Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Il-bidu taż-żodjaku ta' LEO Mill-Ġimgha 23 ta' Lulju sal-Ħadd 22 ta' Awwissu Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun il- mument fejn il-karriera tiegħek ser tieħu dimensjoni oħra. Għalkemm dan forsi mhux tarah għalissa, fi it taż-żmien ieħor ser tibda tara u tgħaraf kemm il- karriera li int tħaddan ser tkun miexja l-quddiem u bil-mod ser jinfetħulek toroq oħra, iżda xorta waħda trid iżomm lilek innifsek immotivat.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Leo.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste KOMPETIZZJONI Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun il-mument fejn trid tibni aktar kuraġġ ġewwa fik. Trid tibni aktar kunfidenza ġewwa fik u trid tgħaraf x'hemm bżonn għalik. Mhux il-waqt li żomm lura, imma huwa l-mument li int trid tgħaraf lilek innifsek.Jekk inti ma tagħmilx dan għal kumplament tax-xhur li ġejjin taf tħossok konfuż u bla ebda direzzjoni.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Sagittarius.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moldavite. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun il-mument fejn int trid tibda skeda ġdida kemm f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ippjanar ta' madwarek u kemm mill lat fiżiku. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jingħataw dik l-attenzjoni meħtieġa b'mod speċjali kif int tippjana jew tqassam il-ħajja ta' madawrek. Ieqaf, irrefletti u għaraf it-tibdil li għandek bżonn twettaq.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Libra. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Orange Kyanite.Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun il-mument li sejjer jagħlaq għalik fuq ħsieb ta' pjan. Pjan li kieku tista' twettqu fl-aktar żmien possibili, pero' dan mhux il- każ, anzi għarf aktar li jkun għaqli għalik u li tidħol aktar fil-profond u b'hekk tevita li jista' jkun hemm xi konsegwenza li dan jista' jkollu kemm fil-ħajjatiegħek u kemm fil-madwar tiegħek.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Capricorn.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun il-mument ta' riflessjoni dwar dak kollu li int għaddejt fil-passat, hekk li minn issa int ser tgħaraf x'inhu l-aħajr pass li għandujittieħed. Huwa vera li parti minnek qegħda tgħidlek sabiex tagħmel pass lejn naħa u l-parti l-oħra qegħda tgħidlek għamel pass lejn naħa oħra, iżda għaraf u rrifletti sew.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Virgo.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-White Topaz. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun il-mument li jagħmlek tgħaraf x'inhu l-aħjar għalik u x'hemm bżonn li int tagħmel sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni ta' madwrek iżda trid tgħaraf timxi b'għaqal. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qed tieħu hi dwar il-karriera futura tiegħek u din trid toħoda b'għaqal kemm jekk ħa tbiddel u kemm jekk ser tibda mill- ġdid. Irrifletti sew.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Pisces.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Zircon.Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser tgħaraf aktar lilek innifsek.Għalkemm għandek sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni issa huwa l-waqt li tieqaf u tirrifletti liema direzzjoni jaqbel li int timxi. Għalhekk issa hemm bżonn iddur dawra madwarek u tgħaraf fil-profond il-vera bżonnijiet tiegħek. Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Scorpio.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Titanite. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser ikun il- mument fejn ħa jtaffilek it mill- problema finanzjarja li int kont qed tesperjenza fejn minn issa finanzjarjament ħa tibda tara ċertu stabbilita' li ilek it ma tkun fiha, pero', għalkemm ser tara' titjib xorta waħda ma tridx taqbad xi nfiq bla control. Dejjem għaraf kif kont sabiex ma twettaqtx l-istess żbalji. Irrifletti.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Taurus.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Spectrolite. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun il-mument li tagħmel analiżi profonda ta' dak kollu li sa issa int akkwistajt fil- karriera tiegħek, b'hekk għandek tgħaraf tkattru u tagħtih iżjed attenzjoni sabiex b'dan il-mod int tibqa' iffokat mija fil- mija fuq dak li għandek. Għaraf kattar l-għaqal tiegħek għal futur tiegħek.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Aquarius.Il-kristalla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser ikun il-mument ta' iżjed għarfien ta' responsabbilita' għal dak li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun riesaq lejk. Dan ġej mill-fatt li issa li għażilt, tfajt lilek innifsek f 'aktar responsabbilita' hekk li minn issa trid turi li int kapaċi għal dan. Ovvjament kull responsabbilita' tagħmlek tgħaraf aktar il-valur tal-ħajja u din ukoll ser tkun qed tiġri lilek.Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Cancer.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Rubellite. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun il-mument fejn int minn issa trid tgħaraf iżomm aktar kontrol dwar il-ħtiġijiet ta' saħħtek. Trid tgħaraf iżomm ċertu bilanċ f 'dak li int tiekol u f 'dak li int teżeċita sabiex fil-ġimgħat li ġejjin tibda tara dak il- progress meħtieġ u b'hekk tkun kapaċi tħares il-quddiem b'aktar motivazzjoni. Għaraf sew dan. Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Gemini.Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Rose Quartz. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu taż-żodjaku ta' Leo għalik Capricorn huwa l-mument fejn int trid tagħti aktar importanza profonda lejn ir-relazzjoni tiegħek. Jista' jkun li mingħalik int qed tagħti l- aħjar imma hemm bżonn ta' aktar attenzjoni u motivazzjoni. Ikun tajjeb jekk bħala sorpriża toħloq weekend break. Dan ikun ta' aspirazzjoni għal aktar tkattir fir-relazzjoni futura tagħkom.Iż- żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Aries.Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Carnelian. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont ta' 25% fuq il-publikazzjonijiet koll- ha ta' PaulJon, flimkien mal-Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont ta' 10% fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Luciane Xerri mill-Imsida. Filwaqt li t-tieni premju ntrebaħ minn: Janice Mizzi mill-Qrendi. Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa: X'tixtiequ l-aktar li taqraw f'din il-paġna? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: PaulJon, '' ILLUM '' Kompe- tizzjoni Po Box 27,Paola. F'Għeluq is-Sitt sena minn meta beda dan l-Artiklu F'din it-tielet u l-aħħar ġimgħa tat-tiira f 'għeluq it-tieni sena li jien qed naqsam magħkom il-qarrejja ta' din il-paġna, nixtieq nirringrazzjakom għad diversi ittri li intkom bagħthuli kemm biex tagħtuni l-awguri tagħkom u kif ukoll diversi suġġerimenti tagħkom, u kienu ħafna minnkom li staqsejtu dwar ir-rakkonti u jien ser inkun qiegħed nara kif nista' nwettaq din ix-xewqa tagħkom fil-ġimgħat li ġejjin. Bqajt impressjonat li għalkemm ilni aktar minn tlett snin li r-rakkonti waqfu, xorta bqajtu titlobuhom u għalhekk ser nara kif insib mezz sabiex dawn ir- rakkonti jerġgħu jibdew jitwasslu. Għal darb' oħra ngħidilkom GRAZZI talli tul dawn is-snin bqajtu segwu din il- paġna minn ġimgħa għal ġimgħa u ta' dan ngħidilkom GRAZZI.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021