Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum 22 għaqda volontarja bbenefikaw minn investiment ta' €95,000 għal sistema ta' fotovoltajċi Għaqdiet volontarji bbenefikaw minn investiment ta' kwart ta' miljun ewro grazzi għal żewġ skemi maħruġa mill-gvern biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi fotovoltajċi fuq il-proprjetà tagħhom mingħajr ħlas. Permezz tat-tieni skema maħruġa mill- Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, 22 għaqda volontarja bbenefikaw minn investiment ta' €95,000. Grazzi għas-suċċess ta' dawn l-iskemi, il- Ministru Miriam Dalli ħabbret li se tkun qed tinħareġ it-tielet skema F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clion Grima qassmu kuntratti lil 22 rappreżentant tal-għaqdiet volontarja li se jkunu qed jibbenefikaw mit- tieni sejħa ta' din l-iskema. Permezz ta' din l-iskema, dawn l-għaqdiet se jkunu qed igawdu minn roħs fil-kontijiet tagħhom, filwaqt li se jkunu qed jgħinu biex il-pajjiż igawdi minn enerġija iktar nadifa. Din kienet it-tieni sejħa, wara li fl-ewwel sejħa bbenefikaw 40 organizzazzjoni. Fit- tieni sejħa, seba' għaqdiet ibbenefikaw minn tnax-il pannella ta' 3.6kWp u 15-il għaqda b'sistemi ta' 24 pannella ta 7.2kWp. Grazzi għas-suċċess ta' dawn iż-żewġ skemi, il-Ministru Miriam Dalli ħabbret li bħalissa għaddejjin preparamenti biex tinħareġ it-tielet sejħa. Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il- Ministru Miriam Dalli qalet li, "Qed inħarsu lejn is-settur privat u lejn iċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex biex inkomplu nagħtu spinta 'l quddiem lill-ġenerazzjoni tal-enerġija mill- enerġija rinnovabbli. Dan qed nagħmluh mhux biss għax għandna mira Ewropea li sal- 2030 nilħqu il-11.5% ta' ġenerazzjoni minn sorsi rinnovabbli, imma għax dan il-gvern jemmen f 'din il-qalba għall-enerġija nadifa." Dalli fakkret kif għaqdiet volontarji jħallu impatt fil-ħajja tal-komunitajiet Maltin. "Bid-deċiżjoni li jimxu lejn operat aktar sostenibbli, qed iħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli." Waqt iċ-ċerimonja tat-tqassim taċ- ċertifikati lill-għaqdiet volontarji Grima aċċenna kif il-ġid komuni fis-soċjetà tagħna permezz ta' din l-inizjattiva rdoppja. "Fuq naħa għandek il-preservazzjoni tas-settur ambjentali u fuq in-naħa l-oħra għandek iktar riżorsi li se jibqgħu fis-settur tal-volontarjat, u allura se jkun hemm iktar ħidma li b'mod tanġibbli tagħmel differenza fil-ħajja tan- nies." Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li xhieda ta' dan hija din l-inizjattiva, kif ukoll inizjattivi oħrajn li fil-passat għenu finanzjarjament lill-għaqdiet volontarji jibqgħu fuq saqajhom biex ikompli bix- xogħol nobbli li jwettqu fis-soċjetà Maltija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021