Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Julia Farrugia Portelli hija Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalita' tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli 22 IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum opinjoni Omm, Maltija u Laburista N har il-Ġimgħa li għad- diet flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, kollegi u delegati attendejt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u kont onorata li aħt id- diskors tal-aħħar sessjoni tal-istess konferenza. Ftaħt id-diskors tiegħi bi tliet kelmiet sempliċi imma li għalija jfissru ħafna għax jiddeskrivu eżatt min jien: Omm, Maltija u Laburista. Eżatt f 'din l-ordni u bi kburija. Omm Jien illum omm ta' tifla żgħira li ddedikajt ħajti biex bħal kull omm oħra nagħti trobbija tajba lil binti u noffrilha futur sabiħ billi nsawwar fiha prinċipji sodi li għandhom iwassluha biex tkun mara soda fis- soċjetà ta' għada. Min-naħa l-oħra, illum ukoll bħala Ministru fil-qasam soċjali, inħossni omm tat-tfal kollha Maltin u Għawdxin speċjalment dawk b'diżabilità li bħala Gvern qed naħdmu bis-sħiħ biex noffrulhom ħajja iktar feliċi u ntaffulhom it- tbatijiet li jiffaċjaw ta' kuljum. F'dawn l-aħħar snin wettaqna diversi proġetti sabiex insaħħu l-aċċessibilità billi naraw li dawn in-nies ikollhom ħajja indipendenti u fejn hu possibli jagħmlu l-ħtiġijiet tagħhom mingħajr għajnuna ta' ħaddieħor. Qed naħdmu bis-sħiħ fuq il-kunċett ta' inklużjoni biex dawn it-tfal u persuni b'diżabilità, iħossuhom parti mis-soċjetà mingħajr ebda distinzjoni. Fid-dawl ta' każ ta' bullying li ffaċjajna dan l-aħħar, illum kburija li la jiaħ il- Parlament se ngħaddu għall-istadju tat-Tieni Qari sabiex tiġi approvata liġi biex nikkundannaw il-bullying fil-konfront ta' dawn in-nies. Kburija wkoll li tajna l-paga minima lil persuni b'diżabilità severa u fi it ġimgħat oħra se nħabbru l-ewwel strateġija għal persuni b'diżabilità. Dan jikkumplimenta max-xogħol kbir li twettaq biex illum għandna madwar 4,000 persuna b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol. Maltija Jiena trabbejt f 'valuri li nkun fejn inkun għandi dejjem inxejjer il-bandiera Maltija u f 'kull okkażjoni li jkolli għandi ngħolli isem Malta u niaħar bih mal- erbat irjieħat tad-dinja. Inħossni kburija li jien Maltija, b'dak kollu li jagħmilna Maltin. Pajjiż ġawrha fil-Mediterran li bit-tradizzjonijiet u l-kultura tagħna jagħmilna uniċi u l-għira tal-barrani. Illum bħal donnu dan il-prinċipju m'għadux jgħodd għal ċertu politiċi Nazzjonalisti li meta l-iktar li kellna bżonn l-għaqda nazzjonali, ikkakmaw u ndiesu mal-barrani biex ikasbru l-isem ta' Malta. Ahna differenti. Bl-għajta ta' 'Team Malta' ilkoll flimkien, f 'għaqda waħda qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex Malta tkun l-aqwa u għalkemm pajjiż ċkejken tkun dejjem b'saħħitha li tħabbatha ma' pajjiżi ikbar minnha, kif ukoll tkun soda biżżejjed li tikkumbatti l-gwaj, bħalma ġiet il-pandemija u dak li jista' jinqala'. Persważa li naslu. Dan għax għandna Prim Ministru żagħżugħ b'viżjoni ċara għal pajjizna. Prim Ministru, li l-kelma 'Malta' jħossha u jgħixha f 'kull deċiżjoni li jieħu. Imbagħad il-kobor tiegħu jurih, meta f 'sens ta' għaqda, iġibna lkoll flimkien naħdmu f 'serenità biex iwettaq dak li jgħid. Laburista Jiena li ġejja minn familja Laburista, għixt u esperjenzajt il-valuri li jagħmluna Partit ħaj u relevanti għan-nies. Dan il-Partit li twaqqaf proprju biex ikun il-leħen tal-poplu kollu b'enfasi u impenn ċar lejn min hu l-aktar batut. Il-prinċipju bażiku tagħna dejjem kien u għandu jibqa' dak tas- solidarjetà li lkoll flimkien naraw u nassiguraw li ħadd ma jibqa' lura. Katalist f 'dan kollu l-Perit Duminku Mintoff li ħadem biex jegħleb il-faqar filwaqt li jiġbed investiment barrani lejn pajjiżna. Konna aħna bhala Partit li tajna d-drittijiet lin-nisa u fil-passat riċenti taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat tajna d-drittijiet ċivili. Emminna fiż-żgħażagħ u tajnihom il-vot ta' 16-il sena. Irridu nibqgħu inħaddnu t-twemmin tagħna sabiex dejjem noffru politika moderna li ttejjeb il-livell t'għixien. Illum bit-tmexxija ta' Robert Abela wkoll qegħdin inwettqu dan u bil-fatti. Minkejja li ninsabu f 'pandemija li ġabet għawġ kbir fid-dinja, Robert Abela ħa l-aktar deċiżjonijiet għaqlin biex jegħleb l-isfidi u għaraf iżomm bilanċ bejn is-saħħa u l-ekomonija. Investejna baġits għoljin fil- qasam mediku sabiex assigurajna li nistgħu noffru servizzi tas-saħħa eċċellenti li qegħdin iserħu ras il-poplu kollu li jaf li meta u jekk jiġi bżonn se jsib min idur bih u jingħata l-kura li jkollu bżonn. Fl-istess waqt imma rajna li l-ekonomija tibqa' għaddejja u ssalvagwardjana l-post tax-xogħol lill-ħaddiema tagħna. Dan jawgura tajjeb biex fiż-żmien li gej, meta l-pandemija tgħaddi, pajjiżna jkun lest għall-ġejjieni u nitilqu mill-ewwel b'pass mgħaġġel biex nerġgħu nilħqu l-livelli li konna drajna bihom qabel il-pandemija taħt Gvern Laburista. Għaldaqstant, inwaslilkom messaġġ ta' kuraġġ għax il-futur tagħna huwa wieħed sabiħ. Ninsabu f 'idejn sodi ta' Prim Ministru li jekk wera l-kobor tiegħu fi żmien ta' pandemija, aħseb u ara kemm jista' jwettaq iktar meta ngħaddu minn dan il-perjodu. Jien ghalhekk kommessa li nkompli naħdem viċin in-nies biex inservi u ngħin fil-viżjoni ta' Robert Abela ħalli dejjem inġeddu l-politika tagħna sabiex tibqa' relevanti għaż-żminijiet tal-lum.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021