Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Biex ma tkunx mietet għalxejn Lil Daphne kont ktibtilha wara li qrajt artiklu tagħha u kienet weġbitek: kif żviluppat il-ħbiberija tagħkom? Aktar minn 30 sena ilu, ittra waħda qanqlet konverżazzjoni twila. Kont biss tliet snin iżgħar minn Daphne, iżda kienet diġà qed trabbi familja filwaqt li jien kont għadni student insib saqajja l-Italja meta ktibtilha. Għal xi ħadd fuq barra, konna nidhru m'għandna x'naqsmu xejn ma' xulxin, imma jidher li nxtegħlet xrara bejnietna u l-ħbiberija bdiet tikber bil- mod. Rari konna nitkellmu fuq Malta. Minn età żgħira, ħassejtni mxekkel mill- konfini tal-gżira żgħira tiegħi, u ridt nitlaq. Nimmaġina li xi kelma dwar il-fehmiet politiċi u soċjali għednieha, iżda niakar li dan kien ħafna aktar fuq livell globali milli fuq il-politika partiġġjana lokali. Anzi, ħafna mill-konverżazzjoni tagħna kienet tkun aktar intima, dwar affarijiet li jitkellmu dwarhom il-ħbieb b'interessi komuni – il-familja, it-teatru, u ħafna dwar l-ikel u r-ristoranti favoriti tagħna. X'inhi l-analiżi personali tiegħek tat-tmeninijiet f 'Malta, anki għall- fatt li għexthom bħal Daphne, minn perspettiva politika u soċjali personali? Niakar lil Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici Prim Ministri. Kont teenager dak iż-żmien. Kulħadd bil-qaddis u t-tim tal-futbol tiegħu, u min ipejjep sigaretti tal-kaxxa blu u minn tal-kaxxa l-ħamra. Donnu kulħadd ried ikun parti minn grupp u l-ħsieb indipendenti ma kienx imħeġġeġ. Mintoff tnebbaħ mir-reliġjon organizzata u l-mod kif tittratta d-dixxipli tagħha – "Taħseb xejn, naħsbu għalik aħna". Ma' dan żied l-għajta ta' "min mhux magħna, kontra tagħna", mossa populista biex in-nies ma jkollhomx għalfejn jaħsbu għax ikunu moħħhom biss biex jobogħdu. Jien ma kelli l-ebda interess fil-futbol, il-festi jew partiti politiċi, u allura ma kont inħossni parti minn xejn. Kont konxju ħafna tas-setgħa li kellhom il-ministri individwali tal-gvern. Meta għandek bżonn xogħol, TV tal-kulur, it- tarmak lit-triq – "Għaliex ma tmurx tkellem lil dak jew l-ieħor?". Sikwit kont tara serbut nies jistennew barra l-uffiċċji privati tal- ministri, u kien mod kif iżżomm liċ-ċittadin dejjem obbligat lejn il-poter. L-għażla limitata tal-korsijiet l-Università ma kienet tolqotni xejn, u peress li familti ma setgħetx tħallasli biex nistudja barra, applikajt sena wara sena għal borża ta' studju biex nistudja l-arti. Kienet din il-mentalità li mbuttatni 'l bogħod minn Malta. Ridt niżgura li dak li ksibt kien tiegħi stess u li ħadd ma seta' jkun sidi. Iċ-ċensura kienet komuni – mhux biss mal-politiċi, bħal meta Xandir Malta ma kienx issemmi l-Mexxej tal-Oppożizzjoni b'ismu, iżda wkoll maċ-ċittadini ordinarji. Ħdimt it għal programm televiżiv fiż-żmien meta s-suldati armati kienu stazzjonati barra l-bieb prinċipali tax- Xandir. Kien programm taż-żgħażagħ prodott u ppreżentat minn xi ħadd li dan l-aħħar kien ambaxxatur b'kapaċitajiet kbar. Darba ssugrajt nissuġġerixxi li nistieden liż-żeffien Felix Busuttil (ironikament issa parti mill-Partit Laburista) fir-rokna tal- arti ta' kull ġimgħa li kont nieħu ħsieb. Il- produttur ħatafni u qalli "Ara ma ġġiblix 'l hawn 'il dak in-Nazzjonalist maħmuġ". Kont tlaqt it wara. Interessanti li f 'dan il-ktieb għażilt li ma tinkludix l-aspett vjolenti ta' tmiem ħajjet Daphne. Kif tqisu l-proċess tat-tagħlim, mill-ġenituri jew mill-għalliema, biex jispjegaw dak li verament ġara lil din il-mara minħabba l-missjoni kuraġġuża tagħha? L-għan tiegħi f 'Fearless, e Story of Daphne Caruana Galizia kien li niċċelebra l-ħajja u x-xogħol ta' Daphne. Il-qtil ta' Daphne ma jiddefinixxihiex, għalhekk l-istorja bl-istampi li ħriġt ma ssemmihx dan. Nirreferi għall-informazzjoni dwar li ġara fuq wara tal-ktieb bil-għan li l-ġenituri u l-għalliema jitħallew jiddeċiedu x'jaqsmu mat-tfal tagħhom. Daphne ġiet assassinata minħabba l-missjoni tagħha li tinforma (mhux minkejja dan) iżda wkoll għax l-istituzzjonijiet ta' Malta ġew imċappsa mill-Gvern u aħna lkoll ħatja li ħallejna dan iseħħ. Kull darba li nużaw il- famuża "Fejn kont meta…?" jew "imma ta' qabilhom għamlu hekk, ukoll, jew agħar…", inkunu qed niskużaw il- korruzzjoni u nikkundannaw lil pajjiżna jibqa' kif inhu. Gattaldo (Ritratt ta' Antonella Muscat)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021