Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Cacopardo jgħid li Parlament b'żewġ partiti biss ma jista' qatt iżomm lil Gvern kontabbli Repubblika titlob lill-PL ikeċċi lil Muscat u ma tħallix lill-Kabinett tiegħu jikkontesta l-elezzjoni Jikkundanna lid-Deputati Laburisti li ħallew lil Joseph Muscat "jagħmel li jrid" u jfakkar li "espert fl-evażjoni tat-taxxa" illum qed imexxi lill-PN Waqt konferenza tal-Aħbarijiet fil-Belt Valletta, Carmel Cacopardo, Chairperson ta' ADPD – e Green Party qal li dak kollu li smajna dwaru fl-aħħar jiem seta' jseħħ primarjament għaliex il- Parlament ma qediex dmiru u għaliex f 'Parlament ta' żewġ partiti dmiru ma jistax jaqdih għax naħa għandha s-saħħa li tirrombla fuq l-oħra mingħajr il- ħtieġa li tiddiskuti. Carmel Cacopardo qal li r-rapport tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia huwa ċar daqs il- kristall u juri li "uffiċċjali fl-ogħla kariga tal-pajjiż, inkluż fil-Kabinett tal-Ministri qdew l-interessi tal- flus qabel dak tal-pajjiż, u jħossu li ma jista' għalihom ħadd u li għandhom xi dritt li jagħmlu li jridu mingħajr rispett tal-liġi." Cacopardo sostna li r-rapport jixhed ukoll dak li iddeskriva bħala "d-dgħjufija tal-istat Malti, ibbażat fuq demokrazija minima, sistema kważi dittatorjali fejn il-Gvern u l-Prim Ministru jsiru qishom xi Re li jgħaddu bħall-gaffa minn fuq kulħadd." Huwa qal li f 'dal- każ partikolari l-Partit Laburista u l-Membri Parlamentari tiegħu għandhom ħafna xi jwieġbu għax ikompli jgħid li ħallew lil Joseph Muscat "jagħmel li jrid, ħallewh itejjeġ lill-Gvern u lill-Partit ma' interessi finanzjarji kbar, anzi firxilhom it-tapit." "Infakkru wkoll kif li hawn min huwa espert fl-evażjoni tat-taxxa imma qisu xejn m'hu xejn, anzi illum imexxi lill-PN. Anke din hija impunità." Huwa kompla jgħid li l-viċinanza bejn il-politika tal- PLPN u d-dinja tan-negozju minn dejjem kienet u fakkar li waqt id- diskorsi fid-dibattitu fil-Parlament nhar il-Ġimgħa "l-ebda Deputat, mill-ebda naħa ma semma din il-kwistjoni, avolja msemmija ċar daqs il-kristall fl-inkjesta. Ħadd ma semma li l-inkjesta emfasizzat kif negozjanti kbar u dawk li għandhom is-saħħa tal-kapital jduru mal-liġijiet, dejjem sabu t-tapit mifrux u jikkontrollaw l-istituzzjonijiet u l-partit PLPN." Carmel Cacopardo temm jgħid illi qabel ma ġew maħturin fil-kariga li għandhom illum kemm Leo Brincat - illum fil- Qorti Ewropea tal-Awdituri - u anke Edward Scicluna - li llum imexxi l-Bank Ċentrai - "ma stħawx jiddikjaraw li komplew jappoġġjaw lil Muscat biex ma jkunux ħrief tas-sagrifiċċju." Ara wkoll paġna 20 L-għaqda Repubblika f 'ittra mibgħutha lbieraħ lill-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, talbet sabiex il-PL ikeċċi lil Joseph Muscat minnufih u ma jħallix lil dawk li kienu Ministri fil-Kabinett tiegħu jerġgħu jikkontestaw elezzjoni ġenerali oħra. Il-President ta' Repubblika Robert Aquilina sostna fl-ittra, ippreżentata dalgħodu iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, illi Joseph Muscat instab "personalment responsabbli li kien fiċ-ċentru tat- tnawwir, tat-tgħajjir, tal-gideb u tal- ħolqien tal-ambjent ta' impunità li fihom seta' jseħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia." Huwa qal illi huwa biss bit-tkeċċija ta' Muscat li l-Partit Laburista "jista' jibda jiċħad il-passat ta' għajb li wassal għall-qtil ta' omm, ikkawża trawma għal pajjiżna u żeblaħ lil din artna mal-erbat irjieħ tad-dinja. Il-gravità ta' dak li seħħ minħabba Joseph Muscat hija bla preċedent fl- istorja tad-demokrazija tagħna." Aquilina sostna wkoll fl-istess ittra illi l-PL għandu jibgħat messaġġ "bħala l-akbar partit f 'Malta" anke billi dawk il-MInistri u d-Deputati li huma msemmijin fir-rapport ma jitħallewx jerġgħu joħorġu għall-elezzjoni. "Pajjiżna jeħtieġ ikun tassew tagħna lkoll u mhux tal-qarnita mauża magħmula minn politiċi u negozjanti korrotti, kriminali u qattiela. M'għandix dubju li tiakar min kien wiegħed li Malta se tkun 'tagħna lkoll'. Inħeġġuk tibda t-triq biex din il-wegħda tibda titwettaq," temm l-ittra tiegħu Robert Aquilina. Ara paġni 10, 11, 18 u 21 Robert Aquilina

