Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Fid-dawl tal-pubblikazzjoni tal-inkjesta dwar sehem l-Istat fil-ġrajja tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Mark Vella jintervista lil Gattaldo, l-artist Malti resident l-Ingilterra li ħareġ il-ktieb bl-istampi għat- tfal Fearless: The Story of Daphne Caruana Galizia (Otter-Barry, 2020). Ħabib ta' Daphne u osservatur attent tas-soċjetà Maltija anki lil hinn minn xtutna, jesprimi bla tlaqliq it-tħassib tiegħu dwar dak li għaddejjin minnu bħalissa, u għala, minkejja kollox, Daphne trid tkun eżempju ewlieni għall-ġenerazzjonijiet li jmiss Ma taħsibx li t-tfal għandhom ikunu esposti għall-brutalità tal-qtil ta' Daphne? Jew kellek għan ieħor għall- produzzjoni ta' din iċ-ċelebrazzjoni tagħha? L-għan kien li l-ġenerazzjonijiet futuri jiġu mħeġġa japprezzaw l-importanza tal- ġurnaliżmu. Meta nabbandunaw il-fatti, inkunu qed nabbandunaw il-libertà. Jekk naċċettaw li xejn mhu veru, mela huma n-nies bil-flus u s-setgħa li se jsemmgħu leħinhom l-aktar. Madwar id-dinja, dan qed isir aktar evidenti. Ilkoll kemm aħna għandna t-tendenza li mmorru għal dak li rridu nisimgħu, imma rridu ninsistu li nistaqsu l-mistoqsijiet u nfittxu l-verità. L-opinjonijiet u l-fatti saru indistingwibbli daż-żmien. Tgħallimt li t-tfal għandom qoxra ixref milli naħsbu. Għalkemm il-qtil ħallejtu barra apposta mill-istorja prinċipali, l-ewwel mistoqsijiet jew kummenti li wassluli mill-qarrejja tfal kienu dejjem dwar għala nqatlet. Nassumi li kellhom din il-konverżazzjoni mal-ġenituri tagħhom wara l-qari tal-ktieb. Kienu interessati dwar għala s-soċjetà tista' toqtol l-istess ħaġa li riedet issalvaha. Nixtieq ukoll inkun naf xi ħaġa dwar il-proċess artistiku involut fil- produzzjoni, iżda wkoll dwar l-għażla tal-Ingliż. Ma taħsibx li l-ktieb se jispiċċa jinqara min-"nies tas-soltu"? Taħseb li se jkollok verżjoni bil-Malti? Il-punt tat-tluq tiegħi kien ir- rappreżentazzjoni viżiva tal-karattru. Kont naf lil Daphne personalment u l-memorja li għandi tagħha hija ta' mara eleganti, żnella u twila. Ridt inwassal din ix-xbiha u ħidmt fuq l-istampi u l-kliem fl-istess ħin, u l-ktieb għadda minn reviżjonijiet varji. Kull stadju tal-ktieb qsamtu wkoll ma' ħbieb li għandhom it-tfal. L-akbar swieq huma r-Renju Unit u l-Istati Uniti. Kien hemm proposti minn pubblikaturi biex jittraduċu l-ktieb f 'lingwi oħra. Nixtiequ jinqaleb għall-Malti jekk hemm suq għalih. Min jaf, forsi din l-intervista taf tħajjar xi pubblikatur lokali! Daphne kellha l-punti ħżiena u l-preġudizzji tagħha, u wieħed xorta jista' jagħmel analiżi sobrija ta' dan u tal-ħbiberiji u l-alleanzi politiċi tagħha mingħajr ma titwarrab it-traġedja atroċi. Kif tħossok fil-konfront tagħha bħala persuna politika, li wriet ukoll ċerti preġudizzji klassisti u spiss ħarġet bħala mimlija odju lejn kull ma hu Laburist? Il-mewta terribbli tagħha tikkwalifikaha awtomatikament għal mit jew simbolu, jew taqbel ma' analiżi aktar sottili, f 'kuntesti xierqa, ta' aspetti oħra tal-personalità tagħha? Daphne ma kinitx tiflaħha l-medjokrità fil-Gvern, u s-sistema politika fuq din il- gżira Mediterranja għadha 'l bogħod milli twassal għal effiċjenza brillanti. Jidher li l-politiċi ta' Malta ma jafux x'jagħmel sistema demokratika etika. Huma nieqsa wkoll mill-ideat u mhumiex lesti jinvolvu l-professjonisti kreattivi. Id-daqs ta' Malta huwa sew il-barka sew is-saħta tagħha. Iżda Daphne ma kinitx taħmel ukoll l-ipokrezija, il-korruzzjoni, ir-razziżmu, il-lemin estrem u dak kollu li huwa ikrah f 'din id-dinja. Jekk tħares lejn min kien jattakkaha, tara li kienu dejjem dawk li kellhom interess ma jinkixfux għal ħaġa jew oħra. Kif għidt qabel, il-qtil ta' Daphne mhuwiex dak li jiddefiniha. Il-kobor tagħha kien fil-ħiliet ġurnalistiċi u l-mod intwittiv kif kienet tħaffer sa ma tasal biex tikxef l-għemil ħażin. Il-ġenju ta' Daphne kien fil- kapaċità tagħha li ssib il-ħolqa bejn ħwejjeġ li fid-dieher ikunu qishom m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin, u b'intelliġenza ssegwi l-istorja. Kienet ukoll il-ġurnalista l-aktar fdata biex iżżomm sigriet l-identità tas- sorsi kunfidenzjali tagħha. Innotajt li tindirizza b'mod effettiv il-kawża ewlenija tal-problema meta tenfasizza l-problemi kulturali tal- pjaċiri u tal-ħbiberiji, il-vjolenza politika, l-inġustizzja, fost l-oħrajn, permezz ta' dettalji partikolari ħafna fl-illustrazzjonijiet tiegħek. X'inhi l-pożizzjoni ġenerali tiegħek dwar is-sitwazzjoni soċjali u politika attwali f 'Malta? Jien soċjalist. U nixtieq naħseb li jiena konxju tal-privileġġ maskili abjad tiegħi. Nittama li l-esperjenzi personali tiegħi ta' diskriminazzjoni bħala persuna gay għenuni niem aktar lill-oħrajn. Is- soċjaliżmu huwa l-empatija. Li ma rajna xejn minnha f 'dawn l-aħħar snin f 'Malta, imma biss egoiżmu u regħba. Meta l-korruzzjoni ssir parti intrinsika ta' kultura, iridu jgħaddu snin twal biex titfejjaq il-qagħda, u wisq nibża' li f 'din il-fażi qegħdin. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ nibdew xi mkien. Nixtieq nara l-Maltin jeżiġu l-onestà mingħand il-politiċi u nistenna rieda bażika biex dawn iservu liċ-ċittadini. Jixirqilna aħjar. Nixtieq ukoll li nimu li l-kriminalità u l-korruzzjoni mhumiex mingħajr konsegwenzi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021