Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271
23 opinjoni illum • Il-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Il-Moderati huma maġġoranza fl-Italja! "I l-moderati huma l-maġġoranza fl-Italja. Jekk il-voti ma jinferxux u jekk jaddottaw is-siste- ma tal-vot proporzjonali, il-Kat- toliċi u l-alleati kapaċi joħolqu partit wieħed ġdid, b'20 fil-mija tal-votanti." Hekk stqarr fir-rivista ta' kull ġimgħa FAMIGLIA CRIS- TIANA l-Professur u Ekonomista Stefano Zamagni, fil-ħarġa tal-4 ta' Ottubru 2020. Hekk stqarr l-ekonomista Taljan ta' fama mondjali huwa u jħabbar l-inizjattiva tiegħu u ta' ħassieba oħrajn li beħsiebhom jiltaqgħu fil- jiem tat-3 u 4 ta' Ottubru li ġej bil- ħsieb li jiffurmaw partit ġdid mibni fuq it-tagħlim soċjali Nisrani, imma miuħ mhux biss għall- Kattoliċi imma għall-moderati kollha. Għal min ma jafx Zamagni li għandu 77 sena, dan l-aħħar intagħżel bħala President tal- Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi Soċjali. Zamagni jagħmilha ċara li l-moviment Demokristjan għadda żmienu, imma xorta għadu f 'sitwazzjoni li jitqajjem moviment li jieħu f 'idejh il-wirt tal-aqwa mexxejja tiegħu bħalma huma Giuseppe Toniolo, Don Luigi Sturzo, Alcide de Gasperi u Aldo Moro. "Il-ħolma tiegħi" Zamagni jispjega l-ħolma tiegħu: "Noħlom b'partit li jkollu karatteristiċi ċari, partit fiċ- ċentru tal-politika, għal kollox awtonomu mil-lemin u mix-xellug, b'ispirazzjoni Nisranija ċara imma mhux konfessjonali, anzi miuħ għal min jemmen kif ukoll għal min ma jemminx." Zamagni jagħmilha ċara li din l-operazzjoni qed issir l-ewwel darba kemm fejn jidħol il-metodu tal-formazzjoni ta' partit ġdid kif ukoll il-metodu ta' min hu mdaħħal. F'Novembru 2019 hu u sħabu ippubblikaw Manifest iffirmat minn mijiet ta' ċittadini u minn 27 entità oħra, bejn gruppi , movimenti u assoċjazzjonijiet - kull waħda b'madwar 50 jew 75 parteċipant, minn kull naħa tal-Italja ta' Fuq, tan-Nofs u t'Isfel, f 'awtonomija sħiħa minn kull awtorità reliġjuża. Ħames Punti qawwija! Il-programm tal-partit demokratiku ġdid fih ħames punti ta' politika u direzzjoni qawwija; Xogħol u Fabbriki, familja, skola u università, il-paċi u l-Ewropa, fil-konvinzjoni li l-forzi politiċi li hemm illum mhumiex biżżejjed biex jagħtu strateġija ta' trasfomazzjoni. Zamagni jagħti żewġ eżempji. Ngħidu iva għall-Ewropa billi nipproponu diskussjoni ġdida tat-tliet trattati fundamentali - dak ekonomiku ta' Maastricht (1992), dak istituzzjonali ta' Lisbona (2007) u dak fuq l-emigranti, ta' Dublin (2013) għax jeħtieġu reviżjoni. Jitolbu wkoll mudell ta' żvilupp ekonomiku mibni fuq l-ekonomija ċivili tas-suq; la neoliberaliżmu u lanqas neostaliniżmu post- Marxista, imma mudell li jiġbor fih il-prinċipju tas-sussidjarjetà, bil- mira ta' prosperità inklussiva. Zamagni jirreferi għal nota tal-Papa Frangisku li tgħid hekk; "Waqt li kont insellem lin-nies kien hemm wieħed li qalli: "Għaliex ma taħsibx fil-politika b'ittri kbar? Das-sinjur hu raġel tajjeb, imma qed jgħix fis-seklu li għadda," Dal-kliem qalu l-Papa fid-29 t'April 2017. Il-President tar-Repubblika Sergio Mattarella it ilu stqarr li l-Italja ta' issa teħtieġ dik il-għaqda possibli li tqum mill-ġdid kif seħħ fl-1946. U l-Papa Frangisku għamel tiegħu l-appell tal-Papa Govanni li l-Knisja temmen li l-firdiet u konflitti mhumiex sinjal tad-diversità pożittiva tal-persuni, tal-kulturi jew nazzjonijiet imma jagħfsu fuq id-differenzi. Hi taf li l-lingwaġġ ta' gwerra jista' jkollu konsegwenzi gravi 'l hemm mir- rieda ta' min jgħidu. Papa kbir, Govanni XXIII fil-bidu tad-djalogu bejn l-Insara mifrudin għallem li jeħtieġ infittxu dak li jgħaqqad u nwarrbu dak li jifred. Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazaret Dun Anġ Seychell Stefano Zamagni