Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum 'Għandi l-mara bil-kanċer, biex nixtrilha l-pirmli jkolli mmur nbigħ il-ħwejjeġ fit-triq' - L-aħħar manifattur tal-qubbajt f'Malta MARIANNA CALLEJA Il-Ħadd filgħaxija, dawl jimla it-toroq tar-raħal u l-bandalori jisirqu l-ħars bil-kuluri jixgħelu. Filwaqt li l-banda tkompli bil- briju, taħt id-dawl tal-murtali, it-tfal jiġru wara xulxin b'xi faqqaturi f 'idejhom. Imbgħad minn taħt il-għajn tara lil tal- qubbajt, lest biex ibigħ il-ħelu tradizzjonali tal-festi f 'kull lewn u għamla. Naturalment huma ħafna li jħossu għafsa ta' qalb meta jiakru li baqalna biex nerġgħu nesperjenzaw dan kollu. Minkejja dan meta xi ħadd jsemmi lin-nies li sofrew bil-waqfa tal-festi kawża tal-pandemija, ħafna jaħsbu f 'tal- kamra tan-nar, f 'tal-armar u fil- Knisja stess. Mhux ħafna jiġihom f 'moħħhom in-nies li kienu jarmaw it-toroq bl-imwejjed u l-vannijiet lesti biex jimlulna żaqqna bl-ikel. Allura x'ġara minnhom dawk tat- trakkijiet, tal-ħelu u tad-donuts Amerikani mgħerqin fiz-zokkor? Fuq kollox x'ġara minnhom tal- qubbajt? Sfortunatament ir-risposta mhux xi waħda feliċi. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- aħħar manifattur fuq bażi full-time tal-qubbajt, Robert Caruana, kif ukoll ma' bejjiegħ li kien jarma fil- festi, Ivan Delia. "Ħadd ma għinni lili" - Robert Caruana L-aħħar persuna li kien għadu jagħmel il-qubbajt qabel ma twaqqfu l-festi, kien Robert Caruana. Raġel tal-familja li flimkien ma' żewġ uliedu, martu u disa' impjegati oħra kienu jqassmu l-qubbajt kull ġimgħa fi rħula differenti. Caruana, magħruf ukoll bħala 'Iż- Żebbuġi', beda' billi spjega li hu kellu jbiddel ix-xogħol u l-kumpanija, Bee-Hive, li ilha fil-familja għal tlett ġenerazzjonijiet kellha tieħu pawża. Minflok hu qiegħed jdur bil-ħwejjeġ fit-toroq filwaqt li jaħdem fuq ħelu ieħor tal-istaġun bħal ma huma l-figolli u l-prinjolata. Spjega wkoll li l-it qubbajt li jagħmel jinbiegħ fil-ħwienet għat-turisti iżda l-bejgħ tiegħu huwa it. Bee-Hive huwa negozju stabbilit fl-1948. Missieru, Carmelo, kien waqqaf dan in-negozju u meta kiber Caruana, beda' jieħu ħsieb n-negozju hu, wara bdew jieħdu ħsieb ukoll uliedu. Matul dawn is-snin twal ta' suċċess, il-kumpanija baqgħet impenjata tipprovdi l-ħelu fil-festi u fil-fatt kien dan li wassal lil Caruana biex jixtri tlett kumpaniji oħra tal- qubbajt li kienu jaħdmu fuq bażi part-time. "Hi tal-qsim il-qalb li tkeċċi lill-impjegati tiegħek imma ħafna aktar tal-qsim il-qalb meta tkeċċi lill-uliedek stess." Hekk wieġeb Caruana meta beda' jirrakonta dak li ġarrab. Il-gazzetta staqsietu jekk pruvax isib għajnuna u b'dispjaċir kbir hu qal li prova minn kollox inkluż li jirċievi l-wage supplement li pprovda l-Gvern f 'dawn iż- żminijiet diffiċli. Caruana qal li l-Malta Enterprise qaltlu biss li hu "każ uniku" iżda li ma tista tagħmel xejn, speċjalment għax diġà keċċa lill-impjegati. Qalilna ukoll li prova jġib permessi biex jarma fil- pellegrinaġġi jew f 'attivitajiet simli iżda l-permess ma ngħatax għax qalulu li negozju bħal tiegħu jaf jattira wisq nies mal-mejda. Caruana bl-ikbar dieqa qal li issa l-mara tiegħu mardet ukoll bil-kanċer. "Il-mara marditli bil- kanċer, irrid nixtrilha l-mediċina. Hemm pirmli minnhom €84 għal 20 pillola. Kelli noħroġ nbiegħ il-ħwejjeġ biex forsi inmantni lill- familja." Iż-Żebbuġi, kif inhu popolarment magħruf, temm jgħid li hu japprezza nies li jipprovaw jgħinu anke billi jiġġieldu għal wirt Malti bħal dan. Fosthom semma lid- Deputat Godfrey Farrugia li prova jtella dan is-suġġett fil-Parlament Malti, "iżda sfortunatament waqa' fuq widnejn torox." Il-qubbajt Malti jiġi nnutat minn UNESCO bħala 'wirt kulturali intanġibbli' minħabba li skont huma "hu trasmess minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, huwa kostantement maħluq minn rispons ta' komunitajiet u gruppi, u jipprovdilhom sens ta' identità u kontinwità, u b'hekk jippromwovu r-rispett għad-diversità kulturali u l-kreattività umana" Robert Caruana jibża li hekk sa sena oħra ma jsibx mod kif jarma għal festi, se jkollu jagħlaq kompletament. "Tat-trakkijiet tqabbilhomx magħna, għax dawk b'xi mod baqgħu għaddejjin" - Ivan Delia Il-gazzetta ILLUM tkelmet ukoll ma' eks impjegat ta' Caruana biex tara kif din is-sitwazzjoni laqtet lilhom ukoll. Ivan Delia, spjegalna li huma kien jagħmlu dan ix-xogħol fuq bażi part-time. Il-maġġoranza tal- ħaddiema jaħdmu bħala xufiera matul il-ġurnata, l-aktar xufiera tal- ambulanzi u tat-taxi. Delia ma kienx kunfidenti li qatt se jsibu għajnuna għax wisq jibża li l-bejjiegħa tal-qubbajt mhumiex apprezzati biżżejjed. Delia qal li l-iktar li jinkwieta hu propju għal Robert Caruana. "Ma naħsibx li se jiġri xi ħaġa u jekk ma jiġri xejn dik se tkun l-aħħar daqqa għalih" Mistoqsi mill-ILLUM x'jaħseb li sar minnhom bejjiegħa oħra tal- ikel hu wieġeb illi "tad-donuts ma nafx. Imma dawk tat-trakkijiet tqabbilhomx magħna, b'xi mod xorta baqgħu għaddejjin" Ftit informazzjoni fuq il-qubbajt L-ewwel referenzi rreġistrati għal cobaytaro (bejjiegħ tal- qubbajt) imorru lura għall-Ordni ta' San Ġwann (1530-1798). Mikiel Anton Vassalli ddeskriva l-ingredjenti ewlenin għal tip ta' qubbajt magħmul fi żmienu bħala, taħlita magħmula minn żerriegħa tal-ġulġlien, lewż, għasel u zokkor. Jidher li l-prattika tradizzjonali li ddawwar il- ħlewwa fuq ċangatura tal-irħam biex tiksaħ qabel ma taqta' f 'porzjonijiet iżgħar, tmur lura għal dan il-perjodu wkoll. Fis-sajf, Robert Caruana kien iqatta ma' 12-il siegħa kuljum jipproduċi l-qubbajt, kemm dak tradizzjonali u dak iebes. Robert Caruana u martu Marie

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021