Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Il-ħames ideat żbaljati dwar remote-working 3. Funzjonijiet li huma fiżiċi jibqgħu fiżiċi Minkejja li din il-kumdità se tagħti eluf ta' ħaddiema l-possibbiltà li jaħdmu barra mill-uffiċċju, ma jfissirx li persuna tista' taqbad laptop, tiħu u taqbad taħdem. Din l-implimentazzjoni ssegwi proġett pilota li beda fl-2019, minn dan il-proġett ġew innutati bosta affarijiet li ħadmu u anke li ma ħadmux. L-ikbar tħassib li ħareġ mill-esperiment kien il-fatt li l-impjegati ma jibqgħux jaħdmu f 'tim. Għalkemm ix-xogħol tmur biex taħdem, ix-xogħol tmur ukoll biex tissoċjalizza u fuq kollox hi dik il-ħidma bħala tim li ttella xogħol ta' kwalità. Bħala soluzzjoni, l-impjegati kollha huma meħtieġa jattendu fiżikament u jipparteċipaw fil-laqgħat, avvenimenti relatati max-xogħol, seminars, konferenzi, sessjonijiet ta' taħriġ u attivitajiet oħra li jitolbu preżenza fiżika. Biex tinżamm komunikazzjoni effettiva, ħaddiema li jaħdmu b'remote working huma mħeġġa jaħdmu bħala tim u huma avżati biex jikkomunikaw mal-kollegi tagħhom fuq bażi regolari. Apparti minn hekk, il-kap tad- dipartiment jew id-delegat tal-impjegati li joħorġu jaħdmu b'mod remot, għandu fiżikament jiltaqa' magħhom minn tal- inqas darba fi ħmistax. Dawn il-laqgħat jistgħu jsiru mat-tim u anke mal- individwi. Ma dan il-metodu ta' xogħol, se jkun hemm marbut numru ta' kundizzjonijiet, kemm għal impjegat u kemm għal min jimpjegah. L-ewwel kundizzjoni li tidher fil- linji gwida hi li l-kap tad-dipartiment irid javża lill-impjegat li se jeqleb għal remote working minn tal-inqas 10 t'ijiem qabel u fil-każ li jkun se jwaqfu jrid javżah 15 il-ġurnata qabel id-data tal-waqfin. Is-servizz pubbliku huwa responsabbli biex jipprovdi u jżomm it-tagħmir meħtieġ. Dan filwaqt li min-naħa tal- ministeri, huma għandhom jiżguraw li tagħmir bħal dan ikun kopert minn dik imsejħa stima tal-impatt. Fil-każ ta' laqgħat online, l-impjegati jridu jkunu lebsin ilbies xieraq għall- uffiċċju filwaqt li huma mistennija li jkunu lebsin headphones biex il-laqgħat ikunu kunfidenzjali. Remote working trid iseħħ fuq bażi ta' kuntratt li jiġġedded kull sena u l-kap ta' dipartiment għandu dritt li ma jġeddidx il-kuntratt. 4. Iva, ir-remote working se jkun hemm miegħu, numru ta' kundizzjonijiet. 5. Right to disconnect se jibqa' jgħodd anke għal persuni jaħdmu b'remote working Il-metodu ta' remote working iħaddan id-dritt li taqta mix-xogħol billi tagħti lill- ħaddiema d-dritt li jkunu jistgħu jieqfu mix-xogħol u joqogħdu lura milli jidħlu f 'komunikazzjonijiet elettroniċi relatati max-xogħol, bħal emails jew messaġġi oħra. Il-linji gwida jsemmu żewġ kunċetti differenti ta' ħin fejn imbgħad jiġi enfasizzat d-dritt li tiskonnettja wara li tiem x'inhuma ż-żewġ kunċetti. L-ewwel hemm dawk li d-dokument jirreferi għalihom bħala 'core hours'. Dawn huma sigħat stabilliti mil-kap tad- dipartiment Dawn il-ħinijiet jiġu stabbiliti mill-kap tad-dipartiment bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-operazzjonijiet ta' kuljum. Ħaddiema li jaħdmu b'mod remot għandhom jibqgħu disponibbli għas-sigħat uffiċjali tax-xogħol tagħhom. It-tieni kunċett hu dawk msejjaħ bħala sigħat ta' kuntant. Dawn huma is-sigħat fejn il-ħaddiema huma mistennija li jibqgħu aċċessibbli bil-mezzi uffiċjali kollha tal- komunikazzjonijiet. Il-ħinijiet l-oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-ħinijiet japplika għalihom id-dritt li tiskonnettja. Il-GWU u l-UĦM, it-tnejn jaqblu mar-remote working Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas- Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u anke mal-Kap Eżekuttiv tal- UĦM Josef Vella dwar ir-reazzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni tar- remote working. Iż-żewġ unjins ewlenin li jirrappreżentaw il-ħaddiema, qablu li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba anke jekk ittieħed kemmxejn tard. Kemm Josef Bugeja u Josef Vella, saħqu mal-ILLUM li jrid jinstab bilanċ bejn remote working u preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol, b'Bugeja jispjega dan il-bilanċ bħala 'sistema hybrid'. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, li kien ilu voċiferu rigward teleworking minn qabel il-pandemija, spjega li dan il-pass qed juri kemm l-amministrazzjoni pubblika qed tkun pro-attiva u ħeġġeġ lis-settur privat biex jimxi fuq l-istess passi. Hu ddeskriva dan il-pass bħala forma oħra ta' xogħol li tippermetti bilanċ bejn familja u xogħol filwaqt li ma tkunx iżolat waħdek għal kollox. Intant il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella, qal li dan il-metodu tax- xogħol m'għandux ikun biss marbut ma' familja bħal ma hu t-teleworking. Hu temm jgħid li waqt il-pandemija, il-UĦM kienu minn ta' quddiem biex jimbuttaw dan il-metodu ta' xogħol li jaf ikun il-metodu tax-xogħol tal-futur. Ritratti: Josef Bugeja - GWU (Xellug) Josef Vella - UĦM (Lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021