Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899
Victor Busuttil huwa l-President Malta Beekeepers Association 22 IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum għawdex Victor Busuttil Inizzjattivi għan-naħal u n-naħħala f'Malta u Għawdex I l-uri tal-ħaxix selvaġġ li ħafna minn- hom jiorixxu fl-istaġun tar-rebbiegħa jservu bħala sors ta' nektar u trab ta' dakra għal ħafna fawna lokali, fosthom in-naħla tal-għasel. Iktar ma jgħaddi żmien, minħabba l-iżviluppi fil-pajjiż dawn is-sorsi ta' ikel qed isiru iktar skarsi b'detriment dirett fuq l-eżistenza tad-dakkara. Il-problema hi amplifikata peress li fir-rural Malti ħafna drabi jkabbru pjanti tal-magħlef (e.g. qamħ) li joffru it li xejn lid-dakkara. B'hekk il-flora fil-passaġġi rurali taf tkun l-unika sors ta' ikel. Fi kliem ix-xjentist Albert Einstein, "jekk in-naħla tispiċċa minn wiċċ id-dinja, l-uman- ità jkun fadlilha erba' snin biss". Għalhekk hu ta' żball kbir meta din il-flora titneħħa qabel tibda r-rebbiegħa meta l-uri jkunu fl-aqwa tagħhom.Apparti li tradizzjonalment il-pas- saġġi rurali Maltin kienu jitħallew bil-flora naturali. Dawn jagħtu dehra mill-isbaħ lill- kampanja Maltija fir-rebbiegħa flok dehra ta' nixfa minn daqshekk kmieni fis-sena. Il-flora fil-passaġġi rurali sservi wkoll bħala post ta' kenn, ikel u bħala abitat għal-ħlejjaq żgħar oħra fin-nisġa ekoloġika. Iżomm ukoll il-ħamrija mill-għelieqi ġirien milli tinġarr bix-xita u għaldaqstant twaqqaf it- telf tal-ħamrija. Għalhekk, l-Assoċjazzjoni tan-Naħħala Malta qed tipproponi li jsir ehim bejnha u l-kunsilli lokali kollha tal-Gżejjer Maltin dwar iż-żmien tat-tneħħija tal-ħaxix selvaġġ mill-passaġġi rurali. Fl-aħħar ġimghat, dan il-ehim beda jintlaqa mill-kunsilli li jintrabtu li jħallu il-ħaxix selvaġġ fil-passaġġi rurali bejn it-30 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara u b'mod rikorrenti. Dan ukoll ifisser li l-istess ħaxix ikun jista jinqata' meta jinxef biex jitnaqqas il-periklu ta' nirien fi żmienijiet ta' nixfa. In-nirien mhux kontrollati jikkaġunaw ħsara kbira fl- ekoloġija u dan il-ehim jaħseb f 'hekk ukoll. Iċ-ċittadini huma mħeġġa biex jinkoraġġixxu l-kunsilli rispettivi tagħhom jiffirmaw dan il-ehim għal ġid ekoloġiku. Fl-istess waqt u b'xogħol li ilu għaddej snin sħaħ, l-MBKA waslet ukoll fl-aħħar stadji biex tniedi l-Marka ta' Kwalita' fuq l-Għasel Malti li tikkonsisti minn marka unika bl-emblema tal-MBKA u tigarantixxi il-ġenwinita' tal-prodott. Dan l-għasel u n-naħħal ser ikunu suġġetti għal analiżi f 'laboratorji indipendenti akkreditati flimkien ma' verifikazzjonijiet mill-MBKA stess. L-MBKA ser tkun ukoll punt ta' referenza għal konsumatur tal-għasel lokali fejn jekk wieħed jixtieq jressaq xi kummenti, jkun jista' jagħmel kuntatt magħna biex fejn hu possibli tittieħed azzjoni. Ser tkun ippublikata wkoll lista ta produtturi awtorizzati fuq: https:// www.maltabeekeepersassociation.com/ authorised-producer Għalkemm in-naħħal jieħu ħsieb in-naħal bla waqfien, l-qtuħ tal-għasel mhux dejjem qed ikun garantit minħabba raġunijiet varji kif elenkajna qabel. Is-sengħa tal-apikultura f 'Malta għandha tradizzjoni ta' eluf ta' snin u hi parti mill-patrimonju Malti għalhekk xieraq li l-prodott lokali jkun salvagwardjat minn kull abbuż. Dan l-artiklu huwa l-ħames wieħed f 'sensiela ta' artikli li qed tiġi iffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal- ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal- Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Settur (illum imsejjaħ bħala it-tielet settur) importanti ħafna f 'kull kommunità, iktar u iktar f 'dik Għawdxija. Dawk l-Għaqdiet tal-volontarjat li huma attivi f 'Għawdex u li jkun jixtiequ jagħmlu użu minn din l-inizjattiva huma mitluba li jinfurmawna b'dan l-interess permezz ta' emejl indirizzata: info@gozongos.eu Ħaxix selvaġġ se jibda jitħalla mal-mogħdijiet bejn it-30 ta' Novembru u l-31 ta' Mejju