Illum previous editions

ILLUM 25 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Skema Nazzjonali ta' Taħriġ għall-Bdiewa Żgħażagħ L-Aġenzija għall-Agrikoltura u l-Pagamenti Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA), b'kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) fasslet skema ta' taħriġ għall-bdiewa żgħażagħ, iffinanzjata mill-Gvern. Taħt il-koordinazzjoni, is-superviżjoni u l-gwida tal-MCAST, il-bdiewa żgħażagħ ser ikunu allokati numru ta' siegħat biex jgħinu fix-xogħol ta' kuljum li jkun ippjana l-bidwi ospitanti. L-għan huwa li l-bdiewa żgħażagħ jiksbu l-esperjenza meħtieġa permezz ta' tagħlim prattiku mogħti mill-bidwi ospitanti flimkien ma' tagħlim teoretiku strutturat. Il-formola tal-applikazzjoni għal din l-iskema għandha tinġabar mill-Front Office tal-ARPA ġewwa Ta' Qali jew mill-Farm Sperimentali tal-Gvern li jinsab ix-Xewkija, Għawdex. Barra minn hekk, tista' titlob l-applikazzjoni permezz ta' email mibgħuta lil arpa.mafa@gov.mt. L-applikazzjonijiet mimlijin għandhom jiġu sottomessi bil-posta jew personalment il-Front Office ġewwa Ta' Qali jew il-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2021. F'każ ta' diffikultà jew mistoqsijiet l-applikanti jew dawk interessati jistgħu jċemplu l-Front Office tal-Aġenzija fuq 22 926 148 jew jibagħtu email fuq arpa.mafa@gov.mt. Il-linji gwida għal din l-iskema jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku tal-Aġenzija https://agrikoltura.gov.mt/en/arpa/Pages/guidelines.aspx. Il-proċess biex jitneħħew it-tankijiet f'Birżebbuġa 'se jieħu snin' It-tankijiet fil-qalba ta' żona residenzjali f'Birżebbuġa jkunu jistgħu jitneħħew wara elenku ta' studji, li jiddeterminaw ukoll is-sit x'jista' jsir. Intant l-ILLUM titkellem ukoll mar-resident George Farrugia u mal- Kunsillier tal-PN Stanley Zammit ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-proċess biex jitneħħa b'mod komplet l-impjant tal-31 ta' Marzu f 'Birżebbuġa "jaf jieħu s-snin" hekk kif, qabel ma fil-fatt jitneħħew dawn it- tankijiet iridu jsiru studji tas- sit, studji ta' kontaminazzjoni u studji dwar il-metodu kif se jitneħħew l-istess tankijiet. Huma dawn l-istudji li imbagħad jiddeterminaw x'ikun l-użu tal-post. Dan qaluh mal-gazzetta ILLUM esperti tal-Enemalta li fakkru wkoll illi l-perjodu stand-by sa Diċembru li ġej hija prattika wżata fl-industrija, meta impjant jieħu post ieħor. "Huwa importanti u neċessarju li tkun assigurata s-sigurtà tal- forniment sakemm l-impjant il- ġdid f 'Ħas Saptan ikun ipprovat li jaħdem b'suċċess." Sal-aħħar tas-sena wara li jgħaddi l-perjodu stand-by Enemed uffiċjalment tapplika mal-awtoritajiet biex tneħħi minn taħt idejha dan l-impjant. Dan filwaqt li jkun aċċertat li ladarba l-faċilità tagħlaq b'mod definittiv, tkun sigura u ma tkunx operabbli. Intant wara li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta tkellmet mal-Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri, din il-ġimgħa tkellmet mal- Kunsillier tal-PN fil-lokalità Stanley Zammit u ma' resident, George Farrugia propju dwar l-impjant. 'Kuntent li wasalna sa hawn ... imma l-Gvern ma jikkonsultax!' Mal-ILLUM il-Kunsillier tal- PN Stanley Zammit, minkejja li faħħar dan il-pass, ilmenta li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa kważi qatt mhu qed ikun ikkonsultat, bil-Gvern ħafna drabi jiġi fuqu b'xi ħaġa lesta. "Kuntent li wasalna f 'dan l-istadju fi proċess li ma ninsewx illi ilu li beda hekk kif fl-2012 kien ingħalaq ukoll l-impjant li kien hemm fil-Qajjenza (tal- gass) u dakinhar ukoll ħafna residenti ta' Birżebbuġa ħadu r-ruħ," qal Zammit. Huwa qal illi minkejja li l-impjant se jimxi lejn Ħas Saptan, xorta f 'Birżebbuġa, dan se jkun 'il bogħod mir-residenti, u allura dan se jfisser inqas tniġġiż, inqas ħsejjes u inqas irwejjaħ. Huwa nnota kif jidher li l-ħsara li saret b'dan l-impjant tidher li hija kbira, bil-fjuwil jgħaddi mill-blat u ġieli jnixxi fil-baħar. Kien hawn iżda li Zammit ilmenta illi l-Kunsill ħafna drabi ma jiġix ikkonsultat dwar proġetti kbar fil-lokalità. "Bħall- park ta' Bengħajsa, ma konniex ikkonsultati meta tħabbar l-ewwel, issa għandna idea ftit aħjar u tragwardi ta' meta se jkun lest. Bħall-impjant fil- Qajjenza wkoll, minkejja li lest il-proċess ta' dikontaminazzjoni l-post tħalla m i t l u q . " Zammit qal li minkejja diversi talbiet lil diversi Ministri, ma kien hemm ebda risposta. H u w a għalhekk temm jappella biex il-Gvern ikun dejjem trasparenti u jinvolvi lill-Kunsill Lokali. 'Kankru ieħor imneħħi minn Birżebbuġa' Intant George Farrugia - resident attiv anke fuq il- midja soċjali - qal illi dan kien "kankru ieħor milli kellu dan ir-raħal li issa se jiġi mneħħi." Huwa qal li huwa importanti li "dik l-art niżguraw li tingħata lir-raħal bħala rikonoxximent tat-tbatijiet li l-Birżebbuġin ilhom isofru 120 sena." Huwa fakkar li l-unika kontribut li kien għamel dan l-impjant bħala rikonoxximent u kumpens għal dawn it-tbatijiet kien il-fonti tal-magħmudija tal-Knisja Parrokkjali tal-lokalità. "Jeħtieġ ukoll li titwaqqaf task force taħt l-awspiċi tal-Kunsill biex jibda xogħol fuq l-akkwist tal-art u fuq l-użu tagħha," temm jgħid Farrugia mal-ILLUM. Il-Viċi Sindku kien qal ukoll mal-ILLUM li dan il- post għandu jkun trasformat f 'pulmun ġdid għal Birżebbuġa. L-istorja tal-impjant tax-Shell L-impjant f 'Birżebbuġa kien ikkummissjonat fl-1900 mix-Shell, kif inhu popolarment magħruf mal-poplu ta' Birżebbuġa. Oriġinarjament dan l-impjant kellu żewġ tankijiet tal-fjuwil u faċilitajiet oħrajn għall-petrol u diesel. Hekk kif id-domanda għall- f j u w i l ; b d i e t t i ż d i e d k i e n u i n b n e w t a n k i j i e t o ħ r a j n b i e x j i r ċ i e v u fjuwil minn tankers li kienu jsorġu ma' dak li huwa magħruf bħala l-pont tax-Shell. Mat-tkabbir tal-industrija tal- avjazzjoni inbnew imbagħad iktar tankijiet. F'punt minnhom kien hemm 10 tankijiet kbar li kienu jżommu l-fjuwil, diesel, petrol u Jet A1. Meta l-Enemalta ħadet taħt idejha l-impjant fl-1979, it-tankijiet tal-fjuwil kienu mibdulin fi mħażen għad-diesel. Fl-2003 kienu saru faċilitajiet ġodda biex jimtlew it-trakkijiet, sabiex jitnaqqsu l-irwejjaħ kbar li kienu jitħallew fil-viċinanzi għad-detriment ta' residenti Birżebbuġin. Fl-aqwa tiegħu fl-2019 dan l-impjant kellu 109 miljun litru petrol u 135 miljun litru diesel li kien jgħaddi l-aktar lil pompi tal-petrol. Dan kien ifisser medja ta' 11,400 trakk fis-sena. Dehra tal-impjant George Farrugia Stanley Zammit

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 July 2021