Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 • illum 'Mingħajr miżuri restrittivi l-każi mhux se jinżlu ... il-pajjiż se jfalli jekk nagħlqu' It-tobba jridu aktar restrizzjonijiet għax qed jisħqu li hawn wisq nies li qed jitħalltu flimkien. Mill- banda l-oħra tal-lukandi u r-ristoranti jridu soluzzjoni aktar bilanċjata għax fi kliemhom jekk il-pajjiż jagħlaq, din id-darba se jfalli YENDRICK CIOFFI Martin Balzan, il-President tal- Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), li tirrappreżenta lit- tobba Maltin, saħaq mal- gazzetta ILLUM li jekk mhux se jkunu i n t r o d o t t i aktar miżuri r e s t r i tt i v i , i l - k a ż i mhux se j i n ż l u . M i l l - b a n d a l-oħra, Tony Zahra, il- President tal- Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil-lukandi u r-ristoranti (MHRA) insista mal-gazzetta ILLUM li wieħed ma jistax jaqbad u jaqta' linja għax jekk il-pajjiż jerġa' jagħlaq, se jfalli. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Balzan u anke ma' Zahra dwar l-għadd ta' każi ta' Covid-19 li Malta qed tirreġistra kuljum minn meta faqqgħu diversi każi fost l-istudenti barranin li kienu Malta biex jistudjaw l-Ingliż. Madanakollu issa l-każi infirxu wkoll fost il-Maltin u kien għalhekk li Balzan sejjaħ għal aktar miżuri restrittivi. "Għadni mhux qed nara li n-numri qed jinżlu. Tant infirex fost il-Maltin u residenti f 'Malta li mhux qed nara li n-numri se jinżlu mingħajr miżuri restrittivi," insista Balzan. "Jekk irridu noħorġu mil-lista l-ħamra taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u jekk irridu li t-turisti jibbukjaw, irridu nnaqqsu n-numri. Bla miżuri mhux se jonqsu." Fil-fatt, Balzan insista li aktar ma jkun hemm nies jissoċjalizzaw u attivitajiet li jġibu lin- nies flimkien, aktar se jkun hemm it-tixrid tal- virus. Kien hawn li saħaq li jekk wieħed iħares lejn in-numri, jinnota li t-Tlieta u l-Ħamis, il-każi ġeneralment ikunu aktar għolja, għax ikunu jirriflettu n-nies li ħarġu l-Ġimgħa u s-Sibt, rispettivament. Mistoqsi dwar l-importanza tal-contact tracing (ara l-kaxxa), Balzan insista li dan huwa importanti biex jinżlu n-numri imma mhux biss. "Jekk mhux se jinżlu n-numri, it-turiżmu se jbati," insista Balzan. Fil-fatt saħaq li t-turiżmu qed ibati u qed jitħassru l-bookings, mhux għax Malta qed titlob iċ-ċertifikat tal-vaċċin, imma minħabba n-numri. "It-turisti mhux qed jiġu, għax hawn ħafna Covid," insista. L-ILLUM fakkritu li minkejja li l-każi qed jiżdiedu drastikament, l-għadd ta' pazjenti fl-isptar qed jibqa' minimu u stabbli u sa issa, minn m e t a l - v i r u s r e ġ a ' g ħ o l l a rasu, ma k i n u x irreġistrati m w i e t . Se nibqgħu nħarsu biss lejn in-numri? "Sa issa l-ECDC tħares lejn il-każi u mhux kemm hemm persuni l-isptar meta tiġi biex tikklasifika l-pajjiżi," wieġeb pront il-President tal-MAM. "Nibqa' nisħaq li mingħajr miżuri, in-numri mhux se jinżlu waħedhom. Jekk se ndumu wisq fuq il-lista l-ħamra, it-turiżmu mhux se jirkupra." 'Ħadd ma għandu soluzzjoni maġika ... imma jekk se nagħlqu se nfallu' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Tony Zahra, President tal-MHRA, li saħaq li mhux faċli li wieħed jaqbad u jaqta' linja. "Jekk tħares lejn il- professjonisti mediċi se jgħidulek li jekk trid li ma jkunx hawn każi, trid tagħlaq kullimkien. Għandhom raġun għax hekk jiġri. Jekk tħares lejn il-bankiera, li għandhom miljuni msellfin lejn it-turiżmu, jgħidulek li jekk se tagħlaq kollox, it-turiżmu se jfalli u se jfalli t-turiżmu wkoll. Anke dawn g ħ a n d h o m r a ġ u n , " i n s i s t a Zahra. K i e n għalhekk li appella biex minn dawn iż-żewġ estermi, il-pajjiż jeħtieġ isib it-triq tan-nofs li jrid jgħaddi minnha. "Ħadd ma għandu formula maġika," saħaq. Insista wkoll li jekk wieħed jiftaħ il-midja, jinduna li din hija sitwazzjoni li mhux Malta biss għaddejja minnha. Fakkar kif pereżempju fi Franza, biex persuna tidħol f 'ristorant, se tkun qed tintalab bilfors ċertifikat tal-vaċċin. "Li rridu nagħmlu huwa li naħdmu aktar flimkien biex naraw kif nistgħu nsibu l-aħjar soluzzjoni," tenna. "Din hija l-pożizzjoni tagħna." Fakkar ukoll li Malta dieħla fl- 20 xahar tal-pandemija u f 'dan l-istadju trid persuni li kapaċi jifhmu l-implikazzjonijiet kollha qabel jieħdu pożizzjoni jew deċiżjoni biex is-soluzzjoni tkun waħda li tagħmel sens u li tagħti nifs lill-industrija tat-turiżmu biex tibqa' ħajja. "Jekk mhux se nagħmlu dan jew naqbdu u nagħlqu, il-pajjiż se jfalli," temm jisħaq. 'Ma hemmx nies biżżejjed għall- contact tracing' Diversi persuni lmentaw mal-gazzetta ILLUM li baqgħu qatt ma ġew ikkuntatjati wara li ġew f 'kuntatt ma' persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-ewwel xhur tal- pandemija, l-awtoritajiet tas- saħħa, fosthom il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, kienu jisħqu ħafna dwar l-importanza tal-contact tracing biex tkun ikkontrollata l-imxija u biex il-każi jkunu iżolati minn qabel. Sorsi mis-settur tas-saħħa kkonfermaw mal-gazzetta ILLUM li l-contact tracing waqa' ħafna lura u kważi kważi mhux qed ikun effettiv. "Ma hemmx nies biżżejjed. Meta ma kellna l-ebda każ, ma kienx hemm nies fuq il-contact tracing. Il-każi splodew f 'salt," insista wieħed mis-sorsi. Saħaq ukoll li kien hemm perjodu, fl-eqqel tal-pandemija meta anke tobba kienu mitluba jgħinu fil-contact tracing. "Dan lanqas ma hu xogħol ta' tabib. Hemm ħafna persuni li jistgħu jagħmluh. Li jkollok tabib jaħdem fuq contact tracing huwa lussu," temm jisħaq l-istess sors. Martin Balzan MAM Tony Zahra MHRA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021