Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum Remote working u teleworking mhux l-istess? Le! Il-ħames Bl-ewwel linji gwida rigward l-implimentazzjoni tar-remote working f'Malta, il-gazzetta ILLUM setat toħroġ il- ħames l-iktar ideat żbaljati dwar dan il-metodu ta' xogħol filwaqt li tieħu l-kummenti tal-UĦM u l-GWU. MARIANNA CALLEJA Il-kunċett ta' remote working hu wieħed pjuttost ġdid għal Maltin. Barra minn xtutna forsi aktar komuni li wieħed issibu jaħdem 'l bogħod mill- iskrivanija tax-xogħol imma Malta dan il-kunċett beda' jiġi diskuss fid-dettall f 'żmien aktar riċenti. Biex inkunu ċari, beda' jiġi diskuss wara li indunajna li l-pandemija se twaqqaf ħesrem id-dinja tax-xogħol u taffetwa r-rota ekonomika u għalhekk kellna naddattaw. Intant bħal dak kollu ġdid li jasal fi xtutna, warajh tasal tkaxkar il- misinformazzjoni. Fil-fatt l-ideat żbaljati fuq ir-remote working ma naqsux fosthom l-iktar waħda komuni, dik li teleworking u remote working huma l-istess. Wara li l-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali ħareġ l-ewwel linji gwida dwar l-implimentazzjoni tar-remote working f 'Malta, il-gazzetta ILLUM setat tiem u tispjega aħjar liema huma l-aktar ideat żbaljati dwar dan il-suġġett. Apparti minn hekk il-gazzetta tkelmet ukoll mas-Segretarju ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, u l-Kap Eżekuttiv tal- UĦM, Josef Vella dwar ir-reazzjoni tagħhom. 1. Remote working mhux l-istess bħal Teleworking Bażikament remote working huwa mod flessibbli ta' xogħol li jippermetti lill-impjegati jaħdmu minn kwalunkwe post sakemm ikollhom konnettività stabbli tal-internet. Impjegati bħal dawn ġeneralment ma joqogħdux fl- uffiċċju ewlieni tagħhom iżda xorta jaħdmu mill-qrib man-nies fi ħdan l-organizzazzjoni. Ħaddiema bħal dawn jistgħu jibbenefikaw minn flessibilità akbar dwar meta u kif jidħlu u jtemmu x-xogħol tagħhom. Peress li remote working joffri din il-flessibilità ħafna drabi tkun għażla tajba għal dawk li jħobbu l-ivjaġġar, l-istudenti, jew dawk li ma jistgħux jimpenjaw ruħhom bis-sigħat tax-xogħol tradizzjonali. Fil-fatt issa sirna naraw ħwienet u spazji magħrufa bħala 'co-working hubs'. Dawn l-ispazji jintużaw minn diversi persuni li jkunu jaħdmu fuq sistema ta' remote working iżda li forsi ma jarawx li xogħol mid-dar hu ideali għalihom. Min-naħa l-oħra t-teleworking jippermetti lill-impjegati jwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom mid-dar. Il-ġenituri huma l-aktar li jiddeċiedu li jagħmlu telework għax jippermettilhom li jkunu aktar konnessi max-xogħol waqt li jkollhom ukoll flessibilità akbar madwar it-trobbija tat-tfal tagħhom. Jekk tħares lejn ix-xogħlijiet li jsiru fis-settur pubbliku mal-ewwel tista' tibda telimina numru ta' xogħlijiet li ma jistgħux isiru b'dan il-metodu fosthom dawk l-ovvji bħal purtinara. Madankollu hemm xogħlijiet oħra li ma jistgħux isiru b'remote working anke jekk is- soltu jsiru minn fuq skrivanija. Biex jiċċara min hu eliġibli għal remote working, id-dokument ta' linji gwida jsemmi xi kriterji li awtomatikament jeliminaw bosta ħaddiema. Biex inkunu semmejna it, insibu li mpjiegi adattati għal remote-working jinkludu dawk li jinvolvu grad għoli ta' pproċessar ta' informazzjoni u li għandhom ukoll għanijiet u riżultati ċari filwaqt li jeħtieġu superviżjoni minima. Il-linji gwida jgħidu wkoll li mpjegati li fix-xogħol tagħhom jeħtieġu l-preżenza fiżika kontinwa, mhux biss mal-klijenti iżda ukoll ma' impjegati oħra, mhumiex adattati għal dan il- metodu ta' xogħol. Dan kollu diġà jelimina numru ta' persuni u anke setturi sħaħ. Għal din ir-raġuni l-Gvern se jħalli d-deċiżjoni f 'idejn il-kap tad-dipartiment rigward min se jkun jista' jaħdem bis-sistema ta' remote working u min le. Il-kap tad-Dipartiment jista' jagħżel li jaqleb sezzjoni jew dipartiment, parzjalment jew kompletament, għal xogħol fejn l-impjegati kollha fis-sezzjoni jew dipartiment huma obbligati li jaħdmu b'remote working. B'dan kollu fuq moħħna, il-linji gwida jsemmu wkoll li mpjegati ġodda li huma fuq perjodu ta' probation ma jistgħux jaħdmu b'dan il-metodu lanqas. 2. Le, mhux kulħadd eliġibli għal remote working

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021