Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767
23 rakkont illum • Il-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 Sharon Calleja It-tfajla tas-Sajf (l-aħħar parti minn erbgħa) L-ewwel darba li mar fil-bini fejn xi darba kien hemm il-bank tiegħu, kien ħass qalbu togħtor ġol- muskoli ta' sidru. U par idejn fittizji joħonquh. Qatt ma kien għadu ra l-ħġieġ tat-twieqi mimlijin għabra u ħmieġ. Qatt ma kien ra t-tabella tal- bank daqshekk żdingata u matta. U malli resaq lejn il-bini, daħal ġewwa. Laqagħtu xena ta' qsim il- qalb Skrivaniji vojta. Siġġijiet maqlubin mal-art. Karti mgħaffġin kullimkien. Bibien miuħin. Riħa ta' għeluq. Vojt. Baħħ. Kien hemm ħġieġa ta' tieqa minnhom li kienet tagħti għal barra mkissra xi it u l-ħoss tar-riħ jilgħab magħha kien qed joħloq aktar ambjent ta' abbandun u telqa. Mexa bilmod lejn l-uffiċċju tiegħu li xi darba kien grandjuż u mogħni b'għamara rikka. L-iskrivanija biss kien fadal. Xejn iżjed. Anke l-kompjuters kienu ġarrewlu. Kollox. Niżel kokka mal- art u nfaqa' jibki. Dan kollu........... Dan kollu kien tort tiegħu. Tort tiegħu u ta' dik il-misħuta li kien iltaqa' magħha! Kienet ħassritu. Kienet ġennitu għal warajha. Gidbitlu u telqitu. Samira. Kien spiċċa kollox għalih. Kien investa ħafna flus hawn. U issa kien spiċċa bniedem fallut. "Sur Frederick............" sema' leħen ġej minn ġol-kuritur. Fil-bidu ma setax jara ta' min kien, għax induna li kellu għajnejh mimlijin dmugħ. "Nicky, mela anke hawn kelli nsibek! Int donnok qiegħed issus għal warajja!" qallu Frederick jipprova ma jinstemax ħażin daqs kemm kien qed iħossu. "Iem, kont għaddej minn hawn barra u rajt il-bieb sikjuż." Frederick għamillu iva b'rasu, ibaxxi rasu lejn l-art. "Kont ilni ngħidlek li dik ser tirrovinak! Kont ilni ngħidlek li l-bank ta' Carlo kien qed jagħmel il-profitti u tagħna kien sejjer il- baħar!" Stennieh jgħidlu dawk il-kelmiet. Stenniehom joħorġu minn fomm sieħbu li meta kien spiċċa waħdu mingħajr flus, mingħajr saħħa u kważi bla ħajja, kien baqa' fidil lejh. Kien għadu hemm għalih. Imma Nicky ma qallu xejn minn dan. "Mort fl-indirizz li tajtek?" staqsieh, jidher xi it iżjed ħotbi milli kien jiakru. "Iva mort imma Samira mhux hemm kienet. Qaluli li ma kien hemm ħadd jismu hekk." "Taf kemm domt infittixhielek? Qabbadtlek investigatur privat u ntraċċaha sejra f 'dik id-dar." Frederick qabbeż għajnejh kważi xiber 'il barra. Beda jħoss il-palmi ta' jdejh jgħerqu u kważi jinqata' għal kollox minn saqajh. Il-biċċa ma kienet qiegħda togħġbu xejn! "Issa nagħmlilha l-għassa mela!" wieġeb lil sieħbu. "Imma sadanittant, għandek bżonn xogħol. Għandek bżonn tqum fuq saqajk!" qallu Nicky. "U lili min ser jimpjegani? Jien dejjem fin-numri ħdimt! Ma naf nagħmel xejn aktar!" qal Frederick lil Nicky b'leħen imdejjaq. "Hawn il-bank ta' Carlo.........." Għal mument baqgħu t-tnejn li huma jħarsu lejn xulxin. "Int qed tiċċajta?" staqsieh Frederick b'ħalqu miuħ. "Jien? Hemmhekk?" "U tkun taf x'tattika jużaw. U forsi nkunu nistgħu nirkupraw billi nużaw l-istess tattika lura hawnhekk u nerġgħu nibdew naħdmu!" "Anzi...........taf li għandek raġun!" Induna. Induna li dik kienet soluzzjoni. U dan Carlo.............. Hu ma kien qatt iltaqa' miegħu minn wiċċu. Kieku mhux għax kellu partijiet minn ġismu kienu għadhom juġgħuh, dak il-ħin żgur kien jgħannqu lil Nicky! U hekk għamel. Mar id-dar. Libes l-isbaħ libsa li kellu. Ingravata griża. Żarbun iswed ileqq. Irranġa l-għonq tal-qmis. Indilek bil- fwieħa. U mar. Mar il-bank ta' Carlo. Daħal ġewwa. Kien mimli nies. Kien hemm skrivani. Kaxxiera. Klijenti. Atmosfera sabiħa li kienet parti minn ħajtu. Kien hemm il-ħitan kollha bojod moderni. Bojod u griżi b'taħlita flimkien. U ħabbat fuq l-uffiċċju li ndikawlu. Iżda ma fetaħ ħadd. "Għandek bżonn xi ħaġa?" staqsietu waħda żagħżugħa li kellha xi karti f 'idha u kienet liebsa nuċċali fih daqs wiċċha u nofs. "Ġejt biex inkellem lil Carlo." "Tafu imma? Jew inti xi klijent?" staqsietu. "Le, le, jiena ħabib tiegħu." "Mhux xogħol illum. Ħa ġurnata off. Inzertalek ħażin għax is-soltu dejjem hawn ikun u qabel jidlam sew ma jitlaqx 'il barra!" daħqitlu. "Ejja għada." "Le!" beda kważi jgħajjat magħha. "Imma..........." "Illum irrid inkellmu!" ħataa fil-pront. Kien jaf. Kien jaf li jekk ma jkellmux illum, kien ser jerġa' lura u ma jerġax imur. "Mur ħabbattlu d-dar la inti ħabib tiegħu!" qaltlu b'sarkażmu. "Hekk ser nagħmel! Hekk ser nagħmel!" qalilha. "Tajjeb." Daret biex titlaq. "Kemm trid?" staqsieha jaqbadha mill-qmis u jaħsadha għall-aħħar. "Suppost taf la inti........." Frederick ħarġilha mitejn ewro u wriehomlha. L-aħħar mitejn ewro li kellu fil-but. Kien fadallu xi ħaġa oħra d-dar. Mill-bqija ma kellux fuq xiex jaħlef. Għajnejn is-segretarja xegħlu. "Ngħidlek," qaltlu u għamlitlu iva b'rasha. Wara it newwlitlu karta mħażża u telaq 'l barra biha malajr. Kien lest li jmur iħabbatlu d-dar u jagħmilha ta' prużuntuż. Anzi aħjar. Għax hemm kien ser ikollu ċ-ċans li jkellmu sew. Mingħajr ma qagħad jara l-indirizz, ta l-karta lil tat-taxi u dak beda jsuq bil-galbu. "Ejja ħaffef!" qallu Frederick, eċċitat għall-aħħar! Ried jibda jaħdem ma' Carlo! U minn kollox kien ser jipprova jagħmel ħalli l–pjan tiegħu jirnexxielu. U hekk malli l-karozza daret fil-liwja u ġiet quddiem dik id-dar, ħass saqajh jibbiesu taħtu. Ix-xufier ħareġ u fetaħlu l-bieba. Frederick ma felaħx joħroġ mill- ewwel. Imbagħad għamel pass 'l barra Beda jipprova jiem. Jipprova ma jiimx. Ma kienx jaf x'kellu jaqbad jaħseb. X'kumbinazzjoni! U beda miexi lejn il-bieb familjari. Il-bieb tad-dar fejn kien diġa ġie Il-bieb tad-dar fejn kien tah sieħbu Nicky! L-istess dar! Tgħid Nicky kien ipprova jilgħab xi logħba fuqu? Tgħid kien għamel dan kollu bi ħsieb? Daqq il-qanpiena u stenna l-passi resqin minn ġewwa. "Hawn is-Sur Carlo?" staqsa Frederick lil tfajla grazzjuża li ġiet tiaħlu l-bieb. "Is-Sur Carlo hawn qiegħed. Inti x'għandek bżonn? Għax daqxejn impenjat?" weġbitu. "Min hemm?" sema' leħen isejjaħ minn ġewwa. "Hawn Sur Carlo...........inti....... għalxiex?" staqsiet lil Frederick. "Jien ġejt propja biex inkellmu. Irrid insib xogħol miegħu. Għandi esperjenza.............kemm irid..............jiena............" beda jgħidilha Frederick. "Irid xogħol miegħek!" "Hawnhekk ma jiġux għax- xogħol!" sema' leħen Carlo mingħajr entużjażmu ġej minn ġewwa. "Għada l-uffiċċju!" "Imma jien għandi bżonn!" "Mela għidlu jkellem lil Linda! Ma nistax naħli ħin!" kienet it- tweġiba tal-bankier. It-tfajla sparixxiet għal it u reġgħet ġiet tiaħlu. "Ser tarak il-mara tas-Sinjur Carlo. Għaddi." Frederick baxxa rasu mhux it għal dak il-lussu li ra quddiemu. Mar fis-salott rikk li kellhom. Poġġa bilqegħda fuq is-sufan, iħares lejn il-ġnien imdaqqas t'hemm barra. U mbagħad sema' t-takkuna Infetaħ il-bieb. Xamm il-fwieħa familjari. Għajnejh iltaqgħu ma' għajnejha. "Samira?" ħarġitlu karba minn fommu. "Għandek żball. Jiena Linda," weġbitu xott xott. Kienet hi! "X'pożizzjoni kont qed tfittex Frederick?" staqsietu b'sarkażmu f 'leħinha. "Il-pożizzjonijiet kollha jogħġbuni!" weġibha bid-dmugħ nieżel minn ma' ħaddejh. "Taf li diġa qed togħġobni?" qaltlu, titbissimlu. "Nista' ngħodd ruħi ġewwa mela?" staqsieha. Issa kien qed jiem. Issa kien qed jiem kemm kienet tradietu din il-mara! Kienet Linda, il-mara ta' Carlo! It-tfajla tas-Sajf li dejjem xtaq.