Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 aħbarijiet jikkoreġi s-sitwazzjoni ladarba l-każi bdew tilgħin, deċiżjoni li jfakkar illi mhux kulħadd ħa gost biha. Fearne temm ifakkar li madwar 70,000 familja jgħixu direttament minn dħul mit- turiżmu u kien għalhekk li l-Gvern ħa d-deċiżjoni li turisti mlaqqmin biss jistgħu jidħlu Malta (dawk mhux imlaqqmin iridu joqgħodu kwarantina). Saħaq li dan huwa punt tajjeb biex Malta tbigħ lilha nnifisha bħala destinazzjoni "sigura." Imma l-ECDC xorta tefgħet lil Malta fuq l-aħmar. Ma tinkwetakx allura din? Morna 'back to square one'? Id-Deputat PM ifakkar li l-ECDC qed tħares lejn is- sitwazzjoni bl-istess angolu ta' meta ma kienx hawn ħafna tilqim. "Qabel l-aktar kriterju importanti kien il-każi fil- komunità, hekk kif bejn wieħed u ieħor 15% sa 20% ta' dawk pożittivi kienu jispiċċaw l-isptar. Jiġifieri iva, sewwa għamlet li kkalkulat b'dan il-mod." Fearne qal iżda li sa issa qed jidher li pajjiżi b'rata għolja ta' tilqim dan il-persentaġġ u r-rabta bejn il-każi u persuni li jkollhom jiddaħlu l-isptar inbidlet. Huwa qal illi l-Gvern bħalissa qed jitkellem mal-ECDC dwar jekk dan il-kalkolu għandux jibda jgħodd fih ukoll nies li jinsabu fl-isptarijiet u l-ITU, f 'pajjiżi fejn ir-rata ta' persuni mlaqqmin hija għolja. "Importanti pero' nifhmu li sa issa ma nistgħux naslu għal konklużjoni ċerta. Irridu nistennew bejn 10 u 15-il jum ieħor fejn ikun aktar ċar li ma hemmx rabta bejn il-każi u persuni fl-isptarijiet. Sa issa ma hemmx ċertezza imma l'hemm jidher li mexjin." 'Dan x'taħwid! Kull vaċċin jaħdem l-istess jew le?' "Sa issa l-vaċċin jaħdem fuq il-varjanti kollha," jibda jispjega Chris Fearne. Huwa qal iżda li bħalissa d-dinja qed tħares lejn il-Peru u pajjiżi tal-Amerika Latina fejn hemm varjant ġdid li jidher illi l-vaċċin Ċiniż ma jaħdimx fuqu. "Jiġifieri qed nevalwaw x'inhu jiġri u jekk vaċċin taħdimx aktar kontra varjant minn vaċċin ieħor." Huwa qal ukoll li jista' jkun vaċċin ikollu effettività inqas minn ieħor fit-tul u allura jkun jirrikjedi booster. Dwar il-booster huwa qal illi filwaqt li l-Gvern għandu biżżejjed għal din is-sena, id- dieħla u anke ta' warajha għalissa ma hemm ħadd preparat għall- booster għax għad ma hemmx l-evidenza li turi l-bżonn tiegħu għalissa. Huwa qal li jekk imbagħad maż-żmien jirriżulta li dawk li ħadu l-vaċċin f 'Jannar jew Frar li għadda tonqsilhom l-immunità, "forsi nagħtu lilhom." Imma teskludi aktar lockdowns? "Jiddependi ħafna x'varjanti se jkollna fil-futur," jibda jirrispondi Fearne. "Fi Frar ta' din is-sena kont ktibt lill- Kummissjoni Ewropea u fakkarthom li jista' jiġi żmien fejn tiskadi l-immunità ta' vaċċin jew inkella jkun hemm varjanti li ma jkollniex vaċċin li jaħdem kontrihom, u allura rridu ninvestu f 'oħrajn," spjega Fearne. "Sa issa, bil-varjanti li għandna u l-livell ta' immunità li għandna - bir-rata ta' nies fl-isptar kif inhi nistgħu nkompu nimxu lejn ħajja normali. Imma nibqgħu viġilanti." Huwa qal li dak li jrid jitħabbar għal x'se jiġri wara s-16 ta' Awwissu se jieħu kunsiderazzjoni proprju n-numru ta' nies fl-isptarijiet u fl-ITU. vaċċin bħalissa qed nerġgħu nagħlqu' għall-kritika dwar il-Covid-19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021