Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Owen Bonnici 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 Il-qalb K ieku l-Partit Laburista kellu jkun bniedem, l-ugwaljanza tkun il-qalb ta' dan il-bniedem-partit. Jien nimmilita fil-Partit Laburista għax nemmen b'konvinzjoni tal- azzar li l-persuni kollha għandu jkollhom dritt jirrealizzaw il- massimu tal-potenzjal tagħhom. Jien nimmilita fil-Partit Laburista għaliex nemmen b'konvinzjoni tal-azzar li l-persuni huma maħluqa ugwali iżda mhux identiċi. Għax kollha ugwali imma mhux identiċi jfisser li kull persuna għandha l-aspirazzjoni u l-prekondizzjonijiet fil-ħajja tiegħu jew tagħha u dmirna hu li noffru l-opportunitajiet diversi skont il-ħtiġijiet u l-abbilitajiet partikolari tal-persuni. Aħna rridu nkunu dawk li naddattaw b'għaqal u ħsieb is- sistemi għall-ħtiġijiet tan-nies u mhux bil-maqlub jekk verament irridu nkunu nersqu mhux biss lejn l-ugwaljanza imma lejn l-ekwità. Nimmilita fil-Partit Laburista għaliex it-tfal kollha li jgħixu f 'pajjiżna għandu jkollhom l-opportunitajiet kollha, mogħtija skont il-ħtiġijiet u abbilitajiet differenti tagħhom, biex isiru parti mis-soċjetà u jilħqu l-milja tal- potenzjal tagħhom. Nimmilita fil-Partit laburista għaliex nemmen b'qalbi kollha li kull persuna għandu jkollha aċċess ugwali li tinseġ il-ħajja tiegħu jew tagħha indipendentement mill-ġeneru, etniċita', reliġjon, orjentazzjoni sesswali, diżabbilita', background soċjali jew abbilta' ekonomika. Għalhekk isegwi li bħala soċjeta' rridu nfarrku l-barrieri u l-inugwaljanzi li jċaħħdu lin-nies, imqar jekk persuna waħda, mil- liberta' li jilhqu x-xewqat tagħhom għal ħajjithom. L-għan prinċipali u ewlieni f 'dan kollu hi l-mobbilita' soċjali li għandha tingħata lil kulħadd. Biex dan isir irridu niġġieldu kull forma ta' diskriminazzjoni, kemm dik sfaċċata u kif ukoll dik sottili. Ħadd m'għandu jiġi trattat inġustament jew b'mod li ma jixraqx. L-ugwaljanza tal-ġeneri hi prijorita' kbira għall-Partit Laburista u nemmen li dan hu l-iktar moviment f 'pajjiżna li kapaċi jwettaqha. Timu għalhekk għaliex il- portafoll tal-Ugwaljanza li ngħata r-responsabbilita' tiegħu lili it tal-jiem ilu qed nidħol għalih b'sens qawwi ta' umilta' u konsapevolezza tal-importanza straordinarja tiegħu għat-twettiq fil-prattika ta' dak kollu li nemmen fih politikament. Din hi opportunita' straordinarja li nwettqu flimkien fil-prattika dak li nemmnu fih biex pajjiżna jinbidel għall-aħjar. Kuntrarjament għal dak li qed isir fil-bqija tal-kontinent, id- demokrazija soċjal demokratika f 'pajjiżna hi b'saħħitha u għada qed tikber ma' kull jum li jgħaddi. Aħna ma ġralniex bħall-pajjiżi Nordiċi fejn il-partiti soċjal- demokratiċi jew ma jiksbux maġġoranza jew jiksbu biss maġġoranza relattiva. Li jfisser li aħna f 'pożizzjoni aqwa minn partiti soċjal-demokratiċi oħra li nsaħħu l-ugwaljanza. L-isfida tal-inugwaljanza ekonomika għal nies bħali li trabbew f 'familji fejn il-ġenituri litteralment issallbu biex jgħallmu lil uliedhom tfisser ħafna ħafna. Kull fejn tħares fl-Ewropa ssib li l-inugwaljanza ekonomika fil- pajjiżi żviluppati qed tikber. Taqra kemm taqra rapporti tal-IMF, OECD u oħrajn jgħidulek l-istess ħaġa. Jekk xejn din hi raġuni għalfejn bniedem għandu jagħzel il-partiti soċjal-demokratiċi. Pero' dak argument ieħor għal darb'oħra. F'pajjiżna l-Partit Laburista fl-aħħar snin ta' tmexxija ta' Malta u Għawdex ġab tkabbir ekonomiku bla preċedent u ġid gdid li mbagħad tqassam b'mod li jimxu 'l quddiem il-faxex kollha tas-soċjeta' – mhux biss dawk l-iktar fil-bżonn imma anke l-hekk imsejħa middle class. Staqsu lill-pensjonanti u jgħidulek bid- differenza straordinarja li Gvern Laburista ġab f 'ħajjithom. Fl-eqqel ta' pandemija l-Prim Ministru Robert Abela rnexxilu mhux biss – bis-saħħa ta' deċiżjonijiet importanti u f 'waqthom – isalva l-ħajjiet imma anke l-postijiet tax-xogħol. Fl-eqqel ta' pandemija l-Prim Ministru Robert Abela kabbar l-ekonomija, ħoloq iktar impiegi u naqqas il-qgħad f 'livelli ta' bla preċedent. Fl-eqqel ta' pandemija l-Prim Ministru Robert Abela għamel baġit bla taxxi u diġà iddikjara li fil- baġit li jmiss m'humiex se jiżdiedu taxxi ġodda. Dan il-Gvern il-prinċipji soċjal demokratiċi ma jitkellimx biss dwarhom, imma jwettaqhom fil- prattika. Dan hu wkoll Gvern progressista u riformista li jemmen fil-ħtieġa li nbiddlu, ntejbu u nkomplu ndaħħlu riforma wara l-oħra. Wettaqna ħafna u għandna l-għatx u r-rieda li nkomplu ntejbu u nirriformaw. Fuq quddiemnett hemm riformi kruċjali bħal dawk tal-pussess sempliċi u użu responsabbli tal- kannabis, u s-sensibilizzazzjoni tal-liġjiet tal-prostituzzjoni. Irridu li f 'pajjiżna ndaħħlu bażi legali soda ta' ugwaljanza u non- diskriminazzjoni li tkun tant b'saħħitha li tispira pajjiżi oħra fl-Ewropa u 'l hinn. L-awtur Joseph E. Stiglitz , li fil-kitbiet tiegħu daħħal żiffa ta' arja friska fil-ħsieb ta' min jemmen li fl-ugwaljanza hemm il-futur tas-sostenibbilita' tat-tkabbir ekonomiku u soċjali ta' pajjiż sħiħ jgħid bla tlaqlieq li l-agħar ħaġa li tista' tiġri f 'pajjiż hu li jkun hemm żewġ socjetajiet fl-istess ħin – soċjeta' ta' dawk li għandhom u soċjeta' distinta ta' dawk li m'għandhomx li ma jitkellmux bejniethom u li ma jafux lil xulxin. L-ekonomisti taw ukoll isem lil din is-sitwazzjoni: ekonomija duwalistika. L-ugwaljanza hi dik li taċċerta li kulħadd ikollu l-ikbar opportunitaà biex, flok jiffoka biex jieħu l-ġid ta' ħaddieħor, jipparteċipa biex joħloq il-ġid. L-ugwaljanza hi l-qalb tħabbat tal-Partit Laburista u l-Gvern. Fl-eqqel ta' pandemija l-Prim Ministru Robert Abela kabbar l-ekonomija, ħoloq iktar impiegi u naqqas il- qgħad f'livelli bla preċedent ... għamel baġit bla taxxi u diġà iddikjara li fil-baġit li jmiss m'humiex se jiżdiedu taxxi ġodda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021