Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899
02 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara T IS W IJIET FIL -KAMPNAR T A L-KNIS JA PARROKKJALI Il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali qed jis eden par jiet interessa biex jisso ome u l-interess tagħhom li jidħlu għal swijiet tal-istru ura fil-kampnar tal-Knisja Parrokkjali, inkluż it- sħiħ fil-kolonni permezz ta' xogħol tal-azzar. Aktar tagħrif dwar dawn ix-xogħlijiet jista' jinkiseb billi ntbagħat e-mail indirizzata lill-Kappillan, Dun Charlon Muscat fuq parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org sa mhux aktar tard mill–31 ta' Lulju 2021. L-email għandha nkludi de alji kemm ta' min qed juri interess f'dan il-proġe , kif ukoll proġe ta' kostruzzjoni (possibilment simili) li we aq f'dawn l-aħħar sentejn. Espressjoni ta' Interess ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dawn l-aħħar ġimagħtejn reġgħu kienu ddominati mill-kwistjoni tal-Covid-19 f 'pajjiżna u dawk ta' madwarna u ħafna ma tantx ħallewha lixxa fi kliemhom għall-Gvern minħabba ż-żieda fil-każi, prinċipalment imbuttata minn studenti tal-Ingliż. F'daqqa waħda ħafna qalu li morna lura għas-sajf tas-sena l-oħra u li erġajna qed nesperjenzaw mewġa oħra! Il-gazzetta ILLUM għalhekk ippreżentat argumenti differenti li qed isiru minn nies fit-triq u fuq il-midja soċjali lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas- Saħħa Chris Fearne u talbitu jirrispondi għal kull wieħed minnhom. 'Mela jiena ħadt il-vaċċin u xorta qabditni l-Covid...mela x'ħadtu nagħmel?' Għal din l-istqarrija Fearne beda billi fakkar illi Malta sal- Ġimgħa kien l-aktar pajjiż imlaqqam fid-dinja, b'82% li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u 86% li ħadu mqar doża waħda. Apparti minn hekk qal illi żewġ terzi tat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena huma imlaqqmin u sa din il-ġimgħa dan in-numru se jitla' għal tlieta minn kull erbgħa. Fearne fakkar lil din il-gazzetta illi fl-aħħar jiem il-Gvern nieda l-walk-in clinics għal dawk kollha li ma kinux għadhom ħadu l-vaċċin, speċjalment għal dawk il-barranin li jgħixu pajjiżna. "Il-vaċċin jipproteġik ħafna milli taqbdek - kieku mhux hekk in-numri huma ħafna ikbar milli huma, bit-tixrid tal- varjant Delta. Madwarna hemm pajjiżi fejn għax ir-rata ta' nies imlaqqmin huma ftit, in-numru ta' każi sejri huwa kbir." Huwa jsemmi t-Tuneżija fejn ifakkar li r-rata ta' vaċċinazzjoni hija baxxa (7.1%) u fejn m'għadx hemm ossiġenu x'jingħata bil- konsegwenza li qed imutu ħafna nies. "Bit-tilqima inti tkun protett ħafna iktar. Jekk taqbdek u ma tkunx ħadt il-vaċċin, l-ewwelnett ikun hemm ħafna oħrajn bħalek. Imma aktar minn hekk, il- probabbilità li tispiċċa l-isptar, jew l-ITU jew allaħaresqatt tmut hija ħafna ogħla milli jekk tkun ħadt il-vaċċin," sostna Fearne mal-ILLUM. Huwa qal illi bin-numri ta' każi li l-pajjiż għandu llum, is- sena l-oħra kien hawn 'l fuq minn 150 persuna fl-isptar. "Illum b'2,500 każ attiv għandna inqas minn 20 persuna u dawk li hemm l-isptar il- maġġoranza tagħhom mhumiex imlaqqmin." "Il-vaċċin tipproteġik li taqbdek il-Covid-19, milli tgħaddiha lil ħaddieħor, milli tiddaħħal l-isptar, milli tiddaħħal l-ITU u tipproteġik milli titlef ħajtek," saħaq id- Deputat PM. Huwa qal li l-poplu llum jinsab f 'sitwazzjoni aħjar minn dawk il-pajjiżi fejn it- tilqim għadu lura. Dwar il-każi fl-isptar huwa jgħid li jkun hemm min imur għax iħoss sintomi, pero' hemm ukoll persuni li jidħlu għal xi operazzjoni u jirriżultaw fil- pożittiv. Fearne qal li fil-każ ta' nies li jkunu ġejjin minn xi dar tal-anzjani, per eżempju, jinżammu l-isptar. Huwa ħabbar ukoll li se jibdew mobile clinics filgħaxijiet, f 'Buġibba u Marsaskala għal dawk li ma jkunux jistgħu jieħdu t-tilqima matul il-jum. 'Ilħaqna l-herd immunity. L-aqwa fid-dinja fit-tilqim u xorta ħafna restrizzjonijiet. Għaliex? Ma wasalx iż-żmien li nneħħu r-restrizzjonijiet kollha? Fearne iwieġeb dan is- sentiment billi jfakkar li meta bħal dan iż-żmien sena "kellna l-ammont ta' każi attivi fil- komunità li għandna llum, mhux talli ma konniex qed ineħħu r-restrizzjonijiet, talli konna qed inżiduhom." "Kieku ma għandniex it- tilqima kieku bħalissa kien ikollna nerġgħu ngħalqu," jisħaq Fearne ma' din il-gazzetta. Jinnota iżda li mhux talli l-pajjiż qed jagħlaq talli qed jiżdiedu n-nies li jistgħu jattendu ċerti attivitajiet u l-barranin iridu jkunu mlaqqmin qabel jiġu Malta. Kien hawn li Fearne indika illi jekk in-numri jkomplu kif inhuma f 'termini ta' nies fl- isptar il-Gvern ikompli jirrilaxxa aktar miżuri. "Qed inħarsu, per eżempju, lejn tnaqqis mill-ġimagħtejn kwarantina jekk persuna biż- żewġ dożi jkollha kuntatt ma' persuna oħra li tiltaqa' ma' xi ħadd pożittiv," żvela Fearne. Huwa fakkar li l-każi qed jiżdiedu kullimkien iżda f 'Malta ma kienx hawn influss ta' pazjenti fl-isptar. "Issa din ta' turisti vvaċinati biss ma kellkhomx tagħmuluha qabel!? Mhux ġew ħafna studenti u ara kemm xerrduh il-virus!" "Aħna ħadna l-passi meħtieġa mill-ewwel," jibda jirrispondi Fearne lil din il-gazzetta. Huwa jfakkar li l-Gvern dejjem qal illi jekk ikun hemm problema jmur pass lura. "U kien għalhekk li ħadna kollox pass, pass ħalli jekk ikun hemm problema nieħdu pass wieħed biss lura," spjega. Huwa qal li għalhekk il-Gvern ħa l-passi kollha meħtieġa biex 'Kieku għadna bla vaċċin - Fearne iwieġeb għall-kritika