Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. ħaddiem li (probabbilment) ma għandu jesiġi... Skont studju minn Pesole et al tal- 2018 ikkwotat minn dan ir-rapport li qed insemmu għal fini ta' dan l-artiklu, medja ta' 10% tal-popolazzjoni fl-Ewropa xi darba għamlu xogħol tal-pjattaforma. Dan sab ukoll li 2% tal-popolazzjoni adulta jaqilgħu aktar minn 50% tal-qligħ tagħhom minn xogħol ta' pjattaforma jew inkella jaħdmu f 'impjieg simili, aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa. Statistika tal-Ewrobarometru tal- 2018 turi illi 6% tal-Ewropej pprovdew servizz bħala ħaddiema tal-pjattaforma filwaqt illi 19% ta' dawk li qatt ma ħadmu f 'impjieg li jitratta l-pjattaforma jikkunsdraw li jagħmluh fil-futur. Sal-2018 23% tal-ewropej kienu diġà wżaw servizzi offruti online kkumparat mas-17% fl-2016, skont studju tal- Kummissjoni Ewropea. Probabbilment dan kompla jiżdied sew fl-2020 u din is-sena, minħabba l-impożizzjoni ta' lockdowns. Ir-rapport juri kif f 'ċerti pajjiżi l-popolarità ta' dawn is-servizzi hija ħafna ikbar bħal fir- Renju Unit, il-Ġermanja, l-Olanda u Spanja u huma kkonċentrati l-aktar fl-oqsma tat-trasport, akkomodazzjoni, servizzi professjonali u servizzi fid-dar. Interessanti li dan ir-rapport jikkwota studju li juri kif inqas minn 8% tal- ħaddiema f 'dan il-qasam jagħmlu xogħol tal-pjattaforma "b'mod regolari". Studju tal-ETUI juri kif fil-Bulgarija, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polonja u l-Islovakkja bejn 1.9% u 7.8% tal-adulti jaħdmu f 'dan it-tip ta' xogħol, imma huma biss bejn 0.4% u 3% li jaħdmu f 'dan ix-xogħol kull xahar jew aktar frekwenti minn hekk. Madwar l-Ewropa, jgħid dan ir-rapport, l-aktar li jaħdmu f 'dan il-qasam huma ġeneralment żgħażagħ li ġeneralment ġejjin minn sfond soċjali vulnerabbli, bħal immigranti. Kemm hemm ħaddiema tal-pjattaforma fl-Ewropa? U jagħmlu dan ix-xogħol regolarment? Ir-rapport jidħol f 'ċerta dettall f 'dak li jirrigwarda s-sitwazzjoni ta' dawn il- ħaddiema u l-qagħda tagħhom. L-ewwel problema u dik fundamentali hija li ħafna minn dawn l-impjegati ma għandhomx status ċar tal-impjieg tagħhom jew inkella jitpoġġew bħala self-employed biex b'hekk ma jkollhom ebda drittijiet. Ir-rapport jgħid li dawn il-ħaddiema huma "imbuttati mingħajr konsultazzjoni ta' xejn, fl-inqas pożizzjonijiet favorevoli tax-xogħol, bi spejjeż ogħla." Kważi l-ebda ħaddiem tal-pjattaforma ma huwa impjegat b'mod formali. "Ħafna drabi d-dħul minn xogħol simili ikun baxx ħafna ... mhux stabbli, mhux sigur u mhux prevedibbli." Dan hekk kif dawn il-ħaddiema huma ġeneralment imħallsin ftit ċenteżmi għal kull biċċa xogħol li jkollhom. Jirrimarkaw kif il-kompetizzjoni bejn il-ħaddiema infushom għal kemm se jkunu qed iżommu flus għal kull biċċa xogħol, waslet għal "tiġrija sal-qiegħ", bl-ispejjeż kollha fuqhom. Ħafna drabi huma jridu jħallsu għall-vettura jew mezz ta' trasport li jużaw, il-kont tal- mowbajl kif ukoll il-fjuwil għall-karozza. Ħafna drabi dawn il-ħaddiema lanqas biss ikunu assigurati u ma jitħallsux ta' ħin li jqattgħu jistennew biex jingħataw, jew jgħaddu x-xogħol lill-klijenti. F'każ ta' tkeċċija jew tnaqqis fi ħlas, il- ħaddiem ma għandux dritt ta' rikors jew li jressaq l-ilmenti tiegħu. Imma l-lista tkompli. Dawn il- ħaddiema huma vulnerabbli għal diskriminazzjoni u ma jingħatawx korsijiet ta' saħħa u sigurtà. Bla vuċi. Bla drittijiet. Aktar riskji. Franza hija l-unika pajjiż - permezz tal- El Khomri Law tal-2016 - li introduċa leġiżlazzjoni mmirata lejn il-protezzjoni tal-ħaddiema tal-pjattaforma, filwaqt illi r-reġjun Taljan ta' Lazio introduċa leġiżlazzlajoni simili wkoll. Din il-liġi qed tobbliga lill-pjattaformi biex ikopru assigurazzjoni f 'każi ta' inċidenti industrijali. Dawk li jaħdmu fid-deliveries tal-ikel huma kklassifikati bħala ħaddiema li jaħdmu għal rashom fir-Renju Unit imma wkoll impjegati fi Spanja. Franza, mill-ġdid, iżda ddikjarat lil dawn il-persuni bħala 'ħaddiema' bid-drittijiet u r-rikonoxximent kollu li dan iġib miegħu. Ir- rapport jagħmel referenza għal każ fi Franza kontra Click and Walk, sit li permezz tiegħu mas-700,000 persuna jistgħu jiċċekkjaw informazzjoni dwar prezzijiet ta' prodotti f 'supermarkets għal ħlas ta' it ewri fil- ġimgħa. Din il-prattika kienet ikkundannata u l-Qorti Franċiża ordnat lill-kumpanija tħallas €50,000. Fil-Belġju kien hemm ukoll passi għal- leġiżlazzjoni li kienet tara dħul minn xogħol mhux professjonali, bħal ħidma ta' ġardinar, xogħol żgħir relatat ma' kostruzzjoni u oħrajn, bħala dħul li huwa eżenti minn kontribuzzjonijiet soċjali. Il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana iżda ddikjarat din il-liġi bħala anti-Kostituzzjonali u li ma tirrispettax il-prinċipji tal-ugwaljanza u l-kompetizzjoni ġusta. Ir-rapport jinnota kif il-leġiżlazzjoni tal-UE li tittratta x-xogħol u l-protezzjoni soċjali ġeneralment tapplika biss għal dawk il-persuni meqjusin "ħaddiema" u mhux persuni "self employed", li jfisser illi ħafna ħaddiema tal-pjattaforma - fil-prattika - ma jistgħux jiddependu fuq protezzjoni mill- UE. Fl-2019 kienet adottata r-regolament Platform to Business (P2B), li introduċiet trasparenza billi l-ħaddiema ikunu notifikati bil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Iżda din hija limitata biss għal dawk il- pjattaformi li jagħtu servizz intermedjarju biss. Pjattaformi bħal Uber, Deliveroo u oħrajn fil-qasam tat-trasport u deliveries, per eżempju, mhumiex inklużi. U x'qed jiġri madwarna? X'qed isir? Xejn? • Il-Parlament Ewropew qed jipproponi li l-ħaddiema tingħatalhom informazzjoni b'mod obbligatorju u fil-ħin fuq il- kundizzjonijiet tax-xogħol u bidliet f 'dawk il-kundizzjonijiet • F'każ li kont jitwaqqaf u allura jitwaqqaf l-impjieg tal-persuna hemm bżonn tingħata spjegazzjoni • Mekkaniżmi li permezz tagħhom ikun irranġat diżgwid • Rappreżentazzjoni kollettiva, permezz ta' unjins • Aċċess għall-istorja tax-xogħol u ratings mogħtija lill-ħaddiema • Ftehim globali għal kundizzjonijiet ġusti ma' pjattaformi multi-nazzjonali U x'qed jipproponi dan ir-rapport tal-Parlament Ewropew? Jiġu rated. Imma ma jistgħux jirrapportaw lura! Finalment ftakar li meta inti tagħti rating tajba lid-delivery li jkun ġablek il- pizza tkun qed tgħin lil dan il-ħaddiem biex ikollu iktar xogħol fil-futur. Rating ħażina taħdem il-kontra. Il-ħaddiem minn naħa tiegħu ftit li xejn għandu opportunità biex imerik jew jikkontesta rating ħażin minn naħa tiegħek. Kif jinħoloq ix-xogħol? Huma l-pjattaformi li joħolqu x-xogħol, permezz ta' interazzjonijiet diġitali. Il- ħaddiema jagħtu d-dettalji tagħhom waqt li jkunu qed jeżegwixxu xogħolhom, permezz ta' geo-tracking - biex persuna tkun taf fejn hu l-ħaddiem, kif ukoll 'stand- by time'. Din id-data toħloq algorittmi li jwasslu biex jinħoloq l-allokazzjoni tax- xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-evalwazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021