Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum Il-festival Exit li fih daqq id-DJ J JOY quddiem udjenza ta' 70,000 ruħ. Kulħadd daħal bil-vaċċin jew test u ma rriżultaw l-ebda każi jew clusters aħbarijiet 'Ma nistgħux nibqgħu nitkellmu minn filgħodu sa filgħaxija fuq il-Covid-19 ... il-vaċċin qed jaħdem' L-ILLUM titkellem mad-DJ internazzjonali J JOY li għadu kemm wasal Malta mis-Serbja wara li daqq f'festival popolari quddiem 70,000 ruħ. Jisħaq li Malta trid tagħmel bħas-Serbja u tiffoka aktar fuq il-pożittiv u ġaladarba l-vaċċin qed jaħdem tibda tħares 'il quddiem YENDRICK CIOFFI "Kienet esperjenza tal-ġenn. Nitkellem fuqha jaqbadni l-bard. Lanqas insib kliem biex niddeskrivi dak li ħassejt." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM id-DJ internazzjonali Malti John Refalo, jew aħjar kif inhu magħruf bħala J JOY, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet, għall- ewwel darba wara xhur, daqq quddiem udjenza ta' 70,000 ruħ waqt il-festival Exit fis-Serbja. Kważi kważi, wara sentejn, insejna x'jiġifieri tmur party jew fi club, taqbeż u tiżfen ma' eluf ta' nies oħra. Xi drabi kważi sirna nibżgħu min-nies. Għalhekk wieħed jista' jimmaġina x'sensazzjoni tħoss jekk issib ruħek ġo folla ta' eluf ta' nies kulħadd jiżfen u jaqbeż. Mal-ILLUM, Refalo saħaq li s-sigriet wara kollox ma kinitx biss l-organizzazzjoni tal-festival imma anke l-mentalità fost in- nies fis-Serbja, li għall-kuntrarju tal-Maltin, ma jitkellmux minn filgħodu sa filgħaxija fuq il- Covid-19 u qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex ġaladarba qed jieħdu l-vaċċin, jibdew jimxu 'l quddiem, għax ir-riżultati qed jidhru. Mad-DJ bdejna nitkellmu fuq l-esperjenza tiegħu. Anke jekk ma kinitx l-ewwel darba li daqq f 'dan il-festival, wara sentejn kważi wieqaf għal kollox, J JOY saħaq li din kienet waħda mill- isbaħ esperjenzi tul il-karriera tiegħu. "Malta kont bdejt indoqq it it imma kulħadd bilqiegħda. Mhux qed ngħid li ma kontx qed nieħu pjaċir għax wara kollox ikollok taddatta. Imma meta tkun qed iddoqq quddiem 70,000 ruħ differenza kbira. Erġajt rajt DJs ħbieb tiegħi wkoll. Qabel kienet saret rutina. Imma meta tkun imċaħħad tkun taf xi tli. Kont ilni sentejn ma ndoqq quddiem udjenza hekk. Din it-tielet darba li daqqejt fih u l-isbaħ waħda. Se nibqa' nitkellem fuqu żgur dan il- festival," insista. 'Bil-vaċċin jew b'test ... ħadd ma kien qed jibża u ma kienx hemm tixrid tal-virus' Tkellimna aktar dwar l-organizzazzjoni tal-festival, b'Refalo jisħaq li kull min attenda ried jippreżenta jew ċertifikat tal-vaċċin, jew prova li fieq mill- Covid-19 fl-aħħar sitt xhur jew inkella riżultat negattiv ta' test li jkun għamel fis-sigħat ta' qabel. "Jiena nżilt man-nies. Ħadd ma kien imbeżża'. Kulħadd kien qed jieħu gost. Anke familji bit- tfal kien hemm, għax ikun hemm stages differenti u spettakli differenti," kompla jisħaq id-DJ. Iżda żgur li l-aktar ħaġa interessanti kienet li aktar minn ġimgħa wara li sar dan il-festival, ma kienu rreġistrati l-ebda infezzjonijiet ta' Covid-19. Fil-fatt xjentisti ħadu kampjun mill-udjenza u qasmuh f 'żewġ gruppi, grupp ta' persuni li daħlu l-festival biċ-ċertifikat t a l - v a ċ ċ i n u grupp li daħal b'test n e g a t t i v . S a r u l h o m t e s t i j i e t kemm qabel u anke wara u minn dawn ħadd minnhom ma ħareġ pożittiv. Apparti minn hekk, minn madwar 20,000 barrani li attenda dan il-festival u li ħafna minnhom kellhom bżonn test negattiv biex jirritornaw pajjiżhom, wieħed biss irriżulta pożittiv. Dan mhux l-ewwel party li fuqu saru esperimenti simili. L-istess ġara fl-Ingilterra u fi Spanja u ma kienx hemm tixrid tal-virus. Dwar dan tkellimna wkoll ma' J JOY li saħaq li dan kollu juri kemm il-vaċċin jaħdem, aħseb u ara f 'pajjiż bħal Malta fejn il-programm tat-tilqim mexa b'ritmu tajjeb immens. Fil-fatt, jekk f 'Malta 81% tal- popolazzjoni hija issa mlaqqma kompletament, fis-Serbja t-tilqim għadu xi it jew wisq lura, hekk kif madwar 38% biss ħadu ż-żewġ dożi. "Aħna l-Maltin għandna rata ta' tilqim inkredibbli u għadna lanqas aħna kollox. Għandna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamrun b ħ a l a prova ta' kemm it-tilqim jaħdem. Vera li kienu ċelebrazzjonijiet bla permess iżda ma ħareġ l-ebda każ minnhom. Żgur li l-maġġoranza tagħhom kienu mlaqqma," insista J JOY. 'Irridu niffokaw aktar fuq il- pożittiv' Kien hawn li saħaq li l-pajjiż jeħtieġ jieħu d-deċiżjoni li ma jistax ikun li jibqa' jitkellem minn filgħodu sa filgħaxija fuq il-Covid-19. "Ċert li jekk tagħmel sondaġġ, il-maġġoranza assoluta tal- Maltin jgħidulek li ddejqu jisimgħu. Mhux qed ngħidlek li ma nibqgħux kawti, imma irridu nkomplu ngħixu. Ħares lejn dak li għamlu fl-Ingilterra," kompla jisħaq Refalo. Fil-fatt insista li fis-Serbja dak li sar. Il-Gvern, l-Oppożizzjoni u anke gruppi u stakeholders differenti, ħadu d-deċiżjoni flimkien, bħala poplu wieħed, li jimxu 'l quddiem għax issa anke huma għandhom l-armi biex jiġġieldu l-virus. "Niem li hemm min jibża' iżda dawn in-nies għandhom fejn imorru wkoll. Imma jekk il-maġġoranza ħadet il-vaċċin u trid tkompli bil-ħajja, mela ejja nimxu u nħarsu 'l quddiem," kompla jisħaq. Spjega mal-ILLUM kif il- Kap Eżekuttiv u l-fundatur tal- festival Exit spjegalu kif 10% tal-ħin tiegħu qattgħu jorganizza l-festival, filwaqt li 90% minnhom ħadem biex jeduka u jqajjem kuxjenza biex ifiehem lin-nies kemm il-vaċċin jaħdem. 'L-għadd tal-pazjenti fl-isptar huwa minimu u mwiet xejn' "Aħseb u ara x'nistgħu nagħmlu f 'Malta. Meta ma kienx hemm il- vaċċin kienet storja oħra. Illum l-għadd tal-pazjenti fl-isptar huwa minimu u l-imwiet xejn. Is-sitwazzjoni mhijiex allarmanti anke jekk żdiedu n-numri. Malta ħadet ħsieb li nkunu armati sa sninna kontra l-Covid-19. Għandna biżżejjed armi biex nirbħulu darba, darbtejn, tlieta. Issa ċ-ċans li nimxu 'l quddiem," insista. Kien hawn li appella lill-midja u anke lill-poplu biex jieqfu jitkellmu fuq il-Covid-19 f 'kull ħin tal-ġurnata u biex jiffukaw fuq l-affarijiet li huma pożittivi, fosthom kemm il-vaċċin qed inaqqas ir-riskju li persuna tispiċċa l-isptar jew marida serjament. "Irridu nagħmlu bħas-Serbja u pajjiżi oħra. Ma baqgħux jagħtu prijorità lill-virus. Nibqgħu attenti u nipproteġu lill- vulnerabbli imma rridu nħarsu 'l quddiem. Mhux nitkellem fuq parties biss, imma anke attivitajiet oħra bħar-Regatta jew attivitajiet sportivi. Nużaw aktar iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Il-maġġoranza għażlet li tieħu l-vaċċin. Mhux niġġudika lil min ma ħax il-vaċċin imma la l-maġġoranza trid li nkompli b'ħajjitna, mela ejja nkomplu," insista. 'Jekk mhux issa, mela qatt' Tenna li Malta għamlet xogħla sewwa u s-sistema tas-saħħa ħadmet tajjeb u rsistiet biex il- poplu jkun jista' jibqa' jgħix kemm jista' jkun b'mod normali. "X'qed nistennew issa? Se nħallu lill-Covid-19 jibqa' jikkontrollana? Il-vaċċin ħadem u qed nirbħu. Għandna l-armi kollha. Anke boosters u biex nagħtu l-vaċċin lill-pajjiżi oħra. Jekk ma nimxux issa 'l quddiem, meta se nimxu?," temm jistaqsi d-DJ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021