Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Carmel Bonnici Far from the Madding Crowd (1967) - Xogħol klassiku minn ktieb letterarju (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Far From The Madding Crowd inħadem mill-kumpanija Anglo Amalgamated fl- 1967, bil-ħin ta' 168 minuti. Atturi oħra li dehru f 'din il- produzzjoni diretta minn John Schlesinger bil-format 70mm (murija hekk fit-teatri Coliseum, Valletta u Plaza, Sliema) huma Fiona Walker (Liddy), Alison Leggatt (Mrs. Hurst, iz-zija ta' Bathsheba) u Freddy Jones (Cairny Bull). Il-fotografija tant sabiħa tal- kampanja u sikwit panoramika hi ta' Nicholas Roeg, li wara sar direttur rinomat. Waqt li Thomas Hardy stabilixxa kuntrasti drammatiċi bejn il-Bniedem u n-Natura, spiss iċekken u jiżola l-karattri tiegħu fil-kampanja vasta ta' Wessex, kien ukoll dejjem attent li jesibixxi s-similaritajiet tagħhom. Il-kotba tiegħu huma pjutost melodrammatiċi, oskuri u traġiċi u fin-natura kien juri il-burdati tal-bniedem, kif il-maltempata ħarxa tipprovdi mmaġini naturali tal-forzi destruttivi kollha li jinsabu fl-imħabba ta' Bathsheba għal Troy. Imma kien jara lin-natura bħala forza li tiddetermina u kien jagħti viżjoni tal-umani magħġunin fl-ambjent fiżiku u naturali tagħhom; forzi kataklisti taħt wiċċ ta' kalmizza li tidher fl-apert. Minn dan il-lat, ir-reazzjoni bejn l-umani tintilef xi ftit meta d-direttur John Schlesinger ittrasform dan ix-xogħol għal fuq il-liżar ċinematografiku. Minkejja fotografija rikka bi sbuħija mċajpra, bl-eċċezzjoni ta' Peter Finch li bħala Boldwood juri vjolenza miżmuma taħt dehra esterjuri u civilizzata, l-karattri l-oħra qatt ma jilħqu għall-livell tal-ambjent ta' madwarhom. Alan Bates bħala l-bidwi żagħżugħ Gabriel, hu mogħni b'kunfidenza kbira fih innifsu. Waqt li Bathseba kif inhi nterpretata minn Julie Christei tibqa' soċjabbli matul l-andament kollu. Veru li fl-aħħar tiddeċiedi li tiżżewweġ lil Gabriel imma xejn ma jindikalna li laħqet din id-deċiżjoni b'riflessjoni matura, iżda b'disperazzjoni wara li l-oħrajn li riedet ġew eliminati. Hardy uża metafora mill-Vanġelu meta ddeskriva l-imħabba bejn Gabriel u Bathsheba – "dik l-imħabba li l-ilmijiet ma jaqtgħuliex l-għatx u lanqas tikkompara ma' dik il-passjoni li tisparixxi bħala nixxiegħa". Din hi metafora li perfettament turi il-qawwa ta' mħabba raġunata li tegħleb il-vjolenza tan-natura. Schlesinger li ma sab l-ebda ħaġa viżwali ekwivalenti għal din il-metafora jħallina bi tmiem qasir ta' ferħ. Far From The Madding Crowd reġa' nħadem fl-2015, bid- direzzjoni tad-Daniż Thomas Vinterberg, bil-ħin ta' 119 minuti, 49 minuta inqas mix- xogħol ta' 54 sena ilu. Il-film maħruġ mit-20th Century Fox, bi produzzjoni tal- BBC hu tajjeb kważi daqs dak ta' qablu. Fil-parti ta' Bathsheba Everdene insibu lil Carey Mulligan, il-Germaniż Matthias Schoenaerts jinterpreta l-bidwi Gabriel Oaks, Michael Sheen hu s-sinjur William Boldwood, waqt li Tom Sturridge jaħdem il-parti tas-Surġent Francis Troy. Il-miskina Fanny Robin taħdimha Juno Temple. F'din il-produzzjoni, d-direttur irnexxielu jagħtina stampa ċara tal-karattri kollha. Personalment, nippreferi l-film oriġinali li hu aktar elaborat, jaqbad sewwa l-atmosfera oskura/traġika, f 'xi mumenti, skont l-intenzjoni tal-awtur, għandu mużika evokattiva bi stil pastorali ta' Richard Rodney Bennett u jinkludi ballati tradizzjonali sbieħ speċjalment The Bold Grenadier, kif ukoll Bushes And Briars, The Jolly Tinker u oħrajn. Il-film kien innominat għall-Oscars fil-kategorija tal- Aqwa Mużika u fil-BAFTA Awards (Brittaniċi) għall-Aqwa Fotografija u Disinn tal-Kostum. Fin-National Board of Review Awards rebaħ għall-Aqwa Film u l-Aqwa Attur (Peter Finch). (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021