Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa ħareġ ir-rapport tal-inkjesta Pubblika dwar l-assas- sinju ta' Daphne Caruana Galizia. Int u taqra l-konklużjonijiet ma tistax ma tistaqsix lilek innifsek: Imma dawn mhux kollha affarijiet li tant persuni u enti- tajiet kienu ilhom jgħidu? Dan kollu l-midja indipendenti ma kinitx ilha tgħidu? Ir-risposta hija "iva". Ir-rapport, skjaċċanti kemm hu skjaċċanti fil-konfront tal-Gvern li kien imexxi Muscat, primarjament, imbagħad lejn is-sistema b'mod ġenerali u anke lejn l-attakki mill-PN lejn Caruana Galizia dak iż-żmien, joffri rijassunt ta' dak li l-midja indipendenti kienet ilha tisħaq li kellu jseħħ. L-ewwel u qabel kollox kien żball enormi li Keith Schembri u Konrad Mizzi inżammu f 'posthom anke wara li sirna nafu dettalji ġodda dwar kif il-kumpaniji li fetħu - minn wara dahar il-poplu, biex fihom jitfgħu flus li se jagħmlu minn wara dahar il-poplu u biex ma jħallsux taxxi dovuti fuqhom (għax kieku kienu onesti kienu jiħu kontijiet f 'Malta!) - kienu marbutin ma' 17 Black. Meta kien magħruf li 17 Black hija ta' Yorgen Fenech u meta kien żvelat li f '17 Black daħlu $1.6 miljun - mill-Ażerbajġan (il-pajjiż minn fejn qed nixtru l-gass) u allegatament mal-$200,000 mill-aġent tat-tanker tal- gass - u li din 17 Black kienet target client tal-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi. Meta rriżulta wkoll li fl-ewwel sena biss kienu se jidħlu maż-$2 miljuni minn attivitajiet kummerċjali fl-Indja, il-Bangladesh u l-Afrika ta' Isfel u li fuqhom Schembri u Mizzi ma kinux se jħallsu sold taxxa! Mela jekk xejn dawn it-tnejn kellhom jitkeċċew fuq suspetti fondati ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa - talli b'għemilhom kienu fil-kumpanija ta' Austin Gatt, dak li nesa' eluf kbar f 'kont Żvizzeru! Bħala minimu kellhom jitkeċċew talli għal darba, darbtejn qalu li ma jafux ta' min hi 17 Black. Li ma kellhom x'jaqsmu xejn magħha. Allajbierek! Yorgen Fenech dieħel u ħiereġ Kastilja, bil-Whatssapp chats ma' Keith u Joseph Muscat biex joqgħod jurihom kemm jaf isajjar il-fenek u oħroġ il-għaġeb din ma qalilhomx! Li 17 Black tiegħu, li fetaħha f 'Dubaj u li minnha se jgħaddu flus għal għand Schembri u Mizzi. U ma ninsewx Schembri kien il-factotum, id-de facto Prim Ministru - għax Joseph Muscat tant kien jafdah u tant kien iħobbu li ħallielu ħafna mill-poteri f 'idejh! Nittamaw li fil-kwiet ta' daru Joseph Muscat jiddispjaċih, imqar fuq din biss! Fuq hekk biss kien biżżejjed biex dawn jitkeċċew. Minflok l-eks PM Joseph Muscat mhux biss żammhom, imma pproteġihom, ġiegħel lill-partit jipproteġiehom, ħallielhom l-istess saħħa li kellhom u pinġihom qishom l-akbar Soċjalisti li qatt rat Malta! Li biex tkun Laburist u li biex tkun tħobb lill-Partit Laburista ridt tkun tħobb li dawn it-tnejn! Jew 'Keith u Konrad' jew inti traditur! Oħroġ il-għaġeb meta pajjiżna għadda tliet sptarijiet lil xi ħadd bla flus, bla esperjenza, bi struttura ta' kumpanija, f 'kumpanija, f 'kumpanija fil-British Virgin islands li sidha ma nafux min hu u li wiċċha f 'Malta kien raġel li ntsab ħati b'serq, min kien hemm wara dan il-kuntratt oxxen? Konrad Mizzi! U dawn mhux invenzjonijiet ta. Wara li l-Gvern tahom eluf kbar kuljum u wara li ma għamlu xejn u lanqas biss ħallsu l-pagi u lill-kuntratturi, l-VGH żarmat u telqu kollha minn Malta! U l-flus kollha li tajna lill-VGH, grazzi għal Mizzi (u bla dubju Schembri warajh) qisna qbadniehom u tfajnihom ġo toilet! Imma dawn ħadd ma seta' għalihom! U xi darba għad jinkitbu l-istejjer tal-ħrejjef u l-gideb u l-pressjoni li kienu jitfgħu dawn fuq il-midja kollha li kienet lesta teħodha kontrihom - mhux kontra l-Labour, kontrihom! Għax huma qatt ma kienu l-Labour - hekk ħasbu u hekk kien hemm min ġiegħlhom jaħsbu! Pero' la kienu, la huma u la qatt mhu se jkunu l-Labour! Fortunatament il-midja li qalet li Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom jirriżenjaw hawn għadha għaddejja u b'saħħitha fiċ-ċirkostanzi. Kuntrarjament għal Keith Schembri u Konrad Mizzi li kellhom jirriżenjaw il-mument li seħibhom tas-17 Black kien akkużat illi huwa l-mandant fl-assassinju ta' ġurnalista. Fl-istess mument li seħibhom ta' 17 Black kien qed jgħid lill- pulizija li l-mandant kien Keith Schembri, li kien joqgħod jgħaġġlu "biex imexxxi" u li ħallas l-eluf għal dan il-qtil. Ftit wara li Schembri mar jiltaqa' ma' Muscat fid-dar tiegħu f 'Burmarrad - forsi min jaf? Biex ifakkru li jekk jegħreq hu, se jgħerreq lilu miegħu! Kif fil-fatt ġara - għax ġimgħa wara li Schembri niżel mill-glorja, Muscat - il-Prim Ministru bl-akbar maġġoranza fl-istorja - kellu jirriżenja wkoll. Mela xi ħaġa ħażina kien hemm. Mela xi ħaġa ħażina li tħalliet tnawwar u tnawwar il- qalba ta' Gvern li tela' b'tant rieda tajba kien hemm ukoll. Mela l-mistoqsijiet jiġu waħedhom: Għalfejn Muscat ħalla lil Keith u Konrad jagħmlu daqshekk ħsara? Possibbli ma setax jinduna li Schembri se jkun suspettat f 'assassinju tal-persuna li kienet qed tikxiflu l-għawwar? Possibbli ma ndunax li f 'Kastilja kienu deħlin u ħerġin ċerti karattri dubjużi jiltaqgħu ma' Schembri u jingħataw it-tours? Possibbli ma dejqux il-fatt li Schembri mar iħabbatlu l-bieb it qabel ġie arrestat? Jew anke hu kien ostaġġ tagħhom? Jew l-impunità ta' Schembri kienet aktar b'saħħitha mill-kariga Kostituzzjonali ta' Prim Ministru? Dak li qal ir-rapport ilna nafuh. Kien messu ilu li sar. Kieku ara kemm ħsara ma kinitx issir. Kieku ara, kemm dubji u suspetti ma kinux jitqajmu fuq nies fil-poter! Kieku jaf, Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx. Dan huwa d-dnub li jridu jġorru fuq il-kuxjenza dawk li daħku bin-nies. Dawk li kienu komdi fil-kumpanija tal-korrotti u l-lagħqa. Dawk li ma ridux jisimgħu mill-ġenwin għax kienu komdi fil-kumpanija tal-ħallelin! Anzi lill-ġenwin warrbuh, għax miegħu ma kinux se jħaxxnu buthom. Huwa f 'idejn Robert Abela li jkompli jixkupa l-ħmieġ ta' snin fuq snin ta' inazzjoni kif ukoll ta' snin ta' rgħiba, ta' nies li meta staqsuhom jistħux minn dak li għamlu huma u ħerġin mill-binja tal-Qorti qalulna "Jiena grazzi għalija l-Labour rebaħ b'40,000 vot." Dak li ġab il-poter u l-arja żejda li ngħataw nies bħal Keith Schembri! Aħjar Robert Abela jirbaħ b'nofs dawk l-40,000 u meta jorqod, rasu jniżżilha fuq l-imħadda b'kuxjenza nadifa. U meta jimxi l-Belt jimxi b'rasu mgħollija - mhux imdawwar bis-security li jsuquh malajr, malajr - bħal ziffa - għal għajjat tax-'shame on you' u 'korrott' - sal-villa tal-Mellieħa! Issa billi akkwistajtu l-flus u aħtu l-kumpaniji l-Panama - kollu mrar bid- doppju ġie għal wiċċkhom! Dak li konna ilna nafu u ngħidu!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021