Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Aġenti tal-proprjetà u sensara għandhom sas-17 ta' Settembru biex japplikaw għall-liċenzja Dawk l-intermedjarji li jaħdmu fis-settur tal-proprjetà (real estate) għandhom japplikaw għal-liċenzja sa mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2021. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius waqt konferenza tal- aħbarijiet, fejn semma kif bħal dan iż-żmien sena ilu daħlet fis- seħħ il-liġi li tirregola l-ħruġ ta' liċenzji tal-aġenti tal-proprjetà immobbli, sensara tal-proprjetà u konsulenti tal-proprjetà. Agius sostna illi matul din is- sena sar ħafna xogħol, fosthom laqgħat mal-partijiet ikkonċernati fis-settur, sabiex dan is-settur ikun regolarizzat sa mill-1 ta' Jannar 2022 hekk kif inhu mitlub fil-ligi. Sadanittant, numru kbir ta' intermedjarji għamlu jew qegħdin jattendu għal kors ma' uħud mill- istituzzjonijiet akkademiċi li joffru dawn il-korsijiet li jwassalhom sabiex ikollhom kwalifika li permezz tagħha jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà. Is-Segretarju Parlamentari Agius qal illi sabiex ħadd ma jiddiżappunta lilu innifsu, "il- bord tal-ħruġ tal-liċenzji ħa deċiżjoni sabiex dawk kollha li jridu japplikaw għal-liċenzja għandhom jieħdu ħsieb li jissottomettu d-dokumentazzjoni mitluba, inkluż kwestjonarju, fuq il-webpage tar-real estate sa mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru. Huwa saħaq li min japplika wara din id-data m'għandux garanzija li sal-1 ta' Jannar 2022 ikollu l-liċenzja sabiex jaħdem fis-settur u għaldaqstant jekk jopera jkun qed jagħmel dan bla permess u bil-pieni li tippermetti l-liġi. Huwa saħaq li sal-31 ta' Marzu ta' din is-sena dawk kollha interessati li jiksbu liċenzja kellhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom. Sa dakinhar, kienu daħlu madwar 1,500 dikjarazzjoni ta' interess. Għaldaqstant, huwa mistenni li numru kbir minn dawn għandhom japplikaw għal liċenzja sad-data stipulata sabiex ikunu jistgħu jaħdmu mill-ewwel tas- sena li ġejja. Finalment, is-Segretarju Parlamentari ħa l-okkażjoni sabiex isellem il-memorja ta' Dr Katrina Borg Cardona, li kienet Chairperson tal-Bord tal-ħruġ tal-liċenzji sakemm din ħalliet din id-dinja l-ġimgħa li għaddiet. Huwa semma kemm Katrina kienet qed tagħti kontribut kbir fil-pożizzjoni tagħha għat-titjib regolatorju f 'dan is-settur, filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill- familjari tagħha. ...Dan hekk kif mill-1 ta' Jannar 2022 dan is-settur se jkun regolarizzat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021