Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 għat-turiżmu tal-massa, it-turist strateġija li tgħin liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema Maltin jimu li dan huwa settur li joffri opportuntajiet iżda insista li din l-istrateġija trid taħdem biex tbiddel il-mentalità fost il- ġenituri li ma tantx jimbottaw lil uliedhom biex jaħdmu f 'dan is-settur għax huma xettiċi minnu. 'Dis-sena t-turist ta' kwalità mhux jagħżel lil Malta' L-AX Hotels jiffokaw ħafna fuq il-kwalità, biżżejjed tħares lejn il-boutique hotels, iżda fl-aħħar ġimgħat ħafna operaturi lmentaw, anke ma' din il-gazzetta, li turisti ta' kwalità mhux jiġu. Innutaw dan? X'impatt qed ikollu? "Kull turist li jiġi Malta għandu dritt ikollu esperjenza ta' kwalità. Irrispettivament fejn qed joqgħod. Dan l-aħħar snin sar ħafna xogħol biex nattiraw turist ta' kwalità. Saru ħafna investimenti mill-privat u anke mill- Gvern. Biżżejjed tħares lejn il-Belt," saħaq Tanti. Insista li sfortunatament donnu li t-turist ta' kwalità, din is-sena, mhux jagħżel lil Malta u dan ħassewh l-aktar fil-lukanda e Palace u anke fil-Boutique Hotel Rosselli. "Jista' jkun li dan it-turist qed jagħżel ċertu destinazzjonijiet li huma inqas iffrekwentati biex ikun aktar sigur." Kien hawn li l-uffiċjal tal-AX Hotels insista li biex il-pajjiż jerġa' jibda jattira turist ta' kwalità jeħtieġ ibiddel l-enfasi tiegħu minn fuq turiżmu tal-massa. "Jekk se naħdmu biss biex nattiraw it- turiżmu tal-massa, nagħmlu x'nagħmlu t-turist ta' kwalità mhux se jiġi," insista. "It- turist ta' kwalità jrid ċertu privatezza. Ma jridx jeħel fit-traffiku jew jeħel fil-kju, biex nagħtik eżempju. Turist ta' kwalità se jara x'hemm madwaru. Jekk aħna qed ngħidu li għandek vantaġġ tiġi Malta għax id-distanzi huma qosra, ma jistax jagħmel nofsiegħa biex jasal mill-ajruport għall-Belt." 'Turist f'lukanda ta' ħames stilel f'San Ġiljan x'qed isib mill-bieb 'il barra? Insista li hemm bżonn aktar ippjanar għax it-turist se jara dak li għaddej madwaru. Filwaqt li saħaq li xogħlijiet infrastrutturali huma importanti u kruċjali, insista li bħalissa hawn wisq xogħlijiet għaddejja f 'salt u li setgħu saru qabel meta konnha magħluqa u t-turist kien jiġi u jsib kollox lest. Saħaq ukoll li hemm bżonn aktar infurzar biex tiżdied id-dixxiplina inġenerali, mis- sewqan għall-indafa, għax l-immaġini hija importanti. Insista li dan importanti biex ikun attirat kull tip ta' turiżmu imma aktar u aktar jekk il-pajjiż irid turist ta' kwalità. "Mhux se nitkellem fuq il-lukandi tagħna biss. F'San Ġiljan hemm lukandi ta' ħames stilel tajbin ħafna u jattiraw turist ta' kwalità. Imma malli t-turist joħroġ mil-lukanda, x'qed isib? Qiegħed japprezza dak li qed jara? X'aktarx li le," insista. Saħaq li qed isir ħafna xogħol imma jekk mhux se jkun hawn dixxiplina għalxejn. 'Kull turist jonfoq imma l-impatt ta' turist ta' kwalità huwa akbar' Kompla jinsisti li turist ta' kwalità se jonfoq. "Kull turist jonfoq, imma l-impatt ta' turist ta' kwalità huwa akbar. Se jixtrilek flixkun inbid tajjeb. Se jonfoq aktar fl-ikel. Irid gwida privat. Irid xufier privat. Irid imur dawra b'jott. Meta nattiraw turist ta' kwalità, kulħadd se jgawdi. L-ekonomija hija katina. Mill-bidwi li qed ikabbar u jbigħ it-tadam tiegħu sal-lukanda li qed tilqa' t-turist," insista. Kompla jisħaq li t-turist ta' kwalità jfittex ukoll dak li jissejjaħ experiential holiday, fejn pereżempju jmur fl-irħula u jiltaqa' man-nies tal-lokal, jiltaqa' mal-bidwi, jiġbor l-ikel u forsi jsajjar u jiekol mal-bidwi. "Hemm ħafna opportunitajiet. Irridu naħdmu fuq dan l-aspett. Jekk in-nies tal- irħula jiħu l-bieb tagħhom għal dan it- turist u jħossu milqugħ, inkunu qegħdin fid- direzzjoni t-tajba," kompla jisħaq. 'Il-valur tal-kanċellazzjonijiet kien sostanzjali' Qlibna d-diskors u tkellimna wkoll fuq l-aħħar restrizzjonijiet dwar l-ivjaġġar hekk kif issa Malta se tilqa' biss turisti b'ċertifikat tal-vaċċin. Tilfu bookings? X'kien l-impatt? Tanti insista li l-impatt kien kbir tant li fi kliemu, matul il-ġimgħa ta' wara, il- kanċellazzjonijiet żdiedu bi kważi 100% fuq il-ġimgħa ta' qabel. "Bħala valur ta' kanċellazzjonijiet kien wieħed sostanzjali," kompla. Spjega kif l-aktar milquta kienu x-xhur ta' Lulju u Awwissu, hekk kif jidher li t-turisti li bbukkjaw għal aktar tard fis- sena, qed jistennew biex jaraw kif se tiżvolġi s-sitwazzjoni. "Kellna lukanda li minn 90% okkupanza, tlifna fiha kważi nofs ix-xogħol," insista. "Anke għall-impjegati. Jibdew jinkwetaw. Mhux faċli għalihom." Madanakollu jidher li issa l-kanċellazzjonijiet waqfu u l-bookings reġgħu bdew deħlin. 'Flok serraħna ras it-turist spiċċajna beżżajnih' Mistoqsi x'jaħseb li seta' sar aħjar, Tanti insista li bla dubju, id-deċiżjoni kellha tkun diskussa aktar mal-istakeholders kollha, biex tkun deċiżjoni meħuda aħjar u anke tkun ikkommunikata aħjar. "Dan il-paniku fil-messaġġ inħass fil- midja barranija u forsi minflok serva biex iserraħ ras it-turist mlaqqam li ried jiġi Malta, x'aktarx li beżżgħu aktar," insista. 'Ottimist li s-sena d-dieħla tkun sena tajba' Fl-aħħarnett, l-ILLUM staqsiet lil Tanti kif qed iħarsu lejn ix-xhur li ġejjin. Insista li hemm "ottimiżmu kawt" għax-xhur minn Settembru 'l quddiem. Saħaq li mill- indikazzjonijiet li qed jieħdu, anke minn barra minn Malta, għalkemm fix-xitwa x-xogħol dejjem jonqos, xorta mistenni li jkollhom ċaqliqa. "L-aspetattiva hija li bejn Marzu u April tas-sena d-dieħla għandu jkun hemm pass ikbar lejn ċertu normalità. Anke minn dak li jgħidulna l-organizzaturi tal-konferenzi. Dawn qed iħarsu lejn l-ewwel xhur tas- sena d-dieħla. Allura dan jagħtina it indikazzjonijiet," insista. "Biex noqorbu xi it lejn ix-xogħol li kellna fl-2019, żgur irridu nistennew is-sena d-dieħla." Madanakollu, Tanti huwa ottimist li s-sena d-dieħla se tkun waħda tajba anke jekk f 'termini relattivi, fosthom għax il- programm tat-tilqim fl-Ewropa jkun mexa sew u anke għax il-kunfidenza tkun żdiedet. "Nistennew li fejn jidħlu l-bookings, l-andament jibqa' wieħed stabbli," temm jisħaq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021