Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum Roberta Metsola hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola Il-Gvern reġa' mblokka investigazzjoni oħra I l-ħin, il-Ġimgħa 29 ta' Ġunju, fit-8.30am. Laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika preseduta mill-Ispeaker Anġlu Farrugia b'erba' membri – tnejn min-naħa tal-Gvern u tnejn min-naħa tal-oppożizzjoni. L-aġenda tad-diskussjoni kienet dwar kif se jipproċedi l-Kumi- tat biex isejjaħ ix-xhieda dwar l-investigazzjoni li qed issir fuq il-mod kif aġixxiet id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar dwar senserija. Diskussjoni li aktar iva milli le kienet taħraq u imqanqla. Iż-żewġ naħat ma qablux. Bl-ispeaker jivvota man-naħa tal-Gvern. Il-Gvern ried li jittella' l-Kummissarju tat-Taxxi Interni filwaqt li d-Deputati tal- oppożizzjoni – Karol Aquilina u erese Commodini Cachia – riedu li l-lista ta' xhieda tkun itwal, inkluż id-Deputat Laburista, persuni oħra li direttament jew indirettament huma marbuta mal-każ jew jistgħu jagħtu aktar informazzjoni dwar dan il-każ. L-Oppożizzjoni trid investigazzjoni sħiħa u Serja. Id-Deputati tal-Gvern għamlu minn kollox biex jostakolaw il-proċess ta' investigazzjoni f 'dan il-kumitat. Għaliex insistew li jitla' l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ma jiġux imsejjħa xhieda oħra mill-ewwel? Qed jistennew li l-Kummissarju jgħid li qed jinvestiga l-każ imbagħad se jargumentaw li ladarba l-każ qiegħed f 'idejn il-Kummissarju tat-Taxxi Interni d-diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari għandha tieqaf s'hemm u l-investigazzjoni ma tkomplix? Evidenti li dan hu r-raġunament tal-Gvern Laburista. Nhar il-Ġimgħa filgħodu għamel minn kollox biex ifixkel proċess ieħor ta' investigazzjoni dwar ksur ta' etika u possibilment irregolaritajiet minn persuna li kienet tokkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari f 'dan il- Gvern meta ġara l-każ. Attitudni ta' Gvern li turi l-mod kif jaħseb Il-mod kif ġabu rwieħhom id-Deputati tal-Gvern – Edward Zammit Lewis u Glenn Bedingfield – turi l-mod ta' ħsieb tagħhom. Tikxef fejn riedu jaslu. Tikxef fejn riedu jwaqqfu l-investigazzjoni. Bil-kliem jistgħu jgħidu ħafna affarijiet, dwar trasparenza u kontabbilita' imma fil-politika li tgħodd hi l-azzjoni u ffaċċjati b'lista ta' xhieda biex jidhru quddiem il-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards għamlu minn kollox biex jimblukkaw id-diskussjoni u l-investigazzjoni. Għamlu minn kollox biex jostru dak li allegatament għamlet id-Deputat Laburista. Inutli li dan il-Gvern jgħid li f 'pajjiżna għandna l-istituzzjonijiet li qed jaħdmu meta fir-realta' ma jħallihomx jaħdmu jew iktar minnhekk ifixkilhom. Liġijiet u regolamenti fuq il-karta li ma jiġux implimentati ma jiswewx il-linka li fuqhom tkun stampata l-karta jew inkella jkunu biss fonts f 'dokument li ma jiswa xejn. Li jkollok il-liġijiet mhux biżżejjed. Dan qisu persuna li jgħaddi mill-eżami tat-teorija tas-sewqan, imma imbagħad meta jkun se jsuq il-karozza flok il-first idaħħal ir-reverse, flok ikollu t-tank mimli bil-petrol jew il-batterija ċċarġjata jitfa' l-ilma fit-tank jew iħalli l-batterija bla charge apposta biex ma taħdimx. Jekk mhux addiritura jtaqqab wieħed mit-tyres biex il-karozza żgur ma timxix. Dak li ġara nhar il-Ġimgħa filgħodu ma sarx għaliex il-Gvern ma jafx mod ieħor. Sar apposta. Bi pjan. Tfixkil maħsub għall-kors tal-investigazzjoni u t-twettieq tal-ġustizzja. Kompliċi u ħatja Il-ġurnata tal-Ġimgħa kompliet. Aktar tard ġie ppubblikat ir- rapport li sar wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-ebda aġġettiv ma jista' jiddeskrivi biżżejjed l-assassinju premeditat, pjanat bil-ġurnata u l-ħin, kif se jitwettaq, u dan b'responsabbilita' fuq spallejn l-istat li falla. L-ebda kliem ma jistgħu jkunu biżżejjed biex jikkonslaw dak li għaddiet u għadha tgħaddi minnu l-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Jekk kien hawn xi ħadd li ħallas prezz kienet Daphne Caruana Galizia. Il-qtil u kif il-ġustizzja ġiet imfixkla hu kbir wisq. Inħolqu u ġew sostnuti alleanzi biex fejn hemm bżonn jiffaċilitaw dak li twettaq u fejn hemm bżonn jostakolaw il-ġustizzja. Meta l-Gvern u l-Prim Ministru jgħidu li jridu jitgħallmu u jieħdu lezzjoni jkunu qed jitfgħu l-melħ fuq il- ferita. X'lezzjoni jista' jkun hemm minn fuq qtil u minn fuq it-tfixkil ta' investigazzjoni? X'lezzjoni jista' jkun hemm meta x-xibka u l-qarnita kienet fil-qalba tal- gvern? Il-Ġimgħa filgħodu stess waqt il-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il- Gvern permezz tar-rappreżentanti tiegħu reġa wera – f 'kaz kompletament differenti, ta' entita' u proporzjon differenti – li ma jridx issaħħaħ investigazzjonijiet li għamlu l-ġurnalisti – għaliex kienu l-ġurnalisti li kixfu dak li għamlet Rosianne Cutajar. Il-Gvern irid jostakola l-proċess tal-investigazzjoni. Għamel minn kollox biex jimblokka x-xhieda li riedet itellgħa l-oppożizzjoni. Il-Gvern irid jostor dak li sar. Waqt il-laqgħa ta' dan il-Kumitat erġajna rajna sitwazzjoni fejn l-istituzzjonijiet mhux jitħallew jaħdmu. Qed jiġu mfixkla. Dak li assistejna għalih il-Ġimgħa filgħodu kien il-konferma tal- attitudni u l-atteġjament tal- Gvern. Meta l-Gvern u l-Prim Ministru jgħidu li jridu jitgħallmu u jieħdu lezzjoni jkunu qed jitfgħu l-melħ fuq il-ferita. X'lezzjoni jista' jkun hemm minn fuq qtil u minn fuq it-tfixkil ta' investigazzjoni? X'lezzjoni jista' jkun hemm meta x-xibka u l-qarnita kienet fil-qalba tal-gvern? Rosianne Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021