ta' Marija Bambina. Qabel ma bdew il-festi solenni, saret missjoni ta' tlitt ijiem biex il- poplu jitħejja aħjar spiritwalment u jiem aktar x'kien ifisser li l-Madonna tiġi inkurunta. Nhar l-4 ta' Settembru wara nofs in-nhar, s-swar u il-bjut kollha madwar ix-xatt tal-Isla kienu mimlijin bin-nies. Il-purċissjoni bl-istatwa tal-Bambina, mill-Knisja Bażilika sax-xatt, tmexxiet mill- Arċisqof Caruana u ħadu sehem miegħu l-Isqfijiet Ġwann Marija Camilleri OESA u Anġlu Portelli OP. L-Arċisqof Caruana nnifsu, assistit miż-żewġ isqfijiet, qiegħed il-kuruna tad-deheb fuq ras Marija Bambina, b'xhieda tal-imħabba li l-Maltin u fuq kollox is-Sengleani għandhom lejha. Wara li s-surmast Paolino Vassallo kompla jmexxi l-mużika sal-ħin tal-barka sagramentali, tkanta għall-ewwel darba l-Innu tal-Inkurunazzjoni li nkiteb minn Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali, b'mużika tas-surmast Ġużeppi Caruana. Is-solennità straordinarja tal- inkurunazzjoni ta' Marija Bambina ma ntnesiet qatt. Ċertament, hija l-akbar u l-isbaħ ġrajja li seħħet fil-parrokat tal-Arċipriet Adami; waħda minn dawk il-ġrajjiet li bdew u baqgħu jiġu rrakkontati minn ġenerazzjoni għal oħra. Għeluq ta' parrokat twil Fl-1926, il-Kan. Dun Ġużepp Adami kien ilu 18-il sena jmexxi l-parroċċa tal-Isla. Kien żmien ta' sodisfazzjon li żgur imlielu lill- qalbu bil-ferħ. Hu stinka biex il- Kolleġġjata ssir Bażilika u Santwarju bl-inkurunazzjoni solenni tal- istatwa ta' Marija Bambina. L-aħħar ħames snin tal-parrokat tiegħu kellhom togħma it morra għaliex id-djoċesi ma ħaditx pożizzjoni soda kontra dawk li ma ridux jaċċettaw il-preċedenza li kienet tistħoqq lill-Bażilika Sengleana. Fl-10 ta' Diċembru 1926, hu nnifsu, ħabbar lil sħabu l-kanonċi li l-ħidma tiegħu bħala arċipriet kienet waslet fi tmiemha għaliex kien ġie nnominat Monsinjur Koadjutur ta' Mons. Sidor Formosa, il-fundatur tas- Sorijiet Ursolini ta' Sant'Agata Merici. Adami ngħata l-pussess ta' monsinjur fis-27 ta' Jannar 1927. Bħala monsinjur, hu kien joqgħod ir-Rabat, fejn miet fil-11 ta' Diċembru 1930, ta' 62 sena. Il- funeral sarlu l-għada fil-Katidral tal-Imdina fejn ġie midfun. Kartolina ta' tifkira b'rikonoxximent lejn il- protagonisti fl-għoti tad-dinjità ta' Bażilika lill-Kolleġġjata Sengleana. Minn fuq: Papa Benedittu XV, Kardinal Antonju Vico, Prefett tal-Kongregazzjoni tar-Riti, Mons. Arċisqof Dom Mawru Caruana OSB, Dom Mawru Inguanez OSB u Kan. Dun Goffred Lubrano. L-irħama intersjata u epitaff fuq il-qabar ta' Mons. Adami fil-Katidral tal-Imdina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021