Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899
12 intervista IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum 'Jekk se naħdmu biss għat-turiżmu ta' kwalità mhux se jiġi' Alan Borg Andy Tanti YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar xhur u ġimgħat il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' ħafna assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw oqsma differenti fis- setturi tat-turiżmu u l-ospitalità, l-aktar oqsma li ħassew l-impatt tal-pandemija. Dawn jagħtuk stampa ta' dak li qed jiġri iżda xi drabi, meta titkellem ma' dawk li huma involuti direttament, mas-sidien jew l-operaturi, tkun tista' tiem aħjar dak li għaddew jew għaddejin minnu għax jirrakkontawlek esperjenzi konkreti. Dan huwa dak li għamlet il-gazzetta ILLUM din il-ġimgħa meta ltaqgħet ma' Andy Tanti, wieħed mill-uffiċjali tal-AX Hotels, biex tiem aktar u tmiss b'idha dak li għaddew u għaddejin minnhom il-lukandi (mhux biss tal-AX Group) f 'dan il-perjodu li għadu wieħed diffiċli. L-AX Hotels għandha seba' lukandi u kollha huma ta' erba' jew ħames stilel. Dan il-grupp, li huwa wieħed mill-akbar gruppi fejn jidħol is-settur tal- lukandi, ilu jopera għal dawn l-aħħar 40 sena. "Nemmnu ħafna fil-kwalità tal-prodott. Dejjem nipprovaw noffru xi ħaġa differenti mill-aspett ta' stil u l-kunċett tal-lukanda," insista Tanti. Fil-fatt, l-AX Hotels għandha varjetà ta' lukandi. Pereżempju f 'Tas-Sliema għandhom lukanda ta' erba' stilel, e Victoria Hotel li għandha stil klassiku, e Palace, lukanda ta' ħames stilel li hija aktar moderna u Palazzo Capua, Boutique Hotel. Fil-Qawra għandhom is-Seashells Resort at Suncrest, lukanda ta' erba' stilel u anke s-Sunny Coast Resort & Spa li tinkludi għadd ta' appartamenti self-catering b'faċilitajiet ta' resort. Fil-Belt għandhom imbagħad żewġ Boutique Hotels, jiġifieri e Saint John u Rosselli. "Għandek seba' lukandi, kollha differenti, li se jattiraw tip ta' klijenti differenti," insista Tanti. Fuq kollox insista li l-enfasi tal-Grupp dejjem kien fuq l-impjegat, għax fi kliemu huma l-impjegati li jagħmlu l-lukanda u mhux sempliċiment il-bini. "Dan huwa evidenti anke meta tħares lejn ħaddiema li ilhom snin jaħdmu mal-Grupp. Nieħu minni personali. Jiena bdejt bħala pool attendent u bdejt tiela' it it, sakemm illum jiena Director of Sales tal-lukandi kollha tal-AX," insista. Kompla jisħaq li l-Grupp huwa dinamiku ħafna. Fakkar kif riċentament ħareġ il- permess għal Boutique Hotel fiż-żona tal- Verdala filwaqt li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jaħdmu fuq proġett ta' rinovazzjoni tal- lukanda Seashells. "Nazzarda ngħid li se tkun l-aqwa lukanda ta' erba' stilel f 'Malta," insista Tanti. "Hemm oqsma oħra bħall-kostruzzjoni, il-kura tas- saħħa u l-iżvilupp li l-AX Group huwa involut fihom imma l-akbar portafoll tagħna jibqgħu l-lukandi," saħaq Tanti. 'Għafsa ta' qalb tara lukanda vojta u mitfija' Bdejna nitkellmu fuq l-impatt tal- pandemija fuq il-lukandi tagħhom. Tanti insista li bħall-bqija tal-lukandi l-oħra, sas- sena 2019, kienu sejrin tajjeb ħafna. Tant hu hekk li fi kliemu, jekk wieħed jieħu l-medja, fl- 2019 il-lukandi tagħhom kellhom okkupanza ta' 82%. "Kważi kważi kuljum mimlija. Imbagħad ġiet l-2020. Xokk enormi għal kulħadd. Tkun ġej minn okkupanza ta' 82% u f 'ġimgħa ma hemm ħadd u l-lukanda mitfija. Meta tkun drajt f 'ambjent daqshekk dinamiku, nies deħlin u ħerġin, min għall-ikel, min għal- laqgħat, tkun drajt il-ħoss u f 'daqqa waħda ssib ruħek fi skiet perfett u tara kullimkien mitfi, tħoss għafsa ta' qalb. Tweġġa' tara dak ix-xogħol kollu kważi jisfuma fix-xejn," insista Tanti. Mistoqsi kif addattaw għal dan il-perjodu u x'miżuri ħadu, Tanti beda jisħaq li kien perjodu iebes ħafna, kemm mill-aspett finanzjarju iżda anke mill-benessri tal- impjegati. "Imma l-kumpanija dejjem kienet timxi b'ċertu għaqal. Dejjem riedet tikber u tinvesti imma tieħu ċertu passi meta tkun tiflaħ u allura setgħet tibni pedament b'saħħtu. Matul ix-xhur li konnha magħluqin, ix-xogħol ta' manuntenzjoni baqa' għaddej. Ħadna l-opportunità li nagħmlu ċertu xogħlijiet li ma setgħux isiru għax il-lukandi dejjem kienu mimlija, biex meta nerġgħu niħu nkunu lesti," kompla jisħaq Tanti. 'L-impjegati xammru l-kmiem ... anke tas-sales u l-kokijiet għenu fil- manutenzjoni' Tkellimna fuq l-impjegati, b'Tanti jisħaq li s-sitwazzjoni kienet diffiċli imma insista li l-fatt li d-diretturi, jiġifieri l-familja Xuereb u anke l-Kap Eżekuttiv u n-nies tiegħu żammew kuntatt dirett mal-ħaddiema, għen ħafna biex kulħadd jiem dak li kien qed jiġri. "Il-ħaddiema kienu assigurati kontinwament li ħadd mhu se jitlef xogħlu. Il-fatt li l-kumpanija kellha pedament sod u xorta bqajna naħdmu fuq proġetti ġodda, il-ħaddiema setgħu jserrħu rashom. Tant hu hekk li t-tnaqqis fil-pagi dam biss tliet xhur. Ilna minn Lulju 2020 bil-paga sħiħa," kompla jisħaq. "Ħadd ma kien qed jistenna din is-sitwazzjoni imma flaħna għaliha għax konnha bilgħaqal." Apparti minn hekk, kompla jisħaq Tanti, l-impjegati kollha baqgħu jiġu involuti f 'kull aspett ta' dak li kien qed jiġri. Fil-fatt kien hemm ħaddiema li ma jaħdmux fil- manutenzjoni li "neħħew il-kappell tagħhom" u middew idejhom anke għal dan ix-xogħol. Fi kliemu, kien hemm ħaddiema tas-sales u saħansitra kokijiet li għenu fil-manutenzjoni u t-tindif. "Kien hemm impjegati li minn jeddhom xtaqu jgħinu. Il-kommunikazzjoni mal- ħaddiema għenet. Ħafna riedu jibżgħu għal xogħolhom, kien hemm inqas konsum ta' leave, imma fuq kollox, l-impjegati jħossuhom parti mill-grupp u għalhekk ħassewhom fid- dmir li jgħinu," kompla jgħid. Nuqqas ta' ħaddiema ... 'impatt kbir u evidenti' F'din il-ħarġa, l-ILLUM tkellmet ħafna fuq in-nuqqas ta' ħaddiema fis-setturi tat- turiżmu u anke tal-ospitalità (ara paġna 9) li qed joffri sfida għall-operaturi. L-ILLUM tistaqsi lil Tanti jekk dan hux jinħass ukoll fil- lukandi tagħhom. "Għalkemm dejjem rajna li nżommu l-impjegati kollha, kien hemm min għażel li jħalli l-industrija, fosthom ħaddiema barranin," ikkonferma. "Nazzarda ngħid li l-impatt huwa kbir u evidenti." Tanti saħaq li għall-bidu, il-ħaddiema barranin fil-lukandi kien hemm bżonnhom biex jagħmlu xogħol ta' tindif jew inkella biex iservu ta' wejters jew fil-bars, iżda insista li dan l-aħħar kienu qed jaħdmu f 'diversi dipartimenti. 'Kellna nidħlu shifts fir-reception u anke nservu l-ikel' "Kull dipartiment ġie affettwat. Nieħu minni personali. Kelli nidħol xi shis fir- reception għax kellna nuqqas ta' staff. Meta erġajna aħna u stajna nservu assisted buffets, peress li ma kellnix biżżejjed nies, jiena u l-istaff tiegħi tas-sales u anke uffiċjali oħra tal- lukanda, kien ikollna mmiddu jdejna wkoll u xi drabi anke nnaddfu l-imwejjed. Meta t-turisti bdew jiżdiedu, ir-rata ta' impjegati ġodda ma bdietx tiela' b'mod parallel," insista. Tant hu hekk li kellhom jittieħdu ċertu deċiżjonijiet iebsa, fosthom li jitnaqqsu xi servizzi jew inkella titnaqqas l-okkupanza tal- lukanda. 'Xogħol fit-turiżmu huwa iebes imma huwa wkoll karriera' L-ILLUM staqsietu x'jaħseb li qed iżomm Maltin, partikolarment żgħażagħ milli jaħdmu f 'dan is-settur. "Fih id-diffikultajiet tiegħu. Fl-aħħar mill- aħħar aħna qed naħdmu meta ħaddieħor qed jieħu pjaċir. Mhux faċli taħdem is- Sibt filgħaxija jew il-Milied," beda jisħaq Tanti. "Minkejja dan, xogħol f 'lukanda hija karriera. Jiena nagħti eżempju bija nnifsi. Vera bdejt naħdem ta' 15 u ssagrifikajt ħafna mill-ħin tiegħi mal-ħbieb imma ara fejn jien illum. Ma tridx tħares lejha bħala xogħol biss. Hemm ħafna opportunitajiet, tiltaqa' man- nies u għandek fejn tikber anke barra minn Malta. Jekk tkun ambizzjuz, tista' taħdem ma' lukanda jew katina ta' lukandi barra minn Malta u tirritorna b'esperjenza." Kien hawn li saħaq li hemm bżonn L-ILLUM titkellem ma' wieħed mill-uffiċjali tal-AX Hotels biex tifhem aħjar is-sitwazzjoni fil-lukandi. Kif sejrin? Bdew jirkupraw? Ġejjin turisti ta' kwalità? Qed jinħass in-nuqqas ta' ħaddiema? Tħassrulhom bookings? Kif qed iħarsu lejn ix-xhur li ġejjin?