Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum Wara dik id-delivery li ġibt hemm ħaddiem dritt ta' xejn. Il-Parlament Ewropew jesiġi... Illum il-kumdità li tidħol f'app u ġġib taxi jew pizza jew saħansitra tagħmel xirja drajniha. Imma ma' din il- kumdità feġġet realtà ġdida ta' klassi ġdida ta' ħaddiema li rapport tal- Parlament Ewropew juri li huma bla vuċi u bla drittijiet. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Illum l-apps saru popolari ħafna - apps biex iġġib taxi, apps biex iġġib l-ikel b'delivery, apps biex tixtri prodotti tal-ikel minn xi supermarket. U mhux biss tordna, pero' tkun taf ukoll iex waslet l-ordni tiegħek, jekk il-ħaddiem ġabarha, fejn wasal u jgħidlek xħin wasal. Kumditajiet li bil-mod, il-mod bdejna nidraw sew speċjalment wara l-pandemija li fissret illi għal ġimgħat konna prattikament imsakkrin ġewwa u allura ridna s-servizz jiġi għandna, minflok immorru għalih aħna. Imma wara din il-kumdità hemm eluf u eluf ta' ħaddiema madwar l-Ewropa, ħaddiema li kif jinnota rapport tal-Parlament Ewropew (e Platform Economy and Precarious Work) huma ġeneralment "bla vuċi, bla drittijiet u li jġorru ħafna iktar riskji" madwar l-Unjoni Ewropea. Dan ir-rapport, li fuqu mxew l-MEPs fil-Kumitat Ewropew tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali li għaddew riżoluzzjoni l-ġimgħa l-oħra, qed jitlob fost oħrajn li l-ħaddiema tal-pjattaforma jkollhom id-drittijiet kollettivi tagħhom imħarsa, li jkun hemm trasparenza kemm fuq kif ikunu impjegati u anke kif jitkeċċew jew aħjar jitwaqqfu mis-sistema filwaqt li jingħataw protezzjoni - inkluż f 'dak li jirrigwarda d-dħul tal- ħaddiema. Imma l-ħaddiema tal- pjattaforma min huma eżatt? U għaliex qed jiffaċċjaw problemi? Min huma dawn il-ħaddiema u xi problemi qed jiffaċċjaw? Magħrufin bħala 'ħaddiema tal- pjattaforma' propju għaliex hija din il-pjattaforma (app fuq mowbajl ġeneralment) li tiddeċiedi persuna kemm ikollha xogħol, ir-rittmu tax- xogħol u allura kemm dik il-persuna titħallas. Dan kuntrarjament għal dak li kien iseħħ tradizzjonalment, fejn huwa persuna li jiddeċiedi u jiddelega kif iqassam ix-xogħol lill-ħaddiem. Dan ifisser li f 'din ir-rabta ta' xogħol hemm tliet aspetti: Il-ħaddiem, il- pjattaforma u l-persuna jew negozju li qed toffri s-servizz. Li jfisser illi fil-każ tal-ħaddiema tal- Bolt, il-Wolt u t-Time to Eat ikollok il-ħaddiem li jwassallek l-ikel, l-app u r-ristorant li qed joffri s-servizz. Din l-istruttura fetħet il-bibien għall- abbuż fis-sens li ħafna minn dawn il- ħaddiema huma meqjusin li mhumiex direttament impjegati ma' kumpanija imma li qed jaħdmu għal rashom. Ir-rapport tal-Parlament Ewropew ifakkar li hemm erba' tipi ta' ħaddiema tal-pjattaforma: Persuna privata li qed toffri servizz lil persuna oħra privata, individwu privat li qed jipprovdi servizz lil kumpaniji jew professjonisti, inkella professjonisti - li għandhom status ta' ħaddiem jew persuna self employed - li qed jipprovdu servizzi lil individwu jew inkella professjonisti li qed joffru servizz lil kumpanija. Fl-ewwel żewġ każi il-ħaddiema jistgħu jitqiesu bħala 'okkażjonali' - u għalhekk huma ma jaqgħux taħt il-Liġi tal-UE jew inkella taħt il-liġijiet nazzjonali li joffru protezzjoni soċjali f 'qafas ta' tassazzjoni. Fit-tielet u r-raba' każ u allura fejn il-ħaddiem huwa meqjus bħala professjonist huwa jkollu status ta' impjegat jew inkella ta' self employed.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021