Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 kummerċjali IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum Naġġornaw il-Basemap ta' Malta Filwaqt illi turi l-ġeografija tal-gżejjer, il-basemap tal- arċipelagu Malti toffri dehra tridimensjonali tal-pajjiż, b'saffi ta' informazzjoni utli għal ħafna. Madankollu, minkejja li lokalment għandha potenzjal kbir, il-basemap ta' Malta ma kinitx aġġornata għal dawn l-aħħar 30 sena - sal-2018 meta ġiet aġġornata bħala parti mill- proġett SIntegraM - proġett tal-Unjoni Ewropea mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) immaniġġjat mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-Awtorità tal-Ippjanar ma waqfitx hawn u, fil-bidu tal-2020, l-Awtorità bdiet taġġorna l-basemap tal-2018 fuq bażi regolari biex tiżgura li l-infrastruttura tad-dejta ġeografika ta' Malta tinżamm aġġornata. "Il-basemap tagħna oriġinarjament inħolqot fl-1988, allura kellha bżonn aġġornament sinifikanti biex tagħmilha aktar rappreżentattiva ta' Malta llum," jispjega Joseph Gauci, id-Deputat Direttur għall-ICT, Mapping u Servizzi Diġitali. "Se nkomplu wkoll inżommuha aġġornata waqt li niżviluppaw sistema ġdida f 'Malta għal kif niġbru, nimmaniġġjaw, nanalizzaw u nużaw id-dejta ġeografika." It-tim tas-Sur Gauci juża orthographic 3D imagery ta' riżoluzzjoni għolja u drones biex jibni l-volumi ta' dejta fit-18- il saff tal-mappa, u aktar minn 50 klassifikazzjoni differenti bi preċiżjoni impekkabbli. Peress li din turi l-karatteristiċi ewlenin tat-terren ta' Malta (inkluż bini, irdumijiet, toroq u spazji miuħa) fuq charts, din il-mappa għandha potenzjal għal bosta użi, li jvarjaw minn ippjanar spazjali aħjar u l-immaniġġjar xieraq ta' ekosistemi u s-servizzi tagħhom, sal-ħolqien ta' rotot ġodda tal- karozzi tal-linja u servizzi ta' emerġenza. "Sa issa, ħafna mill-mudelli kienu disponibbli biss fit-2D, allura mudell 3D jagħti tagħrif aktar dettaljat u affidabbli fuq l-art ta' Malta," ikompli s-Sur Gauci. "Din l-informazzjoni speċjalizzata għandha importanza unika billi tagħti stampa ċara li tista' tgħin toħloq għarfien u twassal għall- deċiżjonijiet infurmati." Il-proċess ta' reviżjoni tal- mappa, kif ukoll li jiġi żgurat li tinżamm aġġornata, kien wieħed ta' sfida għas-Sur Gauci u t-tim tiegħu sa mit-tnedija tal-proġett is-sena l-oħra. "L-ewwel nett, kellna nidentifikaw sower xieraq biex nipproċessaw ammont daqshekk kbir ta' dejta, li tuża ħafna memorja. Biex nagħtikom idea, raħal wieħed jista' jkollu madwar 25,000 ritratt biex jiġi ipproċessat. Imbagħad, kellna bżonn ukoll naddattaw għall-użu ta' drones, filwaqt li negħlbu l-isfidi tal-pandemija u l-protezzjoni tad-dejta. Bħala parti mill-proċess, aħna għamilna taħriġ lill-piloti tad-drones u kkonformajna mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar id-drones." Fi it iktar minn sena, it-tim tal-Awtorità ta' madwar 15-il persuna, li issa jinkludi ħames piloti tad-drones kwalifikati, lesta r-ritratti tal-14-il żona urbana ta' Għawdex u issa beda jaħdem fuq Malta. Filwaqt li jirfina l-metodoloġiji tiegħu biex jiżgura kontroll tal-kwalità, it-tim ibiddel il-proċessi tiegħu skont it-terren varjat ħafna tal-arċipelagu. Sadanittant, għan ieħor tal- proġett qed jiġi indirizzat ukoll: li l-kontenut tal-mappa jkun disponibbli faċilment għal entitajiet oħra f 'Malta. "Id-dejta ġeografika m'għandhiex tkun il-prerogattiva tal-Awtorità tal-Ippjanar biss. Din il-basemap hija komuni għall- entitajiet lokali kollha, minn Transport Malta sal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, b'kull waħda tittraduċi d-dejta f 'implikazzjonijiet spazjali skont il-bżonn," jispjega s-Sur Gauci. "L-użu tal-basemap minn dawn l-entitajiet ukoll huwa importanti ħafna. Huwa għalhekk li nedejna l-portal SIntegraM tard fl-2019. Permezz ta' pjan integrat nistgħu naħdmu flimkien biex niżguraw li l-karatteristiċi ta' Malta jiġu rispettati u inkorporati f 'kull deċiżjoni ta' żvilupp, li huwa importanti ħafna fuq gżira daqshekk żgħira. Informazzjoni aħjar twassal għal ippjanar aħjar - biex ma nsemmux il-ħin u l-fondi li niffrankaw, billi ma jkunx hawn bżonn li entitajiet oħra jiġbru din id-dejta huma stess. Dan jimmarka bidla kbira fil-mod kif nagħmlu l-affarijiet f 'Malta." Il-portal SIntegraM u l-basemap huma riżultati ewlenin Sena ilu, il-basemap tal-Gżejjer Maltin ma kinitx għadha tirrifletti r-realtà, peress li kienu għaddew tliet deċennji mill-aħħar reviżjoni tagħha. Id- Deputat Direttur għall-ICT, Mapping u Servizzi Diġitali, Joseph Gauci, jiddiskuti kif l-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta aġġornat il-basemap u kif ser iżżommha aġġornata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021