Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899
09 illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 aħbarijiet '75% tal-lukandi qed jesperjenzaw nuqqas ta' ħaddiema ... kostretti jnaqqsu s-servizzi' Il-pandemija ġabet magħha diversi sfidi, uħud li ħasshom kulħadd u evidenti u oħrajn li ma jidhrux daqstant imma xorta inkwetanti. Fost dawn hemm in-nuqqas ta' ħaddiema li qed jinkwieta mhux ftit lil tal- lukandi imma mhux biss. Kemm hi mifruxa din il-problema? Inkwetanti? YENDRICK CIOFFI "Il-pandemija ġabet magħha għadd ta' sfidi li konnha qed nistennew u oħrajn li ma konniex qed nistennew. In-nuqqas ta' ħaddiema fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità hija waħda minnhom." Hekk saħaq mal- gazzetta ILLUM il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal- Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) Tony Zahra. Din ma kinitx l-ewwel darba li persuni fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità ilmentaw mal-ILLUM dwar din l-isfida. Iżda jidher li din hija mifruxa it mhux ħażin tant li fi kliem Tony Zahra, 75% tal-lukandi f 'Malta qed jiffaċjaw nuqqas ta' ħaddiema. Mistoqsi x'wassal għal dan, Zahra insista li kien hemm diversi fatturi li ġraw f 'salt. Fost oħrajn semma ħaddiema li ma kinux Maltin u li marru lura lejn id-dar meta ma kienx hawn xogħol għax huma ma ħadux is-suppliment tal-paga. "Kellek numru ieħor ta' ħaddiema barranin li s-suppliment tal-paga ma kienx biżżejjed għalihom. Dawn sabu xogħol ieħor u issa ma jridux jiġu lura," insista Zahra mal-ILLUM. Propju għalhekk li tkellem dwar l-importanza li kemm il-lukandi u anke l-istabbilimenti l-oħra jinżammu miuħa għax inkella s-sitwazzjoni se tiggrava. "L-ewwel inżommuhom miuħa u mbagħad naraw kif se nsolvu l-problema tal-impjiegi," insista Zahra. Fakkar li għal ħafna xhur, l-industrija kienet magħluqa għal kollox. Fi kliemu, altru jagħlaq ristorant wieħed u jiaħ u altru jkollok kollox magħluq u jinfetaħ f 'salt. "Li ġara huwa li d-domanda għall-ħaddiema kienet qawwija imma l-għażla kienet żgħira," kompla jisħaq. Mistoqsi jispjega fattwalment kif dan qed jaffettwa l-operat tal-lukandi, Zahra saħaq li hemm min kellu jnaqqas is- servizzi. Semma lukandi li għandhom aktar minn bar wieħed u minħabba s-sitwazzjoni qed ikollhom joperaw bar wieħed biss u jħallu l-ieħor magħluq jew jalternaw. "Hemm lukandi oħra li ma jistgħux jilqgħu turisti daqskemm jifilħu u għalhekk iddeċidew li flok bil-kapaċità massima, jaħdmu b'inqas," kompla Zahra. Insista li "s-sitwazzjoni hija diffiċli ħafna" u se tkompli ssir aktar diffiċli issa li naqsu jew tħassru l-bookings minħabba l-aħħar restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar. "Immaġina lukanda li kienet qed tilqa' 75% ta' kemm tiflaħ tieħu turisti u issa komplew jonqsula l-bookings," temm jgħid Zahra. B i e x ittaffi it m i n n din il-problema, fost oħrajn, l-MHRA qed tappella lill- Gvern biex jeżenta l-ħlas tat-taxxa mid-dħul għal dawk il-ħaddiema fis-settur tat-turiżmu, l-ivjaġġar u l-ospitalità li jagħmlu overtime jew li jaħdmu fuq bażi part-time. 'Hemm bżonn soluzzjoni li tħares fit-tul mhux bħalma kienu l-ħaddiema barranin' Anke l-Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni Għawdxija għat- Turiżmu, Joe Muscat, ikkonferma mal-gazzetta ILLUM li din l-isfida qed iħossuha wkoll mhux biss il-lukandi imma anke diversi stabbilimenti Għawdxin. "F'Għawdex ilna nħossu u nitkellmu dwar din il-problema għal dawn l-aħħar għaxar snin imma bil-pandemija, l-isfida kibret ħafna. Ħafna ħaddiema barranin telqu," insista Muscat. Saħaq li kawża ta' dan, diversi stabbilimenti qed inaqqsu mis- servizzi tagħhom. Semma, fost oħrajn, stabbilimenti li mhux qed jiħu kuljum u anke lukandi li għażlu li ma jiħux ċertu stabbilimenti oħra li għandhom affiljati, bħal ristoranti. "Is-sitwazzjoni qed issir dejjem iżjed diffiċli. Anke meta jiġi jew toħloq ix-xogħol, ma tistax taħdem għax ma għandekx b'min taqdih," insista. Kien hawn li Muscat insista li għandu jkun hemm sforz kollettiv, mal-istakeholders kollha, biex jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex tikber il-kunfidenza fost il- ħaddiema Maltin u Għawdxin fis- settur turistiku. "It-turiżmu hija l-akbar industrija f 'Għawdex u ma ssibx Għawdxin li lesti jaħdmu fih. Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għal dan u rridu nindirizzawhom," insista. Temm jisħaq li din hija sfida li trid tiġi indirizzata b'soluzzjoni li tħares fit-tul u mhux tinstab sempliċiment soluzzjoni għall- immedjat, bħalma, fi kliemu, kienu l-ħaddiema barranin. Diversi lukandi u anke ristoranti qed ikunu kostretti jnaqqsu s-servizzi minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema li qed jesperjenzaw Joe Muscat - GTA 'Irridu nużaw ir-riżorsa umana tagħna b'mod aktar effiċjenti' L-ILLUM tkellmet ukoll mad-Direttur Ġenerali tal- Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem (MEA), Joseph Farrugia, li filwaqt li kkonferma l-isfida li qed jiffaċjaw l-impjegaturi, minħabba nuqqas ta' ħaddiema, saħaq li Malta trid titgħallem tuża r-riżorsa umana tagħha b'mod aktar effiċjenti. Imxejna pass pass, b'Farrugia jisħaq li fi żmien il-pandemija telqu ħafna ħaddiema barranin, tant li meta l-ekonomija reġgħet bdiet tiċċaqlaq, ma kienx hawn biżżejjed ħaddiema biex iwieġbu għad-domanda. Insista li hemm ħafna xi jsir biex Malta tattira ħaddiema barranin u ta' kwalità. Fost dawn semma proċessi tal-Identity Malta u saħaq li trid tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ħaddiema barranin li ma jistgħux iġibu l-familji tagħhom f 'Malta. Spjega kif ħaddiema minn pajjiżi mhux żviluppati, jiġu Malta jaħdmu biex jibagħtu l-flus lill-qrabathom imma hemm ħaddiema oħra professjonisti, fosthom fis-settur tas-servizzi finanzjarji, li għadhom ma jistgħux jiġu jaħdmu Malta u magħhom iġibu l-familja. Fi kliemu, din qed toħloq il-problemi. Madanakollu insista li Malta ma tistax tibqa' tiddependi biss mill-ħaddiema barranin. Kien hawn li saħaq li fid-dawl tal-fatt li l-popolazzjoni qiegħda dejjem tixjieħ, Malta ma tistax taħli r-riżorsa umana tagħha. "Pereżempju fis-settur pubbliku hemm ħafna nies żejda. Mhux kullimkien imma hemm oqsma fejn hemm laxkezza kbira. Issa ġejja l-elezzjoni u jerġa' jkollna influss ta' ħaddiema mis-settur privat għal dak pubbliku. Dan ma naffordjawhx. Mhux biss huwa piż żejjed fuq is-settur pubbliku, speċjalment issa li l-ekonomija ċkienet u hemm it-theddid, imma nkunu qed naħlu r-riżorsa umana," insista. Kien hawn li saħaq li Malta għandna bżonn strateġija biex tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsa umana tagħha. Semma fost oħrajn ir-rata għolja ta' studenti li jieqfu kmieni mill-iskola. "Fil-catering ma hemmx waiting staff. Possibbli ma nistgħux nattiraw minn dawn l-istudenti li jieqfu kmieni mill-iskola biex jaħdmu f 'dan is-settur? Mhux dan is-settur biss, hemm ħafna setturi oħra li," insista. Kien hawn li saħaq li din mhijiex biss problema tal-lukandi u r-ristoranti imma hija mifruxa u se tkompli tiggrava għax il- popolazzjoni qiegħda dejjem tixjieħ. "Ma nistgħux nibqgħu nibbażaw biss fuq il-ħaddiema barranin. Huma importanti imma mhux biss. Kien hemm bżonn 65,000 ħaddiem barrani. Jien ngħid le. Jekk nużaw ir-riżorsa umana tagħna aħjar, ma hemmx bżonn daqshekk barranin," temm jisħaq. Joseph Farrugia MEA